EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1191

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 255/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Protokoll 47 (dwar l-abolizzjoni ta' ostakoli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid) tal-Ftehim ŻEE [2018/1191]

OJ L 215, 23.8.2018, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1191/oj

23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 255/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Protokoll 47 (dwar l-abolizzjoni ta' ostakoli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid) tal-Ftehim ŻEE [2018/1191]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/765 tal-11 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward ta' ċerti prattiċi enoloġiċi (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni dwar l-inbid ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba' paragrafu tal-introduzzjoni tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, il-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 10 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009) tal-Appendiċi 1 tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0765: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/765 tal-11 ta' Marzu 2016 (ĠU L 127, 18.5.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/765 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 127, 18.5.2016, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top