EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0976

Regolament (UE) 2018/976 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 li jemenda Regolament (UE) 2016/1139 f'dak li għandu x'jaqsam mal-meded tal-mortalità mis-sajd u l-livelli ta' salvagwardja għal ċerti stokkijiet ta' aringi fil-Baħar Baltiku

PE/23/2018/REV/1

OJ L 179, 16.7.2018, p. 76–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/976/oj

16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/76


REGOLAMENT (UE) 2018/976 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta' Lulju 2018

li jemenda Regolament (UE) 2016/1139 f'dak li għandu x'jaqsam mal-meded tal-mortalità mis-sajd u l-livelli ta' salvagwardja għal ċerti stokkijiet ta' aringi fil-Baħar Baltiku

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku (“il-pjan”). L-għan tal-pjan huwa li jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd u, b'mod partikolari, biex jiżgura li l-isfruttar ta' riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirriabilita u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada 'l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY).

(2)

L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2016/1139 jistipula l-istokkijiet tal-ħut tal-Baħar Baltiku kkonċernati, inkluż l-istokk ta' aringi tal-Baħar tal-Botnija u l-istokk ta' aringi tal-Bajja tal-Botnija. Sabiex tiġi salvagwardjata l-kapaċità riproduttiva sħiħa ta' dawk l-istokkijiet, l-Annessi I u II għal dak ir-Regolament jistabbilixxi ċerti punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni, inklużi l-meded ta' mortalità mis-sajd u l-punti ta' referenza ġodda tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk.

(3)

L-evalwazzjoni xjentifika tal-istokk tal-aringi tal-Baħar tal-Botnija, u l-istokk tal-aringi tal-Bajja tal-Botnija li saret fl-2017 mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) wriet li dawn iż-żewġ stokkijiet huma simili. Bħala konsegwenza, l-ICES għaqqad iż-żewġ stokkijiet f'waħda, biddel il-konfini taż-żona ġeografika relattiva u vvaluta mill-ġdid il-meded ta' mortalità mis-sajd tar-rendiment massimu sostenibbli (MSY), kif ukoll il-punti ta' referenza dwar konservazzjoni rilevanti. Dan wassal għal definizzjoni tal-istokkijiet u valuri numeriċi differenti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 1 u l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2016/1139.

(4)

L-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2016/1139 jipprevedi li meta, abbażi ta' parir xjentifiku, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni stipulati fl-Anness II ta' dak ir-Regolament ma jibqgħux jesprimu b'mod korrett l-objettivi tal-pjan, il-Kummissjoni tista', bħala kwistjoni ta' urġenza, tissottometti proposta għar-reviżjoni ta' dawk il-punti ta' referenza lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(5)

Huwa xieraq li jiġu emendati b'mod urġenti l-punti (e) u (f) tal-Artikolu 1(1) u l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2016/1139 sabiex jiġi żgurat li l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet rilevanti jiġu ffissati skont il-punti ta' referenza dwar konservazzjoni aġġornati.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1139 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (UE) 2016/1139

Ir-Regolament (UE) 2016/1139 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

aringi (Clupea harengus) fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 30-31 (aringi tal-Golf ta' Botnija);”;

(b)

jitħassar il-punt (f).

(2)

Fl-Anness I, l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw l-istokk ta' aringi tal-Baħar tal-Botnija u l-istokk ta' aringi tal-Bajja tal-Botnija huma sostitwiti b'dan li ġej:

“L-aringa tal-Golf ta' Botnija

0,15-0,21

0,21-0,21”

(3)

Fl-Anness II, l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw l-istokk ta' aringi tal-Baħar tal-Botnija u l-istokk ta' aringi tal-Bajja tal-Botnija huma sostitwiti b'dan li ġej:

“L-aringa tal-Golf ta' Botnija

283 180

202 272 ”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta' Lulju 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

K. EDTSTADLER


(1)  Opinjoni tal-14 ta' Frar 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Mejju 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2018.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).


Top