EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1060

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1060 tad-29 ta' Ġunju 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

C/2016/3930

OJ L 173, 30.6.2016, p. 99–101 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1570

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/1060/oj

30.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/99


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1060

tad-29 ta' Ġunju 2016

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu.

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009, dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 13 u 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 (3), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet fl-Unjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

(2)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 (4), il-Kunsill impona wkoll dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet fl-Unjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-RPĊ.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (5) l-Kummissjoni taċċetta l-impenn offrut fil-qafas tal-proċedimenti antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(4)

Shanghai Chaori International Trading Co. Ltd (“il-kumpanija kkonċernata”), kodiċi addizzjonali TARIC B872, li l-impenn tagħha ġie aċċettat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE, infurmat lill-Kummissjoni dwar il-bidla fl-isem tagħha għal GCL System Integration Technology Co., Ltd.

(5)

Fl-2014, il-kumpanija kkonċernata ġiet iddikajrata falluta. Fi Frar 2015, il-kumpanija kkonċernata ġiet akkwiżita minn Jiangsu GCL Energy Co., Ltd., li hija parti minn grupp ta' kumpaniji bil-kodiċi addizzjonali TARIC B850.

(6)

Il-kumpanija kkonċernata sostniet li l-bidla f'isimha ma taffettwax id-drittijiet tagħha li tkompli tibbenefika għar-rati tad-dazju individwali applikati għaliha.

(7)

Madankollu, b'konsegwenza tal-akkwiżizzjoni, il-kumpanija kkonċernata mhux biss bidlet isimha għal GCL System Integration Technology Co., Ltd., iżda saret parti wkoll mill-grupp ta' kumpaniji bil-kodiċi addizzjonali TARIC B850 (6).

(8)

Kemm il-kumpanija kkonċernata kif ukoll il-grupp ta' kumpaniji msemmija fil-premessa 7 huma suġġetti għall-impenn. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwa bl-ebda mod ir-riżultati tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE.

(9)

Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha mill-fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bazi tagħhom hija ppjanat li temenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u (UE) Nru 1239/2013. Dawn il-partijiet ingħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. L-ebda parti ma ppreżentat kummenti.

(10)

Il-miżuri pprodvuti għal din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE tal-4 ta' Diċembru 2013 li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214).

(6)  Jiġifieri Konca Solar Cell Co. Ltd., Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd, Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd, Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd, GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited, GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd, GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED, GCL Solar System (Suzhou) Limited.


ANNESS

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata għall-kodiċi addizzjonali TARIC B850 hija sostitwita b'dan li ġej:

“Konca Solar Cell Co. Ltd

Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co., Ltd

Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co., Ltd

Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd

GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited

GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd

GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED

GCL Solar System (Suzhou) Limited

GCL System Integration Technology Co., Ltd.

B850 ”

(2)

L-entrata għall-kodiċi addizzjonali TARIC B872 hija sostitwita b'dan li ġej:

“Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B872 ”


Top