EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1739

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2017 tat-3 ta’ Frar 2017 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE (2018/1739)

OJ L 297, 22.11.2018, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1739/oj

22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 5/2017

tat-3 ta’ Frar 2017

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE (2018/1739)

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/27 tas-13 ta’ Jannar 2016 li jemenda l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji m’għandiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0027: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/27 tat-13 ta’ Jannar 2016 (ĠU L 9, 14.1.2016, p. 4).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/27 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Frar 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 9, 14.1.2016, p. 4.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top