EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0301

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/301 tas-26 ta' Frar 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/926 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2016 tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri (notifikata bid-dokument C(2018) 1078)

C/2018/1078

OJ L 56, 28.2.2018, p. 62–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/301/oj

28.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/62


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/301

tas-26 ta' Frar 2018

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/926 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2016 tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri

(notifikata bid-dokument C(2018) 1078)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 51 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/926 (2) approvat il-kontijiet tal-aġenziji kollha tal-pagamenti għas-sena finanzjarja tal-2016 marbutin mal-perjodu ta' programmazzjoni tal-2014 sal-2020, minbarra dawk tal-aġenzija tal-pagamenti Bulgara msejħa “State Fund Agriculture”, dawk tal-aġenzija tal-pagamenti Daniża msejħa “Danish AgriFish Agency”, dawk tal-aġenzija tal-pagamenti Franċiża msejħa “Office du Développement Agricole et Rural de Corse”, dawk tal-aġenzija tal-pagamenti Ungeriża msejħa “Agriculture and Rural Development Agency”, dawk tal-aġenziji tal-pagamenti Taljani msejħin “Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura” u “Agenzia della regione Calabria per le Erogazioni in Agricoltura”, dawk tal-aġenzija tal-pagamenti Maltija msejħa “Agriculture and Rural Payments Agency” u dawk tal-aġenzija tal-pagamenti Slovakka msejħa “Agricultural Paying Agency”.

(2)

L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jeżiġi li l-Istati Membri jehmżu, mal-kontijiet annwali li jridu jibagħtu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (3), tabella ċċertifikata li turi l-ammonti li jkollhom jagħmlu tajjeb għalihom huma skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li jridu jiġu rkuprati huma stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 jagħti l-mudell tat-tabella li l-Istati Membri jridu jużaw biex jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ammonti li jridu jiġu rkuprati fl-2016. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta' rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iżjed minn erba' snin jew għal iżjed minn tmien snin rispettivament abbażi tat-tabelli li l-Istati Membri jkunu mlew.

(3)

Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jsegwux irkupru. It-tali deċiżjoni tista' tittieħed biss jekk l-ispejjeż li jkunu saru diġà u li x'aktarx ikunu se jsiru b'kollox ikunu aktar mill-ammont li jkollu jiġi rkuprat, jew jekk l-irkupru jirriżulta impossibbli minħabba l-insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli mill-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba' snin mid-data tat-talba għall-irkupru, jew fi żmien tmien snin f'każ li l-irkupru jinkiseb permezz tal-qrati nazzjonali, il-konsegwenzi finanzjarji kollha tan-nuqqas ta' rkupru jridu jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li għalihom Stat Membru partikulari jkun iddeċieda li ma jsegwix l-irkupru u r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu jridu jiddaħħlu fil-kontijiet annwali skont l-Artikolu 29(e) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014, imsemmijin fl-Artikolu 102(1)(c)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Għalhekk, jenħtieġ li t-tali ammonti ma jiġġarrbux mill-Istati Membri kkonċernati iżda jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni minflok.

(4)

L-Anness III tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/926 jistabbilixxi l-ammonti li jridu jitħallsu mill-Istati Membri minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-perjodu ta' programmazzjoni tal-2014 sal-2020 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR).

(5)

Minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-perjodu ta' programmazzjoni tal-2007 sal-2013 għall-FAEŻR, għad hemm ammonti li jridu jitħallsu mill-Istati Membri.

(6)

Sabiex tingħata l-istampa kollha tal-ammonti li l-Istati Membri jridu jħallsu għall-FAEŻR, irrispettivament mill-perjodu ta' programmazzjoni, u għal raġunijiet ta' effiċjenza amministrattiva, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/926 tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/926 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

L-ammonti li jridu jitħallsu mill-Istati Membri minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-perjodu ta' programmazzjoni tal-2014 sal-2020 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), huma stabbiliti fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

L-ammonti li jridu jitħallsu mill-Istati Membri minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-perjodu ta' programmazzjoni tal-2007 sal-2013 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), huma stabbiliti fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni.”;

(2)

it-test mogħti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jiżdied fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/926 bħala l-Anness IV tagħha.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/926 tad-29 ta' Mejju 2017 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2016 tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri (ĠU L 140, 31.5.2017, p. 15).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).


ANNESS

ANNESS IV

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI

IS-SENA FINANZJARJA TAL-2016 - L-FAEŻR

Korrezzjonijiet skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013  (*1)

Stat Membru

Munita

Fil-munita nazzjonali

F'EUR

AT

EUR

BE

EUR

BG (*2)

BGN

CY

EUR

CZ

CZK

36 969,05

DE

EUR

41 455,51

DK (*2)

DKK

 

EE

EUR

233 063,44

ES

EUR

260 699,62

FI

EUR

4 602,87

FR (*2)

EUR

601 073,78

UK

GBP

9 169,51

EL

EUR

34 706,51

HR

HRK

HU (*2)

HUF

IE

EUR

179 494,91

IT (*2)

EUR

 

67 180,48

LT

EUR

LU

EUR

LV

EUR

475,29

MT (*2)

EUR

NL

EUR

PL

PLN

1 563 681,20

PT

EUR

22 273,99

RO

RON

125 075,98

SE

SEK

378 568,89

SI

EUR

497,82

SK (*2)

EUR


(*1)  Dan l-Anness jagħti biss il-korrezzjonijiet marbutin mal-perjodu ta' programmazzjoni tal-2007 sal-2013.

(*2)  Fil-każ tal-aġenziji tal-pagamenti li l-kontijiet tagħhom huma diżassoċjati, it-tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 54(2) irid jiġi applikat ladarba l-kontijiet tagħhom jiġu proposti għall-approvazzjoni.


Top