EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2017C0115

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 115/17/COL tat-12 ta' Lulju 2017 dwar il-konformità tar-rata unitarja tan-Norveġja għall-2017 skont l-Artikolu 17 tal-Att imsemmi fil-punt 66wm tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru) [2017/1513]

OJ L 224, 31.8.2017, p. 122–123 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1513/oj

31.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/122


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 115/17/COL

tat-12 ta' Lulju 2017

dwar il-konformità tar-rata unitarja tan-Norveġja għall-2017 skont l-Artikolu 17 tal-Att imsemmi fil-punt 66wm tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru) [2017/1513]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 66u tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (1)), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu, u l-Att imsemmi fil-punt 66wm tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (2)) (“ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013”), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1)(d) tiegħu, it-tnejn kif adattati għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. L-iskema komuni ta' imposti hija element integrali għall-ksib tal-objettivi tal-iskema ta' prestazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 11 tal-Att imsemmi f'punt 66t tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas)  (3)) u l-att imsemmi fil-punt 66xf tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk  (4)) (“ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013”).

(2)

L-Att imsemmi fil-punt 66xe tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019  (5)) jistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha kemm hi, fosthom il-mira tal-kosteffikaċja għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route, espressa f'kosti unitarji determinati għall-forniment ta' dawn is-servizzi, għat-tieni perjodu ta' referenza, li jkopri u jinkludi s-snin mill-2015 sal-2019.

(3)

Skont l-Artikolu 17(1)(b) u (c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tivvaluta r-rati unitarji tal-2017 għaż-żoni tal-imposti ppreżentati min-Norveġja skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9(1) u 9(2) ta' dan ir-Regolament. Dik il-valutazzjoni tikkonċerna l-konformità ta' dawn ir-rati unitarji mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

(4)

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA wettqet il-valutazzjoni tagħha tar-rati unitarji bl-appoġġ tal-Unità tar-Reviżjoni tal-Prestazzjoni tal-Eurocontrol u tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Imposti tar-Rotot, u bl-użu tad-dejta u tal-informazzjoni addizzjonali pprovduta min-Norveġja kif ukoll bir-rapport tal-awtorità superviżorja nazzjonali dwar il-valutazzjoni tal-ispejjeż eżentati mill-mekkaniżmu tal-qsim tal-ispejjeż.

(5)

Abbażi ta' din il-valutazzjoni, l-Awtorità sabet, bi qbil mal-Artikolu 17(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, li r-rata għal kull unità għaż-żoni tal-imposti għall-2017 ippreżentata min-Norveġja hija konformi mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

(6)

Skont l-Artikolu 17(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, in-Norveġja jenħtieġ li tiġi nnotifikata dwar dik il-kostatazzjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rata unitarja en route ppreżentata min-Norveġja għall-2017, ta' NOK 430,06, hija f'konformità mal-Att imsemmi fil-punt 66xf tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk) u mal-Att imsemmi fil-punt 66wm tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Norveġja.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2017.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Sven Erik SVEDMAN

Il-President

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(2)  ĠU L 128, 9.5.2013, p. 31.

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1.

(5)  ĠU L 71, 12.3.2014, p. 20.


Top