EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1831

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1831 tal-14 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

OJ L 280, 18.10.2016, p. 3–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1509

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1831/oj

18.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1831

tal-14 ta' Ottubru 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(g) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (2).

(2)

Fit-2 ta' Marzu 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2270 (2016) li tipprevedi miżuri ġodda kontra l-Korea ta' Fuq. F'konformità ma' dik ir-Riżoluzzjoni, fl-4 ta' April 2016 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilixxa, bis-saħħa tal-UNSCR 1718 (2006), lista ta' prodotti addizzjonali li għalihom japplikaw projbizzjonijiet fuq it-trasferiment, l-akkwist u l-forniment ta' assistenza teknika (“il-lista ta' prodotti sensittivi”).

(3)

Wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2270 (2016), fl-4 ta' Awwissu 2016 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1341 (3). Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/1333 (4) emenda għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 329/2007, billi żied l-Anness Ig.

(4)

Din il-proposta tidentifika l-oġġetti sensittivi li għandhom jiġu inklużi fl-Anness Ig tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 u talloka n-numri ta' referenza meħuda min-Nomenklatura Magħquda kif stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (5). Għaldaqstant, l-Anness Ig tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness Ig għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 88 29.3.2007, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1341 tal-4 ta' Awwissu 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 212, 5.8.2016, p. 116).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1333 tal-4 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 212, 5.8.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

L-Anness Ig tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS Ig

PRODOTTI U TEKNOLOĠIJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2, 3 U 6  (1)

Oġġetti marbuta ma' armi tal-qerda tal-massa, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija kif identifikati u ddeżinjati bħala oġġetti sensittivi, skont il-paragrafu 25 ta' Riżoluzzjoni 2270 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

(a)   Oġġetti nukleari u / jew utlizzabbli bħala Missili

(1)   Kalamiti forma ta' ċirku

Materjali tal-kalamita permanenti li għandhom dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

i.

Kalamita forma ta' ċirku b'relazzjoni bejn id-dijametru ta' barra u dak ta' ġewwa ta' 1.6:1 jew iżgħar; u

ii.

Magħmula minn xi wieħed mill-materjali manjetiċi li ġejjin: aluminju-nikil-kobalt, ferriti, samarju-kobalt, jew neodimju-ħadid-boron.

 

ex 8505 11 00

 

ex 8505 19 10

 

ex 8505 19 90

 

ex 8505 90 90

(2)   Azzar maraging

Azzar maraging li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

i.

“kapaċi għal” reżistenza għat-tensjoni aħħarija ta' 1 500 MPa jew aktar f'293 K (20 °C).

ii.

F'bar jew tubu, b'dijametru estern ta' 75 mm jew aktar.

 

ex 7304 49 10

 

ex 7304 51 81

 

ex 7304 51 89

 

ex 7304 59 92

 

ex 7304 59 93

 

ex 7304 59 99

(3)   Materjali ta' ligi manjetiċi f'folji jew strixxa rqiqa li għandhom iż-żewġ karasteristiċi li ġejjin:

(a)

Ħxuna ta' 0,05 mm jew inqas; jew għoli ta' 25 mm jew inqas, u

(b)

Magħmula minn xi wieħed mill-materjali manjetiċi li ġejjin: ħadid-kromu-kobalt, ħadid-kobalt-vanadju ħadid-kromu-kobalt-vanadjew, jew ħadid-kromu.

 

ex 7326 19 10

 

ex 7326 19 90

 

ex 7326 90 92

 

ex 7326 90 94

 

ex 7326 90 96

 

ex 7326 90 98

(4)   Apparat li jbiddel il-frekwenza (magħrufa wkoll bħala konvertituri jew invertituri)

Apparat li jbiddel il-frekwenza, minbarra dawk speċifikati fl-entrati 0B001.b.13 jew 3A225 tal-Anness 1, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u softwer iddiżinjat apposta għalhekk:

i.

Output tal-frekwenza multifażi;

ii.

Kapaċi jipprovdi qawwa ta' 40W jew aktar; u

iii.

Kapaċi jaħdem kullimkien (f'kwalunkwe punt wieħed jew aktar) fil-medda ta' frekwenzi ta' bejn 600 u 2 000 Hz.

Noti tekniċi:

(1)

Apparat li jbiddel il-frekwenza huwa magħruf ukoll bħala konvertituri jew invertituri.

(2)

Il-funzjonalità speċifikata hawn fuq tista' tkun issodisfata b'ċertu tagħmir deskritt jew ikkumerċjalizzat bħala tagħmir għall-ittestjar elettroniku, provvisti tal-elettriku AC, unitajiet ta' kontroll għall-muturi b'veloċità varjabbli, jew unitajiet ta' kontroll bi frekwenza varjabbli.

 

ex 8504 40 84

 

ex 8504 40 88

 

ex 8504 40 90

 

ex 8537 10 99

 

ex 8537 20 91

 

ex 8537 20 99

(5)   Ligi tal-aluminju ta' saħħa kbira

Ligi tal-aluminju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

i.

“Kapaċi għal” limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 415 MPa jew aktar f'temperatura ta' 293 K (20 °C); u

ii.

F'bar jew tubu, b'dijametru estern ta' 75 mm jew aktar.

Nota Teknika:

Il-frażi “kapaċi għal” tinkorpora ligi tal-aluminju qabel jew wara li jiġu ttrattati bis-sħana.

 

ex 7601 20 80

 

ex 7604 29 10

 

ex 7608 20 20

 

ex 7608 20 81

 

ex 7608 20 89

(6)   Materjali Fibrużi jew Filamentari

'Materjali fibrużi jew filamentari', jew preimprenjati, kif ġej:

i.

“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju, tal-aramid jew tal-ħġieġ li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

(1)

“Modulu speċifiku” ta' iktar minn 3,18 × 106 m; u

(2)

“Reżistenza għat-tensjoni speċifika” ta' iktar minn 76,2 × 103 m;

ii.

Preimprenjati: “Ħjut”, “rovings”, “tows” jew “tejps” kontinwi imprenjati bir-reżina fformati bis-sħana b‘wisa’ ta' 30 mm jew inqas, magħmula minn “materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju, tal-aramid jew tal-ħġieġ ikkontrollati f'(a) hawn fuq.

 

ex 3916 90 10

 

ex 3916 90 50

 

ex 3916 90 90

 

ex 3920 92 00

 

ex 3920 99 28

 

ex 3920 99 52

 

ex 3920 99 59

 

ex 3920 99 90

 

ex 3921 90 55

 

ex 3921 90 60

 

ex 3921 90 90

 

ex 3926 90 92

 

ex 3926 90 97

 

ex 5402 11 00

 

ex 5402 19 00

 

ex 5402 31 00

 

ex 5402 32 00

 

ex 5403 10 00

 

ex 5404 90 90

 

ex 5407 10 00

 

ex 5407 20 90

 

ex 5407 41 00

 

ex 5407 42 00

 

ex 5407 43 00

 

ex 5407 44 00

 

ex 5501 10 00

 

ex 5501 90 00

 

ex 5503 11 00

 

ex 5503 19 00

 

ex 5503 20 00

 

ex 5503 90 00

 

ex 5506 10 00

 

ex 5506 90 00

 

ex 5509 11 00

 

ex 5509 12 00

 

ex 5604 90 10

 

ex 5607 50 11

 

ex 5607 50 19

 

ex 5607 50 30

 

ex 5607 50 90

 

ex 5609 00 00

 

ex 5902 10 10

 

ex 5902 10 90

 

ex 5902 20 90

 

ex 5902 90 10

 

ex 5902 90 90

 

ex 5903 10 10

 

ex 5903 10 90

 

ex 5903 20 10

 

ex 5903 20 90

 

ex 5903 90 10

 

ex 5903 90 91

 

ex 5903 90 99

 

ex 6815 10 10

 

ex 6815 99 00

 

ex 7019 12 00

 

ex 7019 19 10

 

ex 7019 19 90

 

ex 7019 51 00

 

ex 7019 59 00

 

ex 7019 90 00

(7)   Magni għat-Tkebbib tal-Filamenti u Tagħmir Relatat

Magni għat-tkebbib tal-filamenti u tagħmir relatat, kif ġej:

i.

Magni għat-tkebbib tal-filamenti li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(1)

Għandhom movimenti għall-ippożizzjonar, it-tgeżwir, u t-tkebbib ta' fibri, koordinati u programmati fuq żewġ assi jew aktar;

(2)

Mfasslin apposta sabiex jiffabbrikaw strutturi jew laminati komposti minn “materjali fibrużi jew filamentari”; u

(3)

Kapaċi jkebbu tubi ċilindriċi ta' dijametru ta' 75 mm jew akbar;

ii.

Kontrolli ta' koordinazzjoni u ta' pprogrammar għall-magni tat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f'(a) hawn fuq;

iii.

Mandrini għall-magni għat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f'(a) hawn fuq.

 

ex 8419 89 30

 

ex 8419 89 98

 

ex 8419 90 85

 

ex 8444 00 10

 

ex 8444 00 90

 

ex 8446 10 00

 

ex 8446 21 00

 

ex 8446 29 00

 

ex 8446 30 00

 

ex 8447 11 00

 

ex 8447 12 00

 

ex 8447 20 20

 

ex 8447 20 80

 

ex 8447 90 00

 

ex 8448 19 00

 

ex 8448 20 00

 

ex 8448 39 00

 

ex 8448 42 00

 

ex 8448 49 00

 

ex 8448 59 00

 

ex 8479 89 97

 

ex 8479 90 20

 

ex 8479 90 80

 

ex 8537 10 10

 

ex 8537 10 91

 

ex 8537 10 99

 

ex 8538 10 00

 

ex 9022 12 00

 

ex 9022 19 00

 

ex 9022 90 00

 

ex 9031 80 38

 

ex 9031 80 98

 

ex 9031 90 85

(8)   Magni flow-forming

kif deskritt f' INFCIRC/254/Rev.9/Part2 u S/2014/253.

 

ex 8463 90 00

 

ex 8466 94 00

(9)   Tagħmir għal iwweldjar bil-laser

 

ex 8515 80 10

 

ex 8515 80 90

 

ex 8515 90 00

(10)   Għodod tal-magni CNC b'4 u 5 assi

 

ex 8457 10 10

 

ex 8457 10 90

 

ex 8457 20 00

 

ex 8457 30 10

 

ex 8457 30 90

 

ex 8458 11 20

 

ex 8458 11 41

 

ex 8458 11 49

 

ex 8458 11 80

 

ex 8458 19 00

 

ex 8458 91 20

 

ex 8458 91 80

 

ex 8458 99 00

 

ex 8459 10 00

 

ex 8459 21 00

 

ex 8459 31 00

 

ex 8459 40 10

 

ex 8459 51 00

 

ex 8459 61 10

 

ex 8459 61 90

 

ex 8460 11 00

 

ex 8460 21 11

 

ex 8460 21 15

 

ex 8460 21 19

 

ex 8460 21 90

 

ex 8460 31 00

 

ex 8460 40 10

 

ex 8460 90 10

 

ex 8460 90 90

 

ex 8461 20 00

 

ex 8461 30 10

 

ex 8461 40 11

 

ex 8461 40 31

 

ex 8461 40 71

 

ex 8461 40 90

 

ex 8461 90 00

 

ex 8464 20 11

 

ex 8464 20 19

 

ex 8464 20 80

 

ex 8464 90 00

(11)   Apparat għall-qtugħ bil-plażma

 

ex 8456 10 00

 

ex 8456 90 80

 

ex 8515 31 00

 

ex 8515 39 90

 

ex 8515 80 10

 

ex 8515 80 90

 

ex 8515 90 00

(12)   Idruri metalliċi bħall-idrur taż-żirkonju

ex 2850 00 20

(b)   Oġġetti li jistgħu jintużaw għall-armi kimiċi / bijoloġiċi

(1)   Sustanzi kimiċi addizzjonali adattati għall-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi tal-gwerra:

Deskrizzjoni tal-prodott

 

Kodiċi NM

Metall tas-sodju (7440-23-5)

 

2805 11 00

Triossidu tal-kubrit (7446-11-9)

ex

2811 29 10

Klorur tal-aluminju, (7446-70-0)

 

2827 32 00

Bromur tal-potassju (7758-02-3)

 

2827 51 00

Bromur tas-sodju (7647-15-6)

 

2827 51 00

Diklorometan (75-09-2)

 

2903 12 00

Bromur tal-isopropil (75-26-3)

ex

2903 39 19

Eteru tal-isopropil (108-20-3)

ex

2909 19 90

Monoisopropilammina (75-31-0)

ex

2921 19 99

Trimetilammina (75-50-3)

ex

2921 11 00

Tributilammina (102-82-9)

ex

2921 19 99

Tributilammina (121-44-8)

ex

2921 19 99

N,N-Dimetilanilina (121-69-7)

ex

2921 42 00

Piridina (110-86-1)

ex

2933 31 00

(2)   Kontenituri għar-reazzjonijiet, reatturi, aġitaturi, tagħmir għat-trasferiment tas-sħana, kondensaturi, pompi, valvoli, tankijiet tal-ħżin, kontenituri, riċevituri, u kolonni tad-distillazzjoni jew tal-assorbiment li jissodisfaw il-parametri ta' prestazzjoni deskritti f'S/2006/853 u f'S/2006/853/corr.1

Pompi b'siġill singlu bir-rata tal-fluss massima speċifikata tal-manifattur akbar minn 0,6 m3/siegħa u kejsings (pump bodies), kisi ta' kejsings preformati, impellers, rotors jew żennuni tal-jet pumps iddiżinjati għal pompi bħal dawn, fejn kull wiċċ li jkollu kuntatt dirett mal-kimika / kimiki li qed tkun / ikunu proċessata / proċessati huwa magħmul minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin:

(a)

nikil jew ligi b'aktar minn 40 % nikil skont il-piż;

(b)

ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju skont il-piż;

(c)

fluworopolimeri (materjali polimetriċi jew elastometriċi b'aktar minn 35 % fluworu skont il-piż);

(d)

ħġieġ (inkluż kisi vitrifikat jew tal-enemel jew kisja tal-ħġieġ);

(e)

grafit jew grafit tal-karbonju;

(f)

tantalu jew ligi tat-tantalu;

(g)

titanju jew ligi tat-titanju;

(h)

żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

(i)

ċeramiki;

(j)

ferrosiliċju (ligi tal-ħadid b'livell għoli ta' siliċju); jew

(k)

nijobju (kolumbju) jew ligi tan-nijobju.

ex 3925 10 00

ex 3925 90 80

ex 3926 90 92

ex 3926 90 97

ex 4009 21 00

ex 4009 22 00

ex 4009 41 00

ex 4009 42 00

ex 4016 93 00

ex 6909 11 00

ex 6909 12 00

ex 6909 19 00

ex 6909 90 00

ex 6914 90 00

ex 7020 00 10

ex 7020 00 30

ex 7020 00 80

ex 7304 41 00

ex 7304 49 93

ex 7304 49 95

ex 7304 49 99

ex 7304 51 81

ex 7304 51 89

ex 7304 59 92

ex 7304 59 93

ex 7304 59 99

ex 7306 40 20

ex 7306 40 80

ex 7306 50 20

ex 7306 50 80

ex 7306 69 10

ex 7306 69 90

ex 7306 90 00

ex 7309 00 10

ex 7309 00 30

ex 7309 00 51

ex 7309 00 59

ex 7309 00 90

ex 7310 10 00

ex 7310 29 10

ex 7310 29 90

ex 7311 00 00

ex 7326 90 92

ex 7326 90 94

ex 7326 90 96

ex 7326 90 98

ex 7507 11 00

ex 7507 12 00

ex 7507 20 00

ex 7508 90 00

ex 8103 90 90

ex 8108 90 50

ex 8108 90 60

ex 8108 90 90

ex 8109 90 00

ex 8112 99 30

ex 8401 20 00

ex 8401 40 00

ex 8401 10 00

ex 8412 90 20

ex 8413 50 40

ex 8413 60 39

ex 8413 60 61

ex 8413 60 69

ex 8413 60 70

ex 8413 60 80

ex 8413 70 21

ex 8413 70 29

ex 8413 70 45

ex 8413 70 51

ex 8413 70 59

ex 8413 70 65

ex 8413 70 75

ex 8413 70 81

ex 8413 70 89

ex 8413 81 00

ex 8413 82 00

ex 8413 91 00

ex 8414 10 25

ex 8414 10 81

ex 8414 10 89

ex 8414 40 10

ex 8414 40 90

ex 8414 59 20

ex 8414 59 40

ex 8414 59 80

ex 8414 80 11

ex 8414 80 19

ex 8414 80 59

ex 8414 80 73

ex 8414 80 75

ex 8414 80 78

ex 8414 80 80

ex 8414 90 00

ex 8417 80 30

ex 8417 80 50

ex 8417 80 70

ex 8418 69 00

ex 8418 99 10

ex 8419 40 00

ex 8419 50 00

ex 8419 89 10

ex 8419 89 30

ex 8419 89 98

ex 8419 90 85

ex 8477 80 93

ex 8477 80 99

ex 8479 82 00

ex 8479 89 97

ex 8479 90 80

(3)   Kmamar tal-arja nadifa konvenzjonali jew bi fluss tal-arja turbolenti u unitajiet b'fann awtonomu u b'filtru HEPA jew ULPA li jistgħu jintużaw għal faċilitajiet ta' konteniment tat-tip P3 jew P4 (BSL 3, BSL 4, L3, L4)

 

ex 8414 51 00

 

ex 8414 59 00

 

ex 8414 60 00

 

ex 8414 80 80

 

ex 8421 39 20

 

ex 8479 89 97”


(1)  Il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda huma dawk applikabbli għall-prodotti rilevanti tan-Nomenklatura Magħquda definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 u kif huma stabbliti fl-Anness I tiegħu.


Top