EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D1627

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 219/2017 tal-15 ta’ Diċembru 2017 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/1627]

OJ L 254, 3.10.2019, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1627/oj

3.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 219/2017

tal-15 ta’ Diċembru 2017

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/1627]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1016 tal-14 ta’ Ġunju 2017 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-benżovindiflupir, għall-klorantraniliprol, għad-deltametrin, għall-etofumesat, għall-alossifop, għall-iżolat Ħafif VC1 tal-Virus tal-Mużajk tal-Pepino, għall-iżolat Ħafif VX1 tal-Virus tal-Mużajk tal-Pepino, għall-oksatijapiprolin, għall-pentijopirad, għall-piraklostrobin, għall-ispirotetramat, għaż-żejt tal-ġirasol, għat-tolklofos-metil u għat-trineksapak f’ċerti prodotti jew fuqhom (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1135 tat-23 ta’ Ġunju 2017 li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livell massimu ta’ residwi għad-dimetoat u l-ometoat f’ċerti prodotti jew fuqhom (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1164 tat-22 ta’ Ġunju 2017 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-akrinatrina, għall-metalaksil u għat-tijabendażol f’ċerti prodotti jew fuqhom (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32017 R 1016: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1016 tal-14 ta’ Ġunju 2017 (ĠU L 159, 21.6.2017, p. 1),

32017 R 1135: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1135 tat-23 ta’ Ġunju 2017 (ĠU L 164, 27.6.2017, p. 28),

32017 R 1164: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1164 tat-22 ta’ Ġunju 2017 (ĠU L 170, 1.7.2017, p. 3).”

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32017 R 1016: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1016 tal-14 ta’ Ġunju 2017 (ĠU L 159, 21.6.2017, p. 1),

32017 R 1135: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1135 tat-23 ta’ Ġunju 2017 (ĠU L 164, 27.6.2017, p. 28),

32017 R 1164: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1164 tat-22 ta’ Ġunju 2017 (ĠU L 170, 1.7.2017, p. 3).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2017/1016, (UE) 2017/1135 u (UE) 2017/1164 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)  ĠU L 159, 21.6.2017, p. 1.

(2)  ĠU L 164, 27.6.2017, p. 28.

(3)  ĠU L 170, 1.7.2017, p. 3.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top