EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D1637

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 229/2017 tal-15 ta’ Diċembru 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/1637]

OJ L 254, 3.10.2019, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1637/oj

3.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 229/2017

tal-15 ta’ Diċembru 2017

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/1637]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1532 tas-7 ta’ Settembru 2017 li tindirizza l-mistoqsijiet dwar il-valutazzjoni komparattiva tar-rodentiċidi antikoagulanti skont l-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 19 (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/678) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“20.

32017 D 1532: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1532 tas-7 ta’ Settembru 2017 li tindirizza l-mistoqsijiet dwar il-valutazzjoni komparattiva tar-rodentiċidi antikoagulanti skont l-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 232, 8.9.2017, p. 11).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1532 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)  ĠU L 232, 8.9.2017, p. 11.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top