EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D1651

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 245/2017 tal-15 ta’ Diċembru 2017 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2019/1651]

OJ L 254, 3.10.2019, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1651/oj

3.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 245/2017

tal-15 ta’ Diċembru 2017

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2019/1651]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1505 tat-28 ta’ Awwissu 2017 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1ea (ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32017 R 1505: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1505 tat-28 ta’ Awwissu 2017 (ĠU L 222, 29.8.2017, p. 1).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1eah (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1621):

“1eai.

32017 R 1505: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1505 tat-28 ta’ Awwissu 2017 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 222, 29.8.2017, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2017/1505 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)  ĠU L 222, 29.8.2017, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top