EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1240

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1240 tas-7 ta' Lulju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2017) 4896) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/4896

OJ L 177, 8.7.2017, p. 45–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/1240/oj

8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/45


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1240

tas-7 ta' Lulju 2017

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2017) 4896)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”), u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE għandhom jinkludu mill-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu tal-inqas sad-dati għal dawk iż-żoni stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat sussegwentement bid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 (5), (UE) 2017/554 (6), (UE) 2017/696 (7), (UE) 2017/780 (8), (UE) 2017/819 (9), (UE) 2017/977 (10) u (UE) 2017/1139 (11), sabiex jitqiesu l-bidliet fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara li seħħew aktar tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fl-Unjoni. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/696 sabiex jiġu stipulati regoli rigward kif jintbagħtu l-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247, wara ċertu titjib fil-qagħda epidemjoloġika fir-rigward ta' dak il-virus fl-Unjoni.

(4)

Filwaqt li s-sitwazzjoni inġenerali tal-marda fl-Unjoni qed tkompli tmur għall-aħjar, mid-data tal-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1139, Franza identifikat tifqigħa ġdida tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda rurali tat-tjur fi Brillon, fit-Tramuntana ta' Franza viċin il-fruntiera mal-Belġju. Franza nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, fosthom l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda infettata.

(5)

Il-Belġju wkoll stabbilixxa żona ta' sorveljanza, skont id-Direttiva 2005/94/KE, fi Brunehaut u Rumes fit-Tramuntana tal-Belġju viċin il-fruntiera ma' Franza, b'rabta mat-tifqigħa reċenti kkonfermata fi Franza.

(6)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri meħuda minn Franza u mill-Belġju, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja tas-sottotip H5N8 fit-Tramuntana ta' Franza, u ħarġet sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta' Franza, u ż-żona ta' sorveljanza stabbilita mill-Belġju, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjenda li fiha ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8.

(7)

Biex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u biex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jenħtieġ li jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni, b'kollaborazzjoni ma' Franza u mal-Belġju, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fi Franza, kif ukoll iż-żona ta' sorveljanza stabbilita fil-Belġju, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħa reċenti fi Franza. Għaldaqstant, jenħtieġ li ż-żoni l-ġodda ta' Franza u tal-Belġju jiddaħħlu fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat biex jaġġorna r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex tinkludi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Belġju, u ż-żona ta' sorveljanza stabbilita fi Franza, skont id-Direttiva 2005/94/KE u t-tul ta' żmien tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom.

(9)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 għalhekk jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16)

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 tas-7 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 63, 9.3.2017, p. 177).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/554 tat-23 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 79, 24.3.2017, p. 15).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/780 tat-3 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 30).

(9)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/819 tat-12 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 122, 13.5.2017, p. 76).

(10)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/977 tat-8 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 155).

(11)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1139 tat-23 ta' Ġunju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 164, 27.6.2017, p. 59).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti A, l-entrata għal Franza tinbidel b'dan li ġej:

“Stat Membru: Franza

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Les communes suivantes dans le Département du Nord:

BOUSIGNIES

BRILLON

ROSULT

SARS-ET-ROSIERES

TILLOY-LEZ-MARCHIENNES

21.7.2017”

(2)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Belġju tinbidel b'dan li ġej:

“Stat Membru: Il-Belġju

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

De zone omvat de gemeenten Zedelgem en Oostkamp en delen van de gemeenten Jabbeke, Brugge, Beernem, Wingene, Pittem, Lichtervelde, Torhout en Ichtegem.

De zone omvat in wijzerzin:

de spoorweg Oostende — Brugge

Expresweg

Bevrijdingslaan

Hoefijzerlaan

Koning Albertlaan

Buiten Begijnvest

Buiten Katelijnevest

Buiten Gentpoortvest

Generaal Lemanlaan

Astridlaan

Bruggestraat

Beverhoutsveldstraat

Akkerstraat

Parkstraat

Stationstraat

Wingene Steenweg

Reigerlostraat

Torenweg

Vagevuurstraat

Bruggesteenweg

Predikherenstraat

Rakestraat

Keukelstraat

Balgenhoekstraat

Ruiseledesteenweg

Tieltstraat

Kapellestraat

Kokerstraat

Egemsestraat

Wingensesteenweg

Egemveldweg

Grootveldstraat

Schoolstraat

Marktplein

Lichterveldestraat

Zegwegestraat

Sprietstraat

Zwevezelestraat

Koolkampstraat

Ringlaan

Brugsebaan

Roeselaarseweg

Vredelaan

Oostendestraat

Wijnendale-Molenstraat

Smissestraat

Spoorwegstraat

Schoolstraat

Torhoutbaan

Korenstraat

Heuvelstraat

Zuidstraat

Mitswegestraat

Achterstraat

Bruggestraat

Barletegemweg

Aartrijksesteenweg

Dorpstraat

Stationsstraat

Expressweg

de spoorweg / le chemin de fer Oostende — Brugge

16.7.2017

Een 3 km zone rond de haard in Oostkamp (N51.115900 — E3.191884).

De zone omvat straat (secties) in de gemeenten Zedelgem en Oostkamp.

mit-8.7.2017 sas-16.7.2017

De zone omvat de gemeenten Menen en Wevelgem en delen van de gemeenten Wervik, Moorslede, Ledegem, Izegem, Lendelede, Kuurne, Harelbeke, Deerlijke, Zwevegem, Kortrijk en Mouscron.

De zone omvat in wijzerzin:

de Franse grens

Busbekestraat

Laagweg

Vagevuurstraat

Hoogweg

Calvariestraat

N58

Geluwesesteenweg

Wervikstraat

Sint Denijsplaats

Beselarestraat

Magerheidstraat

A19

Dadizelestraat

Geluwestraat

Beselarestraat

Plaats

Ledegemstraat

Dadizelestraat

Papestraat

Stationsstraat

Sint-Eloois-Winkelstraat

Rollegemstraat

Sint-Jansplein

Sint-Janstraat

Rollegemkapelsestraat

A17/E403

Woestijnstraat

Meensesteenweg

Woestynestraat

Bosmolenstraat

Geitestraat

Roterijstraat

Beiaardstraat

Molenstraat

Kortrijksestraat

Winkelsestraat

Stationsstraat

Hulstemolenstraat

Rijksweg

Roeselaarseweg

Marichaalstraat

N36

Ringlaan

Stationsstraat

Pladijsstraat

Kleine Brandstraat

Deerlijkstraat

N391/Kanaalweg

Keiberg

Avelgemstraat

Kastanjeboomstraat

Hoogstraat

Perrestraat

Vinkestraat

Marquettestraat

Brucqstraat

Zandbeekstraat

Beerbosstraat

Doornikserijsweg

Kanadezenlaan

Lagestraat

Frankrijkstraat

Herseauxlaan

Rue de Roubaix

Chaussée d'Estampuis

de Franse grens

17.7.2017

Een 3 km zone rond de haard in Menen (N50.799130- E3.213860).

De zone omvat straat(secties) in de gemeenten Menen, Wevelgem en Kortrijk.

mid-9.7.2017 sas-17.7.2017

De zone omvat delen van de gemeenten Brunehaut en Rumes.

De zone omvat in wijzerzin:

de Franse grens / la frontière française

Chaussée Montgomery

Rue du Crinquet

Rue Albert 1er

Rue Royal

Rue du bas Préau

Rue de l'Elnon

Rue du Planti

Place de Howardries

Petit Howardries

Rue des Patûres

Rue du Château

Rue des Marteaux

Rue de Sallenelles

Rue de la Bourbe

Rue Jules Décarpentrie

Rue Wibault-Bouchart

Rue de l'Eclusette

Rue Fernand Gernez

Rue du Pont de Maulde

de Franse grens / la frontière française

31.7.2017”

(b)

l-entrata għal Franza tinbidel b'dan li ġej:

“Stat Membru: Franza

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

Les communes suivantes dans le département du Nord:

BOUSBECQUE

HALLUIN

NEUVILLE EN FERRAIN

RONCQ

TOURCOING

WATTRELOS

17.7.2017

Les communes suivantes dans le département du Nord:

AIX

AUCHY-LEZ-ORCHIES

BELLAING

BEUVRY-LA-FORET

BOUVIGNIES

COUTICHES

ERRE

FENAIN

FLINES-LEZ-RACHES

HASNON

HAVELUY

HELESMES

HORNAING

LANDAS

LECELLES

MARCHIENNES

MAULDE

MILLONFOSSE

MOUCHIN

NIVELLE

NOMAIN

ORCHIES

PECQUENCOURT

RAISMES

RIEULAY

RUMEGIES

SAINT-AMAND-LES-EAUX

SAMEON

SOMAIN

THUN-SAINT-AMAND

VRED

WALLERS

WANDIGNIES-HAMAGE

WARLAING

31.7.2017

Les communes suivantes dans le département du Nord:

BOUSIGNIES

BRILLON

ROSULT

SARS-ET-ROSIERES

TILLOY-LEZ-MARCHIENNES

mit-22.7.2017 sal-31.7.2017”


Top