EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0003

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/3 tal-4 ta' Jannar 2018 li jiffissa l-volumi indikattivi għas-snin 2018 u 2019 għall-finijiet tal-applikazzjoni possibbli ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex

C/2017/8886

OJ L 2, 5.1.2018, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/3/oj

5.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 2/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/3

tal-4 ta' Jannar 2018

li jiffissa l-volumi indikattivi għas-snin 2018 u 2019 għall-finijiet tal-applikazzjoni possibbli ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 39 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 (2) jipprevedi li dazju tal-importazzjoni addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jista' jiġi applikat għall-prodotti u matul il-perjodi elenkati fl-Anness VII ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni. Dak id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali jrid japplika jekk il-kwantità ta' kwalunkwe wieħed mill-prodotti mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni libera għal kwalunkwe wieħed mill-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti f'dak l-Anness taqbeż il-volum indikattiv ta' importazzjonijiet f'sena għal dak il-prodott. Dazji tal-importazzjoni addizzjonali ma għandhomx jiġu imposti meta l-importazzjonijiet ma jkunux mistennija jfixklu s-suq tal-Unjoni, jew meta l-effetti jkunu sproporzjonati għall-objettiv maħsub.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-volumi indikattivi tal-importazzjonijiet għall-applikazzjoni possibbli ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex huma bbażati fuq dejta dwar l-importazzjoni u fuq dejta dwar il-konsum domestiku tul l-aħħar tliet snin. Abbażi tad-dejta nnotifikata mill-Istati Membri għas-snin 2014, 2015 u 2016, il-volumi indikattivi għal ċertu frott u ħaxix jenħtieġ li jiġu ffissati għas-snin 2018 u 2019.

(3)

Filwaqt li jitqies li dak il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali possibbli, kif stipulat fl-Anness VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, jibda għal għadd ta' prodotti fl-1 ta' Jannar, dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018, u għaldaqstant jenħtieġ li jidħol fis-seħħ mill-iktar fis,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-snin 2018 u 2019, il-volumi indikattivi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-prodotti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 huma stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 tat-13 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 57).


ANNESS

Volumi indikattivi għall-prodotti u l-perjodi stipulati fl-Anness VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, għall-applikazzjoni possibbli ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali

Mingħajr ħsara għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa indikattiva biss. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, il-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali jiġi ddeterminat mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

Numru tal-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-applikazzjoni

Volum indikattiv (f'tunnellati)

2018

2019

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

 

39 326

78.0020

Mill-1 ta' Ottubru

sal-31 ta' Mejju

483 376

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru

 

26 505

78.0075

Mill-1 ta' Novembru

sat-30 ta' April

20 482

78.0085

0709 91 00

Qaqoċċ

Mill-1 ta' Novembru

sat-30 ta' Ġunju

6 587

78.0100

0709 93 10

Zukkini (qarabagħli żgħir)

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Dicembru

 

55 037

78.0110

0805 10 22

0805 10 24

0805 10 28

Larinġ

Mill-1 ta' Diċembru

sal-31 ta' Mejju

302 643

78.0120

0805 22 00

Klementina

Mill-1 ta' Novembru

sa tmiem Frar

90 771

78.0130

0805 21

0805 29 00

Mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

Mill-1 ta' Novembru

sa tmiem Frar

86 317

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju

 

32 823

78.0160

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru

 

306 804

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mis-16 ta' Lulju sas-16 ta' Novembru

 

78 324

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu

 

432 630

78.0180

Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru

 

39 724

78.0220

0808 30 90

Lanġas

Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April

 

155 417

78.0235

Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

 

19 187

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

 

4 630

78.0265

0809 29 00

Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

Mis-16 ta' Mejju sal-15 ta' Awwissu

 

33 718

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

Mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

 

3 150

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

Mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

 

17 254


Top