EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0601

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/601 tal-15 ta' April 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet ippreżentati mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2016) 2187) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/2187

OJ L 103, 19.4.2016, p. 43–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2293

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/601/oj

19.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/43


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/601

tal-15 ta' April 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet ippreżentati mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument C(2016) 2187)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b'mod partikulari r-raba' sottoparagrafu tal-Artikolu 29(1) u (2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u l-gruppi ta' residwi mniżżlin fl-Anness I tagħha. Dik id-Direttiva teżiġi li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw l-annimali u l-prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva jissottomettu pjan ta' monitoraġġ tar-residwi li jipprovdi l-garanziji meħtieġa. Dak il-pjan għandu jinkludi mill-inqas il-gruppi ta' residwi u s-sustanzi mniżżlin f'dak l-Anness I.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE (“il-pjanijiet”), mibgħutin minn ċerti pajjiżi terzi mniżżlin fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni, għall-annimali u l-prodotti tal-annimali indikati fil-lista fl-Anness I tad-Direttiva.

(3)

Fid-dawl tal-pjanijiet li tressqu dan l-aħħar minn ċerti pajjiżi terzi u tat-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni mingħand dawk il-pajjiżi terzi, jeħtieġ li tiġi aġġornata l-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw ċerti annimali u prodotti tal-annimali, kif inhu stipulat fid-Direttiva 96/23/KE u li bħalissa huma mniżżlin fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE (“il-lista”).

(4)

Ir-Repubblika Dominicana bagħtet pjan dwar l-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni għar-Repubblika Dominicana dwar l-għasel.

(5)

Il-Gżejjer Falkland bagħtu pjan dwar l-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni dwar l-akkwakultura għall-Gżejjer Falkland.

(6)

Il-Kummissjoni talbet tagħrif mingħand il-Polineżja Franċiża dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha dwar l-għasel. Fit-tweġiba tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti tal-Polineżja Franċiża ddikjaraw li l-programm ta' monitoraġġ tar-residwi fl-għasel ma ġiex żviluppat, billi l-Polineżja Franċiża ma għandhiex pjanijiet li tesporta l-għasel lejn l-UE. Għalhekk, l-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-għasel għandha titħassar mil-lista. Il-Polineżja Franċiża ġiet infurmata b'dan.

(7)

Il-Kummissjoni talbet lin-Namibja tipprovdilha tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha dwar l-annimali tal-kaċċa slavaġ. Fit-tweġiba tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti tan-Namibja ddikjaraw li l-programm ta' monitoraġġ tar-residwi fl-annimali tal-kaċċa slavaġ ma ġiex żviluppat, billi n-Namibja ma għandhiex pjanijiet li tesporta l-annimali tal-kaċċa slavaġ lejn l-UE. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-prodotti tal-annimali tal-kaċċa slavaġ għandha titħassar mil-lista. In-Namibja ġiet infurmata b'dan.

(8)

Ir-Repubblika tal-Korea ppreżentat pjan dwar il-pullam lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni dwar il-pullam għar-Repubblika tal-Korea.

(9)

Saint Pierre u Miquelon ippreżentaw pjan dwar il-pullam lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jagħti biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni għal Saint Pierre u Miquelon dwar il-prodotti tal-pullam.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (3) jawtorizza lil Singapore biex iddaħħal fl-Unjoni konsenji ta' laħam frisk li joriġina minn New Zealand, li hu eliġibbli biex jiddaħħal fl-Unjoni u li jkun iddestinat għall-Unjoni. Biex din l-attività tkun tista' ssir, l-annotazzjoni fil-lista ta' Singapore trid tinkludi l-ekwini, l-annimali tal-kaċċa slavaġ u mrobbija, iżda trid tkun ristretta għall-prodotti ta' laħam frisk li joriġinaw fi New Zealand, li huma ddestinati għall-Unjoni u li jitħattu u jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm kif ukoll jekk le. Singapore u New Zealand ġew infurmati dwar dan. Fil-lista ta' Singapore għandha tiddaħħal nota f'qiegħ il-paġna li tistabbilixxi din il-limitazzjoni.

(11)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Sal-15 ta' Mejju 2016, l-Istati Membri għandhom żmien ta' tranżizzjoni li waqtu jistgħu jaċċettaw il-konsenji ta' annimali tal-kaċċa slavaġ min-Namibja u konsenji ta' għasel mill-Polineżja Franċiża, dejjem jekk l-importatur ikun jista' jagħti prova li dawn il-konsenji jkunu ġew iċċertifikati u jkunu ntbagħtu lejn l-Unjoni qabel il-31 ta' Marzu 2016, bi qbil mad-Deċiżjoni 2011/163/UE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi tal-ISO2

Pajjiż

Bovini

Ovini/kaprini

Porċini

Ekwini

Pullam

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Annimali tal-kaċċa slavaġ

Annimali tal-kaċċa mrobbija

Għasel

AD

Andorra

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

AE

l-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

 

X (1)

 

 

 

 

 

AL

l-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AM

l-Armenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

AR

l-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

l-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

il-Bożnija-Ħerzegovina

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

BD

il-Bangladesh

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BN

il-Brunei

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

BW

il-Botswana

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

il-Belarussja

 

 

 

X (2)

 

X

X

X

 

 

 

 

BZ

il-Belize

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CA

il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

l-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

iċ-Ċilì

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CM

il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

CN

iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

CO

il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CR

il-Costa Rica

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

DO

ir-Repubblika Dominicana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

EC

l-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

l-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

il-Gżejjer Falkland

X

X

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

FO

il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GH

il-Ghana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

GM

il-Gambja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

GT

il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HN

il-Honduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ID

l-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

Iżrael (7)

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

l-Indja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

IR

l-Iran

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

il-Ġamajka

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

JP

il-Ġappun

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KE

il-Kenja

 

 

 

 

 

X

X (1)

 

 

 

 

 

KG

il-Kirgiżistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

il-Korea t'Isfel

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

LB

il-Libanu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

LK

is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

il-Marokk

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

MD

il-Moldova

 

 

 

 

X

X

 

X

 

 

 

X

ME

il-Montenegro

X

X

X

 

X

X

 

X

 

 

 

X

MG

Madagascar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

MK

l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4)

X

X

X

 

X

X

X

X

 

X

 

X

MM

ir-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MU

Mauritius

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MX

il-Messiku

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

il-Malasja

 

 

 

 

X (3)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

il-Mozambique

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

in-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NC

New Caledonia

X (3)

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

X

NI

in-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

PA

il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

il-Perù

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PH

il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

PN

il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

is-Serbja (5)

X

X

X

X (2)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

ir-Russja

X

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X (6)

X

RW

ir-Rwanda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SA

l-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapore

X (3)

X (3)

X (3)

X (8)

X (3)

X

X (3)

 

 

X (8)

X (8)

 

SM

San Marino

X

 

X (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SR

is-Suriname

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

is-Swaziland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

it-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

it-Tuneżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

 

TR

it-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

TW

it-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

it-Tanzanija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

UA

l-Ukrajna

X

 

X

 

X

X

X

X

 

 

 

X

UG

l-Uganda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

US

l-Istati Uniti

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

l-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

 

X

VE

il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

ZA

l-Afrika t'Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

ZM

iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

iż-Żimbabwe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  Il-ħalib tal-iġmla biss.

(2)  L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' ekwidi ħajjin għall-qatla (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(3)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjoni ta' din il-materja prima lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.

(4)  L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Il-Kosovo mhux inkluż (dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo).

(6)  Għar-renni mir-reġjuni ta' Murmansk u Yamalo-Nenets biss.

(7)  Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat ta' Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-amministrazzjoni ta' Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(8)  Għall-prodotti ta' laħam frisk li joriġinaw fi New Zealand biss, li jkunu ddestinati għall-Unjoni, u li jitħattu u jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm, kif ukoll jekk le.”


Top