EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0479

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/479 tat-22 ta' Marzu 2019 li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2018 minħabba sajd eċċessiv ta' stokkijiet oħrajn fis-snin ta' qabel u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1969

C/2019/2138

OJ L 82, 25.3.2019, p. 6–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/479/oj

25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/479

tat-22 ta' Marzu 2019

li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2018 minħabba sajd eċċessiv ta' stokkijiet oħrajn fis-snin ta' qabel u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1969

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 105(1), (2), (3) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għall-2017 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1903 (2),

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 (3),

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2372 (4), u

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (5).

(2)

Il-kwoti tas-sajd għall-2018 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285,

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970 (6),

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2360 (7), u

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (8).

(3)

Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, hija għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta' dak l-Istat Membru.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1969 (9) stabbilixxa tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għal ċerti stokkijiet fl-2018 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta' qabel.

(5)

Madankollu, fil-każ ta' ċerti Stati Membri, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1969 ma setax inaqqas il-kwoti allokati għall-istokkijiet li kienu ġew mistada żżejjed minħabba li fl-2018 dawk l-Istati Membri ma kellhomx it-tali kwoti.

(6)

L-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li, meta ma jkunx jista' jsir tnaqqis b'rabta mal-istokkijiet li jkunu ġew mistada żżejjed fis-sena ta' wara dik li fiha jkunu ġew mistada żżejjed minħabba li l-Istat Membru kkonċernat ma jkollux kwoti disponibbli għalihom, jista' jsir tnaqqis b'rabta ma' stokkijiet oħrajn fl-istess żona ġeografika jew bl-istess valur kummerċjali. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 72/07 li fiha linji gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (10), jenħtieġ li tnaqqis bħal dan isir preferibbilment mill-kwoti allokati għall-istokkijiet mistada mill-istess flotta li tkun wettqet sajd żejjed fuq il-kwota, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi evitat il-qbid skartat fis-sajd imħallat.

(7)

L-Istati Membri kkonċernati ġew ikkonsultati b'rabta mat-tnaqqis propost mill-kwoti allokati għal stokkijiet oħrajn minbarra dawk li ġew mistada żżejjed.

(8)

F'ċerti każijiet, l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd konklużi skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jippermettu t-tnaqqis b'rabta mal-istess stokkijiet fil-kuntest tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1969.

(9)

Fis-17 ta' Ottubru 2018, Spanja għarrfet lill-Kummissjoni li kien hemm żball fil-qabdiet tal-pixxispad li ġew irrappurtati li saru fl-Oċean Atlantiku fin-Nofsinhar ta' 5° N (SWO/AS05N) fl-2017. Wara li, fit-3 ta' Diċembru 2018, Spanja bagħtet il-korrezzjonijiet tagħha permezz tas-sistema għar-rappurtar tad-data aggregata dwar il-qabdiet, jidher li l-qabdiet tal-pixxispad li saru fl-Oċean Atlantiku fin-Nofsinhar ta' 5° N ma qabżux il-kwota allokata lilha għal dan l-istokk għall-2017. Għalhekk, jenħtieġ li t-tnaqqis korrispondenti jitħassar mill-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1969.

(10)

Fit-23 ta' Novembru 2018, Spanja talbet li taġġorna d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet tagħha b'rabta mat-tonn l-isfar fiż-żona ta' kompetenza tal-IOTC (YFT/IOTC). Abbażi tal-iktar data aġġornata li Spanja bagħtet fit-13 ta' Diċembru 2018, jidher li nqabżet il-kwota ta' dan il-pajjiż għall-2017 għat-tonn l-isfar fiż-żona ta' kompetenza tal-IOTC (YFT/IOTC). B'hekk jenħtieġ li t-tnaqqis korrispondenti jiżdied mal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1969.

(11)

Barra minn hekk, jidher li ċertu tnaqqis li jeżiġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1969 huwa iktar mill-kwota adattata disponibbli fl-2018 u għalhekk ma jistax isir kollu f'dik is-sena. Skont il-Komunikazzjoni 2012/C 72/07, jenħtieġ li l-ammonti li jifdal jitnaqqsu mill-kwoti adattati disponibbli fis-snin ta' wara sa ma jingħata lura l-ammont kollu tas-sajd żejjed.

(12)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1969 jiġi emendat kif xieraq.

(13)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika b'mod retroattiv mid-data li fiha daħal fis-seħħ ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1969 li stabbilixxa t-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-istess stokkijiet fl-2018,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tas-sajd stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2016/2285, (UE) 2017/1970, (UE) 2017/2360 u (UE) 2018/120 għall-2018 imsemmijin fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom jitnaqqsu billi jsir it-tnaqqis b'rabta mal-istokkijiet alternattivi stabbilit f'dak l-Anness.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1969 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-20 ta' Diċembru 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1903 tat-28 ta' Ottubru 2016 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 295, 29.10.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2372 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 26).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970 tas-27 ta' Ottubru 2017 li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 281, 31.10.2017, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2360 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 337, 19.12.2017, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1969 tat-12 ta' Diċembru 2018 li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2018 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta' qabel (ĠU L 316, 13.12.2018, p. 12).

(10)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (2012/C 72/07) (ĠU C 72, 10.3.2012, p. 27).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


ANNESS I

TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦALL-2018 GĦALL-ISTOKKIJIET ALTERNATTIVI

STOKK MISTAD IŻŻEJJED

 

STOKK ALTERNATTIV

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwantità li ma tistax titnaqqas mill-kwota tas-sajd għall-2018 għall-istokk mistad iżżejjed (f'kilogrammi)

 

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwantità li għandha titnaqqas mill-kwota tas-sajd għall-2018 għall-istokk alternattiv (f'kilogrammi)

DK

NOP

04-N.

Il-merluzz tan-Norveġja

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV

24 447

 

DK

NOP

2A3A4.

Il-merluzz tan-Norveġja

Iż-żona 3a u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4

24 447

DK

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħrajn

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

9 979

 

DK

HER

1/2-

L-aringa

L-ilmijiet tal-Unjoni, dawk tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2

9 979

DK

POK

1N2AB.

Il-pollakkju l-iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

9 508

 

DK

HER

1/2-

L-aringa

L-ilmijiet tal-Unjoni, dawk tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2

9 508

ES

GHL

1N2AB.

Il-ħalibatt ta' Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

25 335

 

ES

RED

1N2AB.

Ir-redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

25 335

ES

POK

1N2AB.

Il-pollakkju l-iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

1 650

 

ES

RED

1N2AB.

Ir-redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

1 650

FR

GHL

1N2AB.

Il-ħalibatt ta' Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

6 868

 

FR

RED

1N2AB.

Ir-redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

6 868

IE

HKE

8ABDE.

Il-merluzz

Iż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe

1 300

 

IE

HKE

571214

Il-merluzz

Iż-żoni 6 u 7, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

1 300

NL

WHG

56-14

Il-merlangu

Iż-żona VI, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona Vb u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

18 648

 

NL

WHG

2AC4.

Il-merlangu

Iż-żona 4 u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 2a

18 648


ANNESS II

“ANNESS

TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦALL-2018

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Il-kwota oriġinali tal-2017 (f'kilogrammi)

Il-ħatt l-art permess għall-2017 (il-kwantità totali adattata f'kilogrammi) (1)

Il-qabdiet totali li saru fl-2017 (il-kwantità f'kilogrammi)

Il-konsum tal-kwota meta mqabbel mal-ħatt l-art permess

Is-sajd eċċessiv meta mqabbel mal-ħatt l-art permess (il-kwantità f'kilogrammi)

Il-fattur ta' multiplikazzjoni (2)

Fattur addizzjonali ta' multiplikazzjoni (3)  (4)

It-tnaqqis pendenti mis-sena jew mis-snin ta' qabel (5) (il-kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2018 (6) u għas-snin ta' wara (il-kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2018 għall-istokkijiet mistada żżejjed (7) (il-kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2018 għall-istokkijiet alternattivi skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/479 (8) (il-kwantità f'kilogrammi)

Ammont li għandu jitnaqqas mill-kwoti tas-sajd għall-2019 u għas-sena jew għas-snin ta' wara (il-kwantità f'kilogrammi)

BE

RJU

07D.

Ir-raja ondjata

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

2 000

2 000

5 648

282,40 %

3 648

1,00

/

/

3 648

1 031

/

2 617

BE

SRX

07D.

Ir-rebekkini u r-raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

96 000

91 353

95 695

104,75 %

4 342

/

/

/

4 342

4 342

/

/

BE

SRX

67AKXD

Ir-rebekkini u r-raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa sa c u VIIe sa k

762 000

907 100

919 333

101,35 %

12 233

/

/

/

12 233

12 233

/

/

DK

MAC

2A34.

Il-kavalli

Iż-żoni IIIa u IV u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb u IIIc u tas-subdiviżjonijiet 22 sa 32

22 031

17 525 756

17 992 741

102,66 %

466 985

/

/

/

466 985

466 985

/

/

DK

MAC

2A4 A-N

Il-kavalli

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni IIa u IVa

16 004

14 538 090

14 801 414

101,81 %

263 324

/

/

/

263 324

263 324

/

/

DK

MAC

2CX14-

Il-kavalli

Iż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona Vb u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV

/

5 341 916

5 342 930

100,02 %

1 014

/

/

/

1 014

1 014  (12)

/

/

DK

NOP

04-N.

Il-merluzz tan-Norveġja u l-qabdiet aċċessorji marbutin miegħu

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV

0

0

16 298

Ma japplikax

16 298

1,00

A

/

24 447

/

24 447

/

DK

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħrajn

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

0

9 979

Ma japplikax

9 979

1,00

/

/

9 979

/

9 979

/

DK

POK

1N2AB.

Il-pollakkju l-iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

0

9 508

Ma japplikax

9 508

1,00

/

/

9 508

/

9 508

/

ES

ALB

AN05N

L-alonga tat-Tramuntana

L-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N

14 981 130

13 961 453

13 940 306

99,85 %

– 21 147  (10)

/

/

189 117  (11)

189 117

189 117

/

/

ES

GHL

1N2AB.

Il-ħalibatt ta' Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

19 200

36 090

187,97 %

16 890

1,00

A

/

25 335

/

25 335

/

ES

GHL

N3LMNO

Il-ħalibatt ta' Greenland

Iż-żona 3LMNO tan-NAFO

4 067 000

4 061 001

4 072 229

100,28 %

11 228

/

C (9)

/

11 228

11 228

/

/

ES

POK

1N2AB.

Il-pollakkju l-iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

86 500

88 150

101,91 %

1 650

/

/

/

1 650

/

1 650

/

ES

YFT

IOTC

It-tonn l-isfar

Iż-Żona ta' Kompetenza tal-IOTC

45 682 000

45 682 000

48 147 520

105,40 %

2 465 520

/

/

/

2 465 520

327 060

/

2 138 460

FR

GHL

1N2AB.

Il-ħalibatt ta' Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

0

6 868

Ma japplikax

6 868

1,00

/

/

6 868

/

6 868

/

FR

YFT

IOTC

It-tonn l-isfar

Iż-Żona ta' Kompetenza tal-IOTC

29 501 000

29 651 000

29 960 730

101,04 %

309 730

/

/

/

309 730

309 730

/

/

IE

HKE

8ABDE.

Il-merluzz

Iż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe

/

0

1 300

Ma japplikax

1 300

1,00

C (9)

/

1 300

/

1 300

/

IE

MAC

2CX14-

Il-kavalli

Iż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona Vb u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV

86 426 000

86 319 537

86 520 982

100,23 %

201 445

/

/

/

201 445

201 445

/

/

NL

WHG

56-14

Il-merlangu

Iż-żona VI, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona Vb u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

/

0

18 648

Ma japplikax

18 648

1,00

/

/

18 648

/

18 648

/

PL

COD

3BC+24

Il-bakkaljaw

Is-subdiviżjonijiet 22 sa 24

654 000

915 170

947 501

103,53 %

32 331

/

C (9)

/

32 331

0

/

32 331

PT

ALB

AN05N

L-alonga tat-Tramuntana

L-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N

2 413 800

2 332 800

2 564 017

109,91 %

231 217

/

/

/

231 217

231 217

/

/

PT

ALF

3X14-

Il-fonsa l-ħamra

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

182 000

182 626

185 582

101,62 %

2 956

/

/

/

2 956

2 956

/

/

PT

ANE

9/3411

L-inċova

Iż-żoni IX u X u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF

6 522 000

8 992 936

9 141 377

101,65 %

148 441

/

/

/

148 441

148 441

/

/

PT

BUM

ATLANT

Il-marlin blu

L-Oċean Atlantiku

52 320

51 259

56 271

109,78 %

5 012

/

/

/

5 012

5 012

/

/

PT

LEZ

8C3411

Il-megrims

Iż-żoni VIIIc, IX u X u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF

36 000

139 400

142 316

102,09 %

2 916

/

/

/

2 916

2 916

/

/

PT

SBR

09-

Il-paġella l-ħamra

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona IX

37 000

72 027

75 905

105,38 %

3 878

/

/

/

3 878

3 878

/

/

PT

SRX

89-C.

Ir-rebekkini u r-raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

1 156 000

1 132 824

1 211 808

106,97 %

78 984

/

/

/

78 984

78 984

/

/

PT

SWO

AN05N

Il-pixxispad

L-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N

1 170 830

1 738 532

1 854 956

106,70 %

116 424

/

/

/

116 424

116 424

/

/

UK

MAC

2CX14-

Il-kavalli

Iż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona Vb u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV

237 677 000

222 116 471

224 288 943

100,98 %

2 172 472

/

A (9)

/

2 172 472

2 172 472

/

/


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2016 għall-2017 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) u skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd eċċessiv ta' 100 tunnellata jew inqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.

(4)  L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta' multiplikazzjoni ta' 1,5 minħabba li kien hemm sajd eċċessiv b'mod konsekuttiv fl-2015, fl-2016 u fl-2017. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta' multiplikazzjoni ta' 1,5 minħabba li l-istokk huwa suġġett għal pjan pluriennali.

(5)  Il-kwantitajiet li fadal mis-sena jew mis-snin ta' qabel.

(6)  It-tnaqqis li għandu jsir fl-2018.

(7)  It-tnaqqis li għandu jsir fl-2018 li jista' jsir fir-realtà meta wieħed iqis il-kwota disponibbli fl-20 ta' Diċembru 2018.

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/479 tat-22 ta' Marzu 2019 li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2018 minħabba sajd eċċessiv ta' stokkijiet oħrajn fis-snin ta' qabel u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1969 (ĠU L 82, 25.3.2019, p. 6).

(9)  Il-fattur addizzjonali ta' multiplikazzjoni ma jistax jiġi applikat billi s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.

(10)  It-tnaqqis ma jistax jitnaqqas b'din il-kwantità li ma ntużatx minħabba li l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax għall-istokk ALB/AN05N.

(11)  Fuq talba ta' Spanja, it-tnaqqis ta' 2 269 354 kilogramma li kellu jsir fl-2017 inqasam nofs b'nofs fuq sentejn (l-2017 u l-2018) permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2309. Billi l-kwota oriġinali ta' Spanja għall-2018, kif ġiet stabbilita fir-Regolament (UE) 2018/120, diġà tirrifletti tnaqqis ta' 945 560 kilogramma, il-kwantità li fadal li trid titnaqqas hija ta' 189 117-il kilogramma.

(12)  Għalkemm id-Danimarka ma kellhiex kwota oriġinali għal dan l-istokk mistad iżżejjed, hija kkonkludiet skambji tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jippermettu li jsir tnaqqis minn dan l-istokk.


Top