EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0098

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/98 tal-21 ta' Jannar 2019 li jiftaħ proċedura għall-offerti għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat matul il-perjodu ta' intervent pubbliku mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru 2019

C/2019/601

OJ L 20, 23.1.2019, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/98/oj

23.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/98

tal-21 ta' Jannar 2019

li jiftaħ proċedura għall-offerti għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat matul il-perjodu ta' intervent pubbliku mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru 2019

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(6) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-intervent pubbliku għat-trab tal-ħalib xkumat huwa disponibbli mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1370/2013 jipprevedi li l-limitu kwantitattiv għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss għandu jiġu stabbilit bħala żero tunnellati għas-sena 2019.

(3)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013, se tinfetaħ proċedura tal-offerti għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat mill-bidu tal-perjodu ta' intervent pubbliku fl-2019.

(4)

It-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tat-Titolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240 tistipula regoli għax-xiri sfurzat permezz ta' proċedura tal-offerti.

(5)

Skont l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, jenħtieġ li jiġi stabbilit il-limitu ta' żmien biex l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-offerti kollha ammissibbli.

(6)

Fl-interess ta' amministrazzjoni effiċjenti, għan-notifiki tagħhom lill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw is-sistemi ta' informazzjoni skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 (4) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (5),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ftuħ tal-proċedura tal-offerti

Mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru 2019 tinfetaħ proċedura tal-offerti għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat fl-intervent, bil-kundizzjonijiet previsti fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tat-Titolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240 u f'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Tressiq ta' offerti

1.   Il-perjodi li matulhom jistgħu jitressqu l-offerti għandhom itemmu fil-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tielet nhar ta' Tlieta tax-xahar. Madankollu, f'Awwissu, l-iskadenza għat-tressiq tal-offerti għandha tkun ir-raba' nhar ta' Tlieta tax-xahar fil-11:00 (ħin ta' Brussell).

Jekk nhar ta' Tlieta jaħbat festa pubblika, il-limitu taż-żmien għandu jkun il-11.00 (ħin ta' Brussell) tal-ġurnata tax-xogħol ta' qabel.

2.   L-offerti għandhom jitressqu lill-aġenziji tal-pagamenti approvati mill-Istati Membri (6).

Artikolu 3

Notifika lill-Kummissjoni

In-notifika prevista fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240 għandha ssir sal-16:00 (ħin ta' Brussell) fid-dati tal-iskadenza għat-tressiq tal-offerti, kif imsemmi fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1185.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(3)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta' April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta' informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113).

(6)  L-indirizzi tal-aġenziji tal-pagamenti huma disponibbli fuq is-sit tal-Kummissjoni Ewropea http://ec.europa.eu/agriculture/milk/policy-instruments/index_mt.htm


Top