EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0804

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/804 tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

C/2015/3497

OJ L 128, 23.5.2015, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/804/oj

23.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/804

tad-19 ta' Mejju 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness huma kklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett tessili maħsub biex iżomm persuna f'pożizzjoni ta' bilqiegħda meta tkun qed tintrefa' minn parank.

L-oġġett huwa magħmul minn drapp tessili minsuġ (poliester), essenzjalment f'għamla ta' rettangolu. Wieħed miż-żewġ naħat il-qosra tar-rettangolu għandu żewġ estensjonijiet li jiffunzjonaw bħala magħqad. Il-bqija tad-drapp iserraħ id-dahar u l-ġnub tal-persuna. Xi partijiet tad-drapp huma kkuttunati (inserzjonijiet ta' fowm tal-polipropilen).

Bosta ċineg tat-tessut huma meħjutin mat-trufijiet tad-drapp, sabiex l-oġġett ikun jista' jitqabbad mal-parank u jintrefa'.

(Ara l-istampi) (*)

6307 90 98

Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 7(f) tas-Sezzjoni XI u tat-test tal-kodiċijiet tan-NM 6307 , 6307 90 u 6307 90 98 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8431 31 00 bħala parti adattata għall-użu biss jew prinċipalment mal-makkinarju tal-intestaturi 8428 (liftijiet, paranki eċċ.) hija eskluża, minħabba li l-oġġett mhuwiex indispensabbli għall-funzjonament tal-bandiera (ara l-Kawża C-152/10 Unomedical, ECLI:EU:C:2011:402, paragrafi 29, 34 u 36). Barra minn hekk, il-bragi huwa eskluż minn titlu 8431 u huma kklassifikati f'Taqsima XI (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 8431 , ir-raba' paragrafu, (b)).

Dan l-oġġett huwa prinċipalment magħmul minn materjal tessili u l-partijiet differenti huma mmuntati bil-ħjata.

L-oġġett għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6307 90 98 , bħala 'prodott ieħor magħmul mit-tessuti'.

Image

(*)  L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.


Top