EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0810

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/810 tat-13 ta' Mejju 2019 li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Iżvezja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

ST/8844/2019/INIT

OJ L 133, 21.5.2019, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/810/oj

21.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/810

tat-13 ta' Mejju 2019

li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Iżvezja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Żvediż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fl-20 ta' Lulju 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1203 (4), is-Sinjura Monalisa NORMANN ġiet sostitwita mis-Sur Joakim LARSSON bħala membru. Fit-30 ta' Novembru 2017, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2237 (5), is-Sur Joakim LARSSON ġie sostitwit mis-Sinjura Agneta GRANSTRÖM bħala membru.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Agneta GRANSTRÖM, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sinjura Märta STENEVI, Malmö kommun.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1203 tal-20 ta' Lulju 2015 li taħtar tliet membri Żvediżi u sitt membri supplenti Żvediżi fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 195, 23.7.2015, p. 44).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2237 tat-30 ta' Novembru 2017 li taħtar żewġ membri, proposti mir-Renju tal-Iżvezja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 320, 6.12.2017, p. 10).


Top