EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0872

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/872 tal-14 ta' Ġunju 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ST/9907/2018/INIT

OJ L 152, 15.6.2018, p. 22–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/872/oj

15.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/22

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/872

tal-14 ta' Ġunju 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Fis-7 ta' Ġunju 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti żied sitt persuni mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA

(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

ANNESS

I.   

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333:

21.

Isem: 1: Ermias 2: Ghermay 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid: Bejn wieħed u ieħor (35-45 sena) Post tat-Twelid: (possibbilment Asmara, Eritrea) Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Ermies Ghermay b) Ermias Ghirmay Nazzjonalità: Eritrea Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: (Indirizz magħruf: Tripoli, Tarig sure nru. 51, probabbilment telaq lejn Sabratha fl-2015.) Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Ermias Ghermay huwa dokumentat b'mod estensiv minn diversi sorsi affidabbli, inkluż investigazzjonijiet kriminali, li identifikawh bħala wieħed mill-aktar atturi importanti tal-Afrika sub-Saħarjana involut fit-traffikar illeċitu ta' migranti fil-Libja. Ermias Ghermay huwa mexxej ta' netwerk transnazzjonali responsabbli mit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali ta' għexieren ta' eluf ta' migranti, l-aktar mill-Qarn tal-Afrika lejn il-kosta tal-Libja u minn hemm lejn pajjiżi ta' destinazzjoni fl-Ewropa u l-Istati Uniti. Huwa għandu għad-dispożizzjoni tiegħu rġiel armati, kif ukoll imħażen u kampijiet ta' detenzjoni fejn hu rappurtat li qed jitwettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-konfront tal-migranti. Huwa jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' netwerks Libjani ta' faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali bħal dak ta' Abu-Qarin, u huwa meqjus bħala “il-katina tal-provvista tal-Lvant” tagħhom. In-netwerk tiegħu jibda mis-Sudan u jasal sal-kosta tal-Libja u l-Ewropa (l-Italja, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit) u l-Istati Uniti. Ghermay jikkontrolla kampijiet ta' detenzjoni privati fl-inħawi tal-kosta tal-majjistral tal-Libja fejn jinżammu l-migranti taħt detenzjoni, u fejn seħħew abbużi gravi fuq il-migranti. Minn dawn il-kampijiet, il-migranti jiġu ttrasportati lejn Sabratha jew Zawiya. F'dawn l-aħħar snin, Ghermay organizza bosta vjaġġi perikolużi fuq il-baħar, fejn espona lil migranti (inkluż għadd kbir ta' minorenni) għar-riskju tal-mewt. Il-Qorti ta' Palermo (l-Italja) ħarġet mandati ta' arrest fl-2015 kontra Ermias Ghermay b'rabta mal-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali ta' eluf ta' migranti f'ċirkostanzi inumani, inkluż in-nawfraġju tat-13 ta' Ottubru 2013 qrib Lampedusa fejn mietu 266 persuna.

22.

Isem: 1: Fitiwi 2: Abdelrazak 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid: Bejn wieħed u ieħor (30-35 sena) Post tat-Twelid: Massaua, Eritrea Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: Fitwi Esmail Abdelrazak Nazzjonalità: Eritreaa Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Fitiwi Abdelrazak huwa mexxej ta' netwerk transnazzjonali responsabbli mit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali ta' għexieren ta' eluf ta' migranti, l-aktar mill-Qarn tal-Afrika lejn il-kosta tal-Libja u minn hemm lejn pajjiżi ta' destinazzjoni fl-Ewropa u l-Istati Uniti. Fitiwi Abdelrazak ġie identifikat minn sorsi miftuħa u f'diversi investigazzjonijiet kriminali bħala wieħed mill-ogħla atturi responsabbli għall-esplojtazzjoni u l-abbuż ta' għadd kbir ta' migranti fil-Libja. Abdelrazak għandu kuntatti estensivi fi ħdan in-netwerks ta' faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali fil-Libja u kiseb ġid enormi permezz tat-traffikar illeċitu tal-migranti. Huwa għandu għad-dispożizzjoni tiegħu rġiel armati, kif ukoll imħażen u kampijiet ta' detenzjoni fejn qed jitwettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem. In-netwerk tiegħu huwa magħmul minn ċelloli li jilħqu mis-Sudan sal-Libja, l-Italja u lejn pajjiżi ta' destinazzjoni għall-migranti. Il-migranti fil-kampijiet tiegħu jinxtraw ukoll minn partijiet oħrajn, bħal faċilitajiet ta' detenzjoni oħra lokali. Minn dawn il-kampijiet, il-migranti jiġu ttrasportati lejn il-kosta Libjana. Abdelrazak organizza għadd kbir ta' vjaġġi marittimi perikolużi, li jesponu lill-migranti (inkluż minorenni) għar-riskju tal-mewt. Abdelrazak huwa marbut ma' tal-anqas żewġ nawfraġji b'konsegwenzi fatali bejn April 2014 u Lulju 2014.

23.

Isem: 1: Ahmad 2: Oumar 3: al-Dabbashi 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, Mexxej ta' netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid: Bejn wieħed u ieħor (30 sena) Post tat-Twelid: (possibbilment Sabratha, il-viċinat ta' Talil) Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Al-Dabachi b) Al Ammu c) The Uncle d) Al-Ahwal Nazzjonalità: Eritreaa Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Mhux disponibbli Indirizz: a) Garabulli, Libja b) Zawiya, Libja Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Ahmad al-Dabbashi huwa l-kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, li qabel kienet topera fiż-żona kostali bejn Sabratha u Melita. Al-Dabbashi huwa mexxej sinifikanti f'attivitajiet illegali relatati mat-traffikar ta' migranti. Il-klann u l-milizzja al-Dabbashi jżommu wkoll relazzjonijiet ma' gruppi terroristiċi u gruppi estremisti vjolenti. Al-Dabbashi bħalissa huwa attiv fl-inħawi ta' Zawiya, wara li kien hemm ġlied vjolenti ma' milizzji u organizzazzjonijiet tat-traffikar rivali oħrajn fl-inħawi taż-żona kostali f'Ottubru 2017, li rriżultaw f'aktar minn 30 ruħ mejta, inkluż persuni ċivili. Bi tweġiba għat-tkeċċija tiegħu, fl-4 ta' Diċembru 2017 Ahmad al-Dabbashi wiegħed pubblikament li ser jirritorna Sabratha bl-armi u bil-poter. Hemm evidenza estensiva li l-milizzja Al-Dabbashi kienet direttament involuta fit-traffikar illeċitu u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, u li l-milizzja tiegħu tikkontrolla żoni ta' tluq għall-migranti, kampijiet, djar sikuri u dgħajjes. Hemm informazzjoni li ssostni l-konklużjoni li Al-Dabbashi espona l-migranti (inkluż minorenni) għal kundizzjonijiet brutali u xi kultant ċirkostanzi fatali fuq l-art u fuq il-baħar. Wara ġlied vjolenti bejn il-milizzja ta' al-Dabbashi u milizzji oħrajn f'Sabratha, instabu eluf ta' migranti (bosta f'kundizzjoni gravi), il-biċċa l-kbira tagħhom miżmuma f'ċentri tal-Brigata Martyrs Anas al-Dabbashi u tal-milizzja al-Ghul. Il-klann al-Dabbashi u l-milizzja konnessa Anas al-Dabbashi għandhom rabtiet stabbiliti sew mal-Istat Iżlamiku ta' Levante (ISIL) u l-affiljati tiegħu. Diversi operaturi tal-ISIL huma skjerati magħhom, inkluż Abdallah al-Dabbashi, il-“kaliff” ta' ISIL f'Sabratha. Al-Dabbashi kien allegatament involut fl-organizzazzjoni tal-qtil ta' Sami Khalifa al-Gharabli, li kien maħtur mill-Kunsill muniċipali ta' Sabratha biex jiġġieled kontra l-operazzjonijiet ta' faċilitazzjoni ta' migrazzjoni illegali f'Lulju 2017. L-attivitajiet ta' Al-Dabbashi jikkontribwixxu b'mod importanti għall-vjolenza u n-nuqqas ta' sigurtà fil-Punent tal-Libja u huma ta' theddida għall-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u l-pajjiżi ġirien.

24.

Isem: 1: MUS'AB 2: ABU-QARIN 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid:19 ta' Jannar 1983Post tat-Twelid: Sabratha, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) ABU-AL QASSIM OMAR Musab Boukrin b) The Doctor c) Al-Grein Nazzjonalità: Il-Libja Nru tal-Passaport: a) 782633, maħruġ fil-31 ta' Mejju 2005b) 540794, maħruġ fit-12 ta' Jannar 2008Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Mus'ab Abu-Qarin huwa meqjus bħala attur ċentrali fit-traffikar tal-bnedmin u fl-attivitajiet ta' faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali fiż-żona ta' Sabratha, iżda jopera wkoll minn Zawiya u Garibulli. In-netwerk transnazzjonali tiegħu jkopri il-Libja, destinazzjonijiet Ewropej, pajjiżi sub-Saħarjani għar-reklutaġġ ta' migranti u pajjiżi Għarab għas-settur finanzjarju. Sorsi affidabbli ddokumentaw il-kollużjoni li kellu fir-rigward tat-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali ma' Ermias Ghermay, li jieħu ħsieb “il-katina tal-provvista tal-Lvant” f'isem Abu-Qarin. Hemm evidenza li Abu-Qarin żamm relazzjonijiet ma' atturi oħra fin-negozju tat-traffikar, b'mod partikolari Mohammed Kachlaf (il-kuġin u kap tal-brigata al-Nasr ukoll propost għall-inklużjoni fil-lista) f'Zawiya. Dak li qabel kien kompliċi ta' Abu-Qarin, li issa qed jikkoopera mal-awtoritajiet Libjani, isostni li Abu-Qarin organizza vjaġġi bil-baħar għal 45 000 ruħ fl-2015 biss, u b'hekk espona l-migranti (fosthom minorenni) għar-riskju tal-mewt. Abu-Qarin huwa l-organizzatur ta' vjaġġ fit-18 ta' April 2015 fejn bastiment spiċċa f'nawfraġju fil-Kanal ta' Sqallija u ħalla 800 persuna mejta. Evidenza, inkluż minn Bord ta' Esperti tan-NU, tiddokumenta li huwa responsabbli għad-detenzjoni ta' migranti f'kundizzjonijiet brutali, inkluż fi Tripli qrib iż-żona ta' Al-Wadi u lokalitajiet mal-baħar qrib Sabratha fejn jinżammu l-migranti. Ġie rappurtat li Abu-Qarin kien qrib tal-klann ta' al-Dabbashi f'Sabratha, sakemm inqalgħet ġlieda fuq “taxxa tal-protezzjoni”. Sorsi rrappurtaw li Abu-Qarin ħallas persuni qrib ta' estremisti vjolenti fiż-żona ta' Sabratha, bi skambju għall-approvazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni illegali f'isem gruppi ta' estremisti vjolenti, li jibbenefikaw finanzjarjament mill-isfruttament tal-immigrazzjoni illegali. Abu-Qarin huwa konness ma' netwerk ta' faċilitaturi tal-immigrazzjoni illegali magħmul minn gruppi armati Salafi fi Tripli, Sebha u Kufra.

25.

Isem: 1: Mohammed 2: Kachlaf 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-brigata Shuhada al-Nasr, Kap tal-Gwardja tar-Raffinerija tal-Petrol ta' Zawiya Data tat-Twelid: mhux disponibbli Post tat-Twelid: Zawiya, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Kashlaf b) Koshlaf c) Keslaf d) al-Qasab Nazzjonalità: Il-Libja Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiya, il-Libja Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Mohammed Kachlaf huwa l-kap tal-brigata Shuhada al Nasr f'Zawiya, fil-Punent tal-Libja. Il-milizzja tiegħu jikkontrolla r-raffinerija ta' Zawiya, ċentru ta' operazzjonijiet tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Kachlaf jikkontrolla wkoll iċ-ċentri ta' detenzjoni, inkluż iċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Nasr – nominalment taħt il-kontroll tad-DCIM. Kif iddokumentat f'diversi sorsi, in-netwerk ta' Kachlaf huwa wieħed mill-aktar dominanti fil-qasam tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali u l-isfruttament tal-migranti fil-Libja. Kachlaf għandu rabtiet estensivi mal-kap tal-unità lokali tal-gwardja tal-kosta ta' Zawiya, al-Rahman al-Milad, li l-unità tiegħu tinterċetta dgħajjes bil-migranti, li ta' spiss ikunu ta' netwerks rivali ta' faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Il-migranti mbagħad jinġiebu f'faċilitajiet ta' detenzjoni taħt il-kontroll tal-milizzja Al Nasr, fejn allegatament jinżammu f'kundizzjonijiet kritiċi. Il-Bord ta' Esperti għal-Libja ġabar evidenza ta' migranti li spiss kienu msawta, filwaqt li oħrajn, speċjalment nisa minn pajjiżi tas-Sub-Saħara u l-Marokk, inbiegħu fis-suq lokali bħala “skjavi sesswali”. Il-Bord sab ukoll li Kachlaf ikkollabora ma' gruppi armati oħrajn u kien involut fi ġlied ripetut u vjolenti fl-2016 u fl-2017.

26.

Isem: 1: Abd 2: Al-Rahman 3: al-Milad 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Gwardja tal-Kosta f'Zawiya Data tat-Twelid: Bejn wieħed u ieħor (29 sena) Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Rahman Salim Milad b) al-Bija Nazzjonalità: Il-Libja Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiya, il-Libja Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Abd al Rahman al-Milad imexxi l-unità reġjonali tal-Gwardja tal-Kosta ta' Zawiya li tissemma' konsistentement b'rabta mal-vjolenza kontra migranti u faċilitaturi tal-migrazzjoni illegali oħrajn. Il-Bord ta' Esperti tan-NU jiddikjara li Milad, u membri oħrajn tal-gwardja tal-kosta, huma direttament involuti fl-għeriq ta' dgħajjes tal-migranti bl-użu ta' armi tan-nar. Al-Milad jikkollabora ma' faċilitaturi tal-migrazzjoni illegali bħal Mohammed Kachlaf (ukoll propost għall-inklużjoni fil-lista) li, skont ċerti sorsi, qed jipprovdilu protezzjoni li tippermettilu jwettaq operazzjonijiet illeċiti relatati mat-traffikar tal-migranti u l-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Bosta xhieda f'investigazzjonijiet kriminali ddikjaraw li nġabru mill-baħar minn irġiel armati fuq bastiment tal-Gwardja tal-Kosta msejjaħ Tallil (użat minn al-Milad) u ttieħdu fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' al-Nasr, fejn allegatament jinżammu f'kundizzjonijiet brutali u jiġu msawwta.

II.   

Il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333:

21.

Isem: 1: Ermias 2: Ghermay 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid: Bejn wieħed u ieħor (35-45 sena) Post tat-Twelid: (possibbilment Asmara, Eritrea) Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Ermies Ghermay b) Ermias Ghirmay Nazzjonalità: Eritrea Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: (Indirizz magħruf: Tripoli, Tarig sure nru. 51, probabbilment telaq lejn Sabratha fl-2015.) Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Teżisti dokumentazzjoni estensiva minn diversi sorsi affidabbli dwar Ermias Ghermay, inkluż investigazzjonijiet kriminali, li jidentifikawh bħala wieħed mill-aktar atturi importanti tal-Afrika sub-Saħarjana involut fit-traffikar ta' migranti fil-Libja. Ermias Ghermay huwa mexxej ta' netwerk transnazzjonali responsabbli mit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali ta' għexieren ta' eluf ta' migranti, l-aktar mill-Qarn tal-Afrika għall-kosta tal-Libja u lil hinn lejn il-pajjiżi ta' destinazzjoni fl-Ewropa u l-Istati Uniti. Huwa għandu għad-dispożizzjoni tiegħu rġiel armati, kif ukoll imħażen u kampijiet ta' detenzjoni fejn hu rappurtat li qed jitwettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-konfront tal-migranti. Huwa jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' netwerks ta' Libjani ta' faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali bħal dak ta' Abu-Qarin, u huwa meqjus bħala “il-katina tal-provvista tal-Lvant” tagħhom. In-netwerk tiegħu jibda mis-Sudan u jasal sal-kosta tal-Libja u l-Ewropa (l-Italja, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit) u l-Istati Uniti. Ghermay jikkontrolla kampijiet ta' detenzjoni privati fl-inħawi tal-kosta tal-majjistral tal-Libja fejn jinżammu l-migranti taħt detenzjoni, u fejn seħħew abbużi gravi fuq il-migranti. Minn dawn il-kampijiet, il-migranti jiġu ttrasportati lejn Sabratha jew Zawiya. F'dawn l-aħħar snin, Ghermay organizza bosta vjaġġi perikolużi fuq il-baħar, fejn espona lil migranti (inkluż għadd kbir ta' minorenni) għar-riskju tal-mewt. Il-Qorti ta' Palermo (l-Italja) ħarġet mandati ta' arrest fl-2015 kontra Ermias Ghermay b'rabta mal-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali ta' eluf ta' migranti f'ċirkostanzi inumana, fosthom l-inkaljar tal-bastimenti fit-13 ta' Ottubru 2013 qrib Lampedusa fejn mietu 266 persuna.

22.

Isem: 1: Fitiwi 2: Abdelrazak 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid: Bejn wieħed u ieħor (30-35 sena) Post tat-Twelid: Massaua, Eritrea Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: Fitwi Esmail Abdelrazak Nazzjonalità: Eritrea Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Fitiwi Abdelrazak huwa mexxej ta' netwerk transnazzjonali responsabbli mit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali ta' għexieren ta' eluf ta' migranti, l-aktar mill-Qarn tal-Afrika għall-kosta tal-Libja u lil hinn lejn il-pajjiżi ta' destinazzjoni fl-Ewropa u l-Istati Uniti. Fitiwi Abdelrazak ġie identifikat minn sorsi miftuħa u f'diversi investigazzjonijiet kriminali bħala wieħed mill-ogħla atturi responsabbli għall-esplojtazzjoni u l-abbuż ta' għadd kbir ta' migranti fil-Libja. Abdelrazak għandi kuntatti estensivi fi ħdan in-netwerks ta' faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali fil-Libja u kiseb ġid enormi permezz tat-traffikar tal-migranti. Huwa għandu għad-dispożizzjoni tiegħu rġiel armati, kif ukoll imħażen u kampijiet ta' detenzjoni fejn qed jitwettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem. In-netwerk tiegħu huwa magħmul minn ċelloli li jilħqu mis-Sudan sal-Libja, l-Italja u lejn pajjiżi ta' destinazzjoni għall-migranti. Il-migranti fil-kampijiet tiegħu jinxtraw ukoll minn partijiet oħrajn, bħal faċilitajiet ta' detenzjoni oħra lokali. Minn dawn il-kampijiet, il-migranti jiġu ttrasportati lejn il-kosta Libjana. Abdelrazak organizza għadd kbir ta' vjaġġi marittimi perikolużi, li jesponu lill-migranti (inkluż minorenni) għar-riskju tal-mewt. Abdelrazak huwa marbut ma' tal-anqas żewġ nawfraġji b'konsegwenzi fatali bejn April 2014 u Lulju 2014.

23.

Isem: 1: Ahmad 2: Oumar 3: al-Dabbashi 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-milizja Anas al-Dabbashi, Mexxej ta' netwerk tat-traffikar transnazzjonali Data tat-Twelid: Bejn wieħed u ieħor (30 sena) Post tat-Twelid: (possibbilment Sabratha, il-viċinat ta' Talil) Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Al-Dabachi b) Al Ammu c) The Uncle d) Al-Ahwal Nazzjonalità: Il-Libja Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: Mhux disponibbli Indirizz: a) Garabulli, Libja b) Zawiya, Libja Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Ahmad al-Dabbashi huwa l-kmandant tal-milizja Anas al-Dabbashi, li qabel kienet topera fiż-żona kostali bejn Sabratha u Melita. Al-Dabbashi huwa mexxej sinifikanti f'attivitajiet illegali relatati mat-traffikar ta' migranti. Il-klann u l-milizja al-Dabbashi jżommu wkoll relazzjonijiet ma' gruppi terroristiċi u gruppi estremisti vjolenti. Al-Dabbashi bħalissa huwa attiv fl-inħawi ta' Zawiya, wara li kien hemm ġlied vjolenti ma' milizzji u organizzazzjonijiet tat-traffikar rivali oħrajn fl-inħawi taż-żona kostali f'Ottubru 2017, li rriżultaw f'aktar minn 30 mejjet, inkluż persuni ċivili. Bi tweġiba għat-tkeċċija tiegħu, Ahmad al-Dabbashi fl-4 ta' Diċembru 2017 wiegħed pubblikament li ser jirritorna Sabratha bl-armi u bil-poter. Hemm evidenza estensiva li l-milizja Al-Dabbashi kienet direttament involuta fit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, u li l-milizzja tiegħu tikkontrolla żoni ta' tluq għall-migranti, kampijiet, djar siguri u dgħajjes. Hemm informazzjoni li tappoġġa l-konklużjoni li Al-Dabbashi espona l-migranti (inkluż minorenni) għal kundizzjonijiet brutali u xi kultant ċirkostanzi fatali fuq l-art u fuq il-baħar. Wara ġlied vjolenti bejn il-milizzja ta' al-Dabbashi u milizzji oħrajn f'Sabratha, eluf ta' migranti instabu (bosta f'kundizzjoni gravi), il-biċċa l-kbira tagħhom miżmuma f'ċentri tal-Brigata Martyrs Anas al-Dabbashi u tal-milizzja al-Ghul. Il-klann al-Dabbashi u l-milizzja konnessa Anas al-Dabbashi għandhom rabtiet li jmorru ħafna mal-Istat Iżlamiku ta' Levante (ISIL) u l-affiljati tiegħu. Diversi operaturi tal-ISIL huma skjerati magħhom, inkluż Abdallah al-Dabbashi, il-“kaliff” ta' ISIL f'Sabratha. Al-Dabbashi kien allegatament involut fl-organizzazzjoni tal-qtil ta' Sami Khalifa al-Gharabli, li kien maħtur mill-Kunsill muniċipali ta' Sabratha fil-ġlieda kontra l-operazzjonijiet ta' traffikar ta' migranti f'Lulju 2017. L-attivitajiet ta' Al-Dabbashi jikkontribwixxu b'mod importanti għall-vjolenza u n-nuqqas ta' sigurtà fil-Punent tal-Libja u huma ta' theddida għall-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u l-pajjiżi ġirien.

Top