EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1731
Council Decision (EU) 2018/1731 of 12 November 2018 appointing two members and two alternate members, proposed by the Kingdom of Denmark, of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1731 tat-12 ta' Novembru 2018 li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1731 tat-12 ta' Novembru 2018 li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni
ST/12573/2018/INIT
OJ L 288, 16.11.2018, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020
16.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 288/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1731
tat-12 ta' Novembru 2018
li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Nhar il-5 ta' April 2016, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/552 (4), is-Sur KASTRUP LARSEN ġie sostitwit mis-Sur Erik NIELSEN bħala membru. Fis-7 ta' Marzu 2017, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/426 (5), is-Sur Erik NIELSEN ġie sostitwit mis-Sinjura Kirstine BILLE bħala membru u s-Sinjura Kirsten JENSEN ġiet maħtura mill-ġdid bħala membru. |
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sinjura Kirstine Bille u tas-Sinjur Jens Christian GJESING saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur John SCHMIDT ANDERSEN u tas-Sinjura Kirsten JENSEN saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
(a) |
bħala membri:
|
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Novembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/552 tal-5 ta' April 2016 li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni. (ĠU L 95, 9.4.2016, p. 12.).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/426 tas-7 ta' Marzu 2017 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni. (ĠU L 64, 10.3.2017, p. 108.).