EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1828

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2017 tas-17 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1828]

OJ L 305, 29.11.2018, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1828/oj

29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 64/2017

tas-17 ta' Marzu 2017

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1828]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2120 tat-2 ta' Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 66wc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 2120: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2120 tat-2 ta' Diċembru 2016 (ĠU L 329, 3.12.2016, p. 70).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2120 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 329, 3.12.2016, p. 70.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top