EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1264

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1264 tat-12 ta' Lulju 2017 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mit-30 ta' Ġunju sas-7 ta' Lulju 2017 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-qamħirrum

OJ L 182, 13.7.2017, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1264/oj

13.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/40


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1264

tat-12 ta' Lulju 2017

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mit-30 ta' Ġunju sas-7 ta' Lulju 2017 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-qamħirrum

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 277 988 tunnellata ta' qamħirrum (numru tas-serje 09.4131).

(2)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006 ffissa għal 138 994 tunnellata l-kwantità tas-subperjodu Nru 2 għall-perjodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2017.

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mit-30 ta' Ġunju 2017 fis-13.00 sas-7 ta' Lulju 2017 fis-13.00, ħin ta' Brussell, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(4)

Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux aktar liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-perjodu attwali tal-kwota.

(5)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(1)   Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 2,556976 % japplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006 (numru tas-serje 09.4131), imressqa mit-30 ta' Ġunju 2017 fis-13.00 sas-7 ta' Lulju 2017 fis-13.00, ħin ta' Brussell.

(2)   Is-sottomossjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal liċenzji, skont il-kwota msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006 (numru tas-serje 09.4131), hija sospiża mis-13.00 tas-7 ta' Lulju 2017, ħin ta' Brussell, għall-perjodu attwali tal-kwota.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


Top