EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1597

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1597 tat-23 ta' Settembru 2015 li jidderoga mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 615/2014 f'dak li jikkonċerna d-data finali għall-ħlas tal-ewwel avvanz li jitħallas lill-organizzazzjonijiet benefiċjarji fil-Greċja b'rabta ma' programmi ta' ħidma fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda għas-sena 2015

OJ L 248, 24.9.2015, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1597/oj

24.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/41


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1597

tat-23 ta' Settembru 2015

li jidderoga mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 615/2014 f'dak li jikkonċerna d-data finali għall-ħlas tal-ewwel avvanz li jitħallas lill-organizzazzjonijiet benefiċjarji fil-Greċja b'rabta ma' programmi ta' ħidma fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda għas-sena 2015

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 (2), l-ewwel perjodu tal-programm ta' ħidma ta' tliet snin għall-appoġġ tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ għall-ikel imsemmi fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 beda fl-1 ta' April 2015.

(2)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 615/2014 (3), l-Istati Membri għandhom iħallsu l-ewwel parti tal-avvanz li jitħallas lill-organizzazzjonijiet benefiċjarji fir-rigward tal-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma approvati sal-31 ta' Mejju 2015. Kif iddikjarat fl-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament, dawn l-avvanzi huma soġġetti għad-depożitu ta' garanzija mill-organizzazzjoni benefiċjarja.

(3)

Fil-Greċja, il-kundizzjonijiet ekonomiċi u bankarji attwali ġabu fix-xejn ċerti programmi ta' ħidma approvati, billi l-organizzazzjonijiet benefiċjarji ma kinux f'pożizzjoni li jippreżentaw il-garanzija meħtieġa fil-ħin. Għalhekk, il-Greċja ma setgħetx tagħtihom l-ewwel pagament sal-31 ta' Mejju 2015.

(4)

Minħabba din is-sitwazzjoni, u biex tkun tista' ssir l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma approvati kollha, jeħtieġ li tiġi prevista deroga mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 615/2014 biex il-Greċja tkun tista' tħallas l-ewwel pagament rilevanti sal-15 ta' Ottubru 2015.

(5)

Biex l-implimentazzjoni ssir kemm jista' jkun malajr, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-Greċja u fir-rigward tas-sena 2015, id-data finali msemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 615/2014 hija l-15 ta' Ottubru 2015.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programmi ta' appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 55).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 615/2014 tas-6 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-programmi ta' ħidma li jappoġġaw lis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 95).


Top