EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1143

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1143 tat-13 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/4325

OJ L 189, 14.7.2016, p. 40–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1143/oj

14.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/40


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1143

tat-13 ta' Lulju 2016

li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-diossidu tat-titanju huwa awtorizzat kemm bħala kolorant taħt l-entrata 143 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u bħala filtru tal-UV taħt l-entrata 27 tal-Anness VI ta' dak ir-Regolament. F'konformità mal-punt (3) tal-Preambolu tal-Annessi II sa VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, is-sustanzi elenkati fl-Annessi III sa VI ta' dan ir-Regolament ma jkoprux in-nanomaterjali, ħlief fejn hemm imsemmi speċifikament. Id-diossidu tat-titanju (nano) bħalissa mhux irregolat.

(2)

Skont l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (“SCCS”) tat-22 ta' Lulju 2013, li ġie rivedut fit-22 ta' April 2014 (2), l-użu tad-diossidu tat-titanju (nano) bħala filtru tal-UV fi prodotti kożmetiċi kontra x-xemx, bil-karatteristiċi kif indikat fl-opinjoni, u f'konċentrazzjoni ta' mhux aktar minn 25 % w/w, jista' jitqies li ma jippreżenta l-ebda riskju ta' effetti avversi fil-bnedmin wara l-applikazzjoni fuq ġilda b'saħħitha, intatta jew maħruqa mix-xemx. Barra minn hekk, meta jiġi kkunsidrat in-nuqqas ta' esponiment sistemiku, is-SCCS iqis li l-użu tad-diossidu tat-titanju (nano) fi prodotti kożmetiċi dermatikament applikati, ma għandux joħolqu riskju sinifikanti għall-konsumatur.

(3)

Il-karatteristiċi indikati mill-SCCS fl-opinjoni tiegħu huma dwar il-proprjetajiet fiżikokimiċi tal-materjal (bħall-purità, l-istruttura u l-apparenza fiżika, id-distribuzzjoni dimensjonali numerika tal-partikuli,il-proporzjon tal-aspett nominali, ir-rapport dimensjonali, l-erja tal-wiċċ speċifika tal-unità ta' volum u l-attività fotokatalitika) u jekk huwiex miksi jew le b'sustanzi kimiċi speċifiċi. Għalhekk, dawn il-proprjetajiet fiżiko-kimiċi u r-rekwiżiti fir-rigward tal-materjal tal-kisi għandhom ikunu riflessi fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(4)

L-SCCS qies ukoll li, abbażi tat-tagħrif disponibbli, l-użu tad-diossidu tat-titanju fi prodotti sprej ma jistax jitqies sikur. Barra minn hekk, l-SCCS indika, f'opinjoni ulterjuri tat-23 ta' Settembru 2014, fejn kien talab kjarifika tat-tifsira tat-terminu “applikazzjoni/prodotti li jistgħu jintużaw fi sprej” għall-forom nano tal-karbonju iswed CI 77266, id-diossidu tat-titanju u l-ossidu taż-żingu (3), li t-tħassib tiegħu huwa limitat għall-prodotti sprej li jistgħu jwasslu biex il-pulmuni tal-konsumaturi jkunu esposti għan-nanopartikuli tal-diossidu tat-titanju permezz tan-nifs.

(5)

Fid-dawl tal-opinjonijiet tal-SCCS imsemmija hawn fuq, id-diossidu tat-titanju (nano), skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-SCCS, għandu jkun awtorizzat għall-użu bħala filtru tal-UV fi prodotti kożmetiċi sa konċentrazzjoni massima ta' 25 % w/w, għajr f'applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs.

(6)

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi emendat sabiex jiġi adattat għall-progress tekniku u xjentifiku.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS/1516/13 Reviżjoni tat-22 ta' April 2014, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_136.pdf.

(3)  SCCS/1539/14 tat-23 ta' Settembru 2014. Reviżjoni tal-25 ta' Ġunju 2015, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_163.pdf.


ANNESS

L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata 27 hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

 

Identifikazzjoni tas-Sustanza

Kundizzjonijiet

 

Numru ta' referenza

Isem kimiku/INN/XAN

Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“27

Diossidu tat-titanju (*)

Titanium Dioxide

13463-67-7/

1317-70-0/

1317-80-2

236-675-5/

215-280-1/

215-282-2

 

25 % (**)

 

 

(2)

tiddaħħal l-entrata 27a:

 

Identifikazzjoni tas-Sustanza

Kundizzjonijiet

 

Numru ta' referenza

Isem kimiku/INN/XAN

Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“27a

Diossidu tat-titanju (***)

Titanium Dioxide (nano)

13463-67-7/

1317-70-0/

1317-80-2

236-675-5/

215-280-1/

215-282-2

 

25 % (****)

M'għandux jintuża f'applikazzjonijiet bi sprej li jistgħu jwasslu għal esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs.

Huma permessi biss in-nanomaterjali bil-karatteristiċi li ġejjin:

Purità ≥ 99 %;

Forma rutili jew rutili b' sa massimu ta 5 % anatase, bi struttura kristallina u apparenza fiżika f'ragruppamenti sferiċi, labra, jew ta' forma tawwalija;

partiċella ta' daqs medjan bbażata fuq id-distribuzzjoni dimensjonali numerika ≥ 30 nm;

il-proporzjon tal-aspett mill-1 sal-4,5, u l-volum ta' arja tal-wiċċ speċifika ≤ 460 m2/cm3;

miksija bis-Silica, Hydrated Silica, Alumina, Aluminium Hydroxide, Aluminium Stearate, Stearic Acid, Trimethoxycaprylylsilane, Glycerin, Dimethicone, Hydrogen Dimethicone, Simethicone;

attività fotokatalitika ≤ 10 % meta mqabbel mas-sena ta' referenza mhux miksi jew non-doped korrispondenti;

In-nanopartikoli huma photostable fil-formulazzjoni finali.

 


(*)  Għall-użu bħala kolorant, ara l-Anness IV, Nru. 143.

(**)  Fil-każ ta' użu mħallat ta' diossidu tat-titanju u diossidu tat-titanju (nano), it-total ma għandux jeċċedi l-limiti mogħtija fil-kolonna g.”

(***)  Għall-użu bħala kolorant, ara l-Anness IV, Nru. 143.

(****)  Fil-każ ta' użu mħallat ta' diossidu tat-titanju u diossidu tat-titanju (nano), it-total ma għandux jeċċedi l-limiti mogħtija fil-kolonna g.”


Top