EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0705

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/705 tat-30 ta' April 2015 li jistabbilixxi metodi ta' teħid tal-kampjuni u kriterji ta' rendiment għall-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' aċidu eruċiku f'oġġetti tal-ikel u li jħassar id-Direttiva 80/891/KEE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2015/2777

OJ L 113, 1.5.2015, p. 29–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2024; Imħassar b' 32023R2783

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/705/oj

1.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/705

tat-30 ta' April 2015

li jistabbilixxi metodi ta' teħid tal-kampjuni u kriterji ta' rendiment għall-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' aċidu eruċiku f'oġġetti tal-ikel u li jħassar id-Direttiva 80/891/KEE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jiffissal-livelli massimi ta' aċidu eruċiku fiż-żjut u x-xaħmijiet veġetali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, fl-ikel li jkun fih żjut u xaħmijiet veġetali miżjuda, fil-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/891/KEE (3) tistabbilixxi metodu ta' analiżi sabiex tiddeterina l-kontenut ta' aċidu eruċiku fi żjut u f'xaħmijiet maħsuba sabiex jintużaw bħala tali għall-konsum mill-bnedmin u f'oġġetti tal-ikel li jkun fihom żjut u xaħmijiet miżjuda. Dan il-metodu ta' analiżi ma għadux jgħodd u jeħtieġ jinbidel.

(3)

Huwa xieraq li ma jiġix stabbilit metodu speċifiku ta' analiżi iżda li jiġu stabbiliti kriterji ta' rendiment li magħhom għandu jikkonforma l-metodu ta' analiżi użat għall-kontroll uffiċjali. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-metodu tat-teħid tal-kampjuni.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli tal-aċidu eruċiku fit-Taqsima 8 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandhom isiru f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-paragrafu 1 japplika mingħajr preġudizzju tad-dispożizzjonjiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Artikolu 2

Id-Direttiva 80/891/KEE hi mħassra.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra huma referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/891/KEE tal-25 ta' Lulju 1980 dwar il-metodu ta' analiżi tal-Komunità sabiex jiġi stabbilit il-kontenut ta' aċidu eruċiku fi żjut u f'xaħmijiet maħsuba sabiex jiġu użati bħala tali għall-konsum mill-bnedmin u f'oġġetti tal-ikel li fihom żjut u xaħmijiet miżjuda (ĠU L 254, 27.9.1980, p. 35).


ANNESS

PARTI A:   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

“lott”

:

kwantità identifikabbli ta' ikel imwassla f'waqt wieħed u meqjusa mill-uffiċjal li għandha karatteristiċi komuni, [bħalma huma l-oriġini, il-varjetà, it-tip ta' imballaġġ, min jippakkja, il-fornitur jew l-immarkar].

“sublott”

:

parti magħżula minn lott kbir sabiex fuqha jiġi applikat il-metodu tat-teħid tal-kampjuni. Kull sublott għandu jkun fiżikament separat u identifikabbli;

“kampjun inkrimentali”

:

kwanità ta' materjal meħuda minn post wieħed fil-lott jew fis-sublott;

“kampjun kollettiv”

:

it-total kollettiv tal-kampjuni inkrimentali kollha meħuda mil-lott jew mis-sublott; il-kampjuni kollettivi għandhom jitqiesu rappreżentattivi tal-lottijiet jew tas-sublottijiet imnejn ittieħdu;

“kampjun tal-laboratorju”

:

kampjun maħsub għal-laboratorju.

PARTI B:   IL-METODI TA' TEĦID TAL-KAMPJUNI

B.1.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

B.1.1.   Persunal

Il-kampjuni għandha teħodhom persuna awtorizzata kif nominata mill-Istat Membru.

B.1.2.   Il-materjal li minnu jittieħed kampjun

Il-kampjun minn kull lott jew sublott li jrid jiġi eżaminat, għandu jittieħed separatament.

B.1.3.   Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu

Matul it-teħid tal-kampjuni, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet biex ikun evitat kull tibdil li jaffettwa l-livelli ta' aċidu eruċiku, jew li jaffettwa b'mod negattiv id-determinazzjoni analitika jew li jwassal biex il-kampjuni kollettivi ma jibqgħux rappreżentattivi.

B.1.4.   Kampjuni inkrimentali

Safejn huwa possibbli, il-kampjuni inkrementali għandhom jittieħdu minn postijiet differenti mqassma mal-lott jew mas-sublott kollu. Differenzi minn din il-proċedura għandhom jiġu rreġistrati fir-rekord previst fil-punt B.1.8 ta' dan l-Anness.

B.1.5.   Il-preparazzjoni tal-kampjun kollettiv

Il-kampjun kollettiv għandu jsir billi jingħaqdu flimkien il-kampjuni inkrementali.

B.1.6.   Kampjuni għal skopijiet ta' infurzar, difiża u arbitraġġ

Il-kampjuni għal raġunijiet ta' infurzar, difiża u arbitraġġ għandhom jittieħdu mill-kampjun kollettiv omoġenizzat, sakemm dan ma jkunx ta' kunflitt mar-regoli tal-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet tal-operaturi kummerċjali tal-ikel.

B.1.7.   L-imballaġġ u t-trażmissjoni tal-kampjuni

Kull kampjun għandu jitqiegħed f'kontenitur nadif u inert li joffri protezzjoni xierqa mill-kontaminazzjoni, minn telf ta' analiti minħabba assorbiment mal-ġnieb interni tal-kontenitur u mill-ħsara li tista' tirriżulta waqt it-trasport. Għandha tittieħed kull prekawzjoni meħtieġa biex tkun evitata bidla fil-kompożizzjoni tal-kampjun li tista' sseħħ waqt it-trasport jew il-ħażna.

B.1.8.   Is-siġillar u t-tikkettar tal-kampjuni

Kull kampjun meħud għal użu uffiċjali għandu jiġi ssiġillat fil-post tat-teħid tal-kampjuni u identifikat skont ir-regoli tal-Istati Membri.

Għandu jinżamm rekord ta' kull kampjun li jittieħedħalli jkun jista' jiġi identifikat mingħajr ambigwità kull lott jew sublott imnejn ikunittieħed. Dak ir-rekord għandu juri:

(i)

referenza għan-numru tal-lott li minnu jkun ittieħed il-kampjun;

(ii)

id-data u l-post tat-teħid tal-kampjuni;

(iii)

kull tagħrif addizzjonali li jkun ta' għajnuna għall-analista.

B.2.   IL-PJANIJIET GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI

B.2.1.   It-tqassim ta' lottijiet f'sublottijiet

Il-lottijiet il-kbar għandhom jinqasmu f'sublottijiet, sakemm is-sublott ikun jista' jiġi separat fiżikament. Għandu jingħata il-piż jew l-għadd ta' sublottijiet ta' prodotti nnegozjati f'kunsinni bl-ingrossa bħalma turi Tabella 1. Għandu jingħata wkoll il-piż jew l-għadd ta' sublottijiet ta' prodotti oħra bħalma turi Tabella 2. Peress li l-piż tal-lott ma jkunx dejjem multiplu eżatt tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott kif imniżżel f'Tabella 1 u 2 jista' jinqabeż b'massimu ta' 20 %.

B.2.2.   L-għadd, il-piż u l-volum tal-kampjuni inkrementali

Mill-anqas il-kampjun kollettiv għandu jkun 1 kg jew litru wieħed (1) ħlief meta dan ma jkunx possibbli, bħal meta l-kampjun ikun 'pakkett jew unità waħda.

L-għadd minimu ta' kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mis-sublott għandu jkun kif turi Tabella 3.

Fil-każ ta' prodotti likwidi bl-ingrossa, il-lott jew is-sublott għandu jitħallat sew sakemm ikun possibbli u sakemm ma tiġix affettwata l-kwalità tal-prodott, permezz ta' mezzi manwali jew mekkaniċi immedjatament qabel ma jittieħed il-kampjun. F'dan il-każ, wieħed għandu jassumi li t-tqassim tal-kontaminanti f'lott jew sublott partikolari huwa omoġenju. Għaldaqstant, huwa biżżejjed li jittieħdu tliet kampjuni inkrementali minn lott jew sublott sabiex jifformaw il-kampjun kollettiv.

Il-kampjuni inkrimentali għandu jkollhom piż/volum simili. Mill-anqas, il-piż/volum ta' kampjun inkrementali għandu jkun 100 g jew 100 ml, li jsawwar kampjun kollettiv ta' mill-inqas madwar 1 kg jew litru (1). Differenzi minn din il-proċedura għandhom jiġu rreġistrati fir-rekord previst fil-punt B.1.8 ta' dan l-Anness.

Tabella 1

It-tqassim tal-lottijiet f'sublottijiet għall-prodotti nnegozjati f'kunsinni bl-ingrossa

Il-piż tal-lott (f'tunnellati)

Il-piż jew l-għadd ta' sublottijiet

≥ 1 500

500 tunnellata

> 300 u < 1 500

3 sublottijiet

≥ 100 u ≤ 300

100 tunnellata

< 100


Tabella 2

It-qassim tal-lottijiet f'sublottijiet għal prodotti oħrajn

Il-piż tal-lott (f'tunnellati)

Il-piż jew l-għadd ta' sublottijiet

≥ 15

15-30 tunnellata

< 15


Tabella 3

L-għadd minimu ta' kampjuni inkrementali li għandu jittieħed mil-lott jew mis-sublott

Il-piż jew il-volum tal-lott/sublott (f'kilogrammi jew litri)

L-għadd minimu ta' kampjuni inkrementali li għandu jittieħed

< 50

3

≥ 50 u ≤ 500

5

> 500

10

Jekk il-lott jew is-sublott ikun pakketti jew unitajiet individwali, l-għadd ta' pakketti jew unitajiet li għandu jittieħed biex jifforma l-kampjun kollettiv jinsab f'Tabella 4.

Tabella 4

L-għadd ta' pakketti jew unitajiet (kampjuni inkrementali) li għandu jittieħed biex jifforma l-kampjun kollettiv jekk il-lott jew is-sublott ikun pakketti jew unitajiet individwali

L-għadd ta' pakketti jew unitajiet fil-lott/sublott

L-għadd ta' pakketti jew unitajiet li għandu jittieħed

≤ 25

mill-inqas pakkett jew unità waħda

26-100

madwar 5 %, mill-inqas 2 pakketti jew unitajiet

> 100

madwar 5 %, massimu ta' 10 pakketti jew unitajiet

Meta t-teħid tal-kampjuni bil-metodu stabbilit f'dan il-Kapitolu B.2 joħloq konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli (pereżempju minħabba l-għamla tal-imballaġġ, ħsara lil-lott, eċċ.) jew ikun kważi impossibbli li jsir, jista' jiġi applikat metodu alternattiv ta' teħid tal-kampjuni sakemm dan ikun rappreżentattiv biżżejjed għal-lott jew għas-sublott imnejn ikun ittieħed il-kampjun u jiġi dokumentat kollu fir-rapport previst fil-punt B.1.8.

B.3.   TEĦID TAL-KAMPJUNI FL-ISTADJU TAL-BEJGĦ BL-IMNUT

Meta possibbli, it-teħid tal-kampjuni tal-oġġetti tal-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni stipulati fil-punt B.2.2.

Meta t-teħid tal-kampjuni bil-metodu stabbilit fil-punt B.2.2. joħloq konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli (pereżempju minħabba l-għamla tal-imballaġġ, ħsara lil-lott, eċċ.) jew ikun kważi impossibbli li jsir, jista' jiġi applikat metodu alternattiv ta' teħid tal-kampjuni sakemm dan ikun rappreżentattiv biżżejjed għal-lott jew għas-sublott imnejn ittieħed il-kampjun u jiġi dokumentat kollu fir-rapport previst fil-punt B.1.8.

PARTI C:   IL-PREPARAZZJONI U L-ANALIŻI TAL-KAMPJUNI

C.1.   STANDARDS TAL-KWALITÀ GĦAL-LABORATORJI

Il-laboratorji għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Il-laboratorji għandhom jipparteċipaw fi skemi adattati ta' eżaminazzjoni tal-profiċjenza li jikkonformaw mal-“Protokoll Armonizzat Internazzjonali għall-Eżaminazzjoni tal-Profiċjenza ta' Laboratorji Analitiċi (Kimiċi)” (1) żviluppati fl-awspiċi tal-IUPAC/ISO/AOAC.

Il-laboratorji għandhom ikunu kapaċi juru li jħaddmu proċeduri għall-kontroll intern tal-kwalità. Eżempju ta' dawn huma l-“Linji Gwida ISO/AOAC/IUPAC dwar il-Kontroll Intern tal-Kwalità f'Laboratorji Analitiċi tal-Kimika” (2).

Meta jkun possibbli, għandha ssir stima tal-awtentiċità tal-analiżi billi fl-analiżi jiddaħħlu materjali xierqa ta' referenza ċċertifikati.

C.2.   IL-PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUN

C.2.1.   Prekawzjonijiet u kunsiderazzjonijiet ġenerali

Il-ħtieġa bażika hija li jinkiseb kampjun tal-laboratorju rappreżentattiv u omoġenju mingħajr ma ssir kontaminazzjoni sekondarja.

Il-materjal kollu tal-kampjuni li jasal fil-laboratorju jintuża biex jitħejja l-kampjun tal-laboratorju.

Il-konformità mal-livelli massimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 tinkiseb skont il-livelli stabbiliti fil-kampjuni tal-laboratorju.

C.2.2.   It-trattament tal-kampjun kif jasal fil-laboratorju

Il-kampjun kollettiv kollu jintaħan b'mod fin (meta rilevanti) u jitħallat sew permezz ta' proċess li bih jirnexxilu jikseb omoġenizzazzjoni sħiħa.

C.3.   KRITERJI TA' RENDIMENT GĦALL-METODI TA' ANALIŻI

C.3.1.   Definizzjonijiet

Għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

“r”

=

Ir-ripetibbiltà, il-valur li taħtu d-differenza assoluta bejn ir-riżultati ta' testijiet waħdanija li nkisbu f'kundizzjonijiet ta' ripetibbiltà (jiġifieri l-istess kampjun, l-istess operatur, l-istess apparat, l-istess laboratorju, u f'intervall qasir ta' ħin) tkun mistennija li taqa' fi ħdan probabbiltà speċifika (tipikament 95 %) u għalhekk r = 2,8 × sr.

“sr

=

Devjazzjoni standard, ikkalkulata mir-riżultati miksuba f'kundizzjonijiet ta' ripetibbiltà.

“RSDr

=

Devjazzjoni standard relattiva, ikkalkulata mir-riżultati miksuba f'kundizzjonijiet ta' ripetibbiltàFormula.

“R”

=

Ir-riproduċibbiltà, il-valur ta' taħtu id-differenza assoluta bejn riżultati ta' testijiet waħdanija li nkisbu f'kundizzjonijiet ta' riproduċibbiltà, (jiġifieri fuq materjal identiku miksub minn operaturi f'laboratorji differenti, bil-metodu standardizzat tat-test), tkun mistennija li taqa' fi ħdan ċertu probabbiltà (tipikament 95 %); R = 2,8 × sR.

“sR

=

Devjazzjoni standard, ikkalkulata mir-riżultati miksuba f'kundizzjonijiet ta' riproduċibbiltà.

“RSDR

=

Devjazzjoni standard relattiva, ikkalkulata minn riżultati miksuba f'kundizzjonijiet ta' riproduċibbiltàFormula.

“LOD”

=

Il-limitu ta' detezzjoni, l-iżgħar kontenut imkejjel li minnu huwa possibbli li tiġi inferita l-preżenza tal-analit b'ċertezza statistika raġonevoli. Il-limitu ta' detezzjoni huwa numerikament daqs tliet darbiet tad-devjazzjoni standard tal-medja tad-determinazzjonijiet inbjanki (n > 20).

“LOQ”

=

Il-limitu ta' kwantifikazzjoni, l-aktar kontenut baxx tal-analit li jista' jitkejjel b'ċertezza statistika raġonevoli. Jekk l-eżattezza u l-preċiżjoni jibqgħu kostanti matul firxa ta' konċentrazzjoni madwar il-limitu ta' detezzjoni, allura l-limitu ta' kwantifikazzjoni jkun numerikament daqs sitt darbiet jew għaxar darbiet tad-devjazzjoni standard tal-medja tad-determinazzjonijiet blenk (n > 20).

“u”

=

L-inċertezza maqgħuda tal-kejl standard, miksuba bl-inċertezzi individwali tal-kejl standard assoċjati mal-kwantitajiet tad-dħul fil-mudell tal-kejl (3).

“U”

=

L-inċertezza estiża tal-kejl, li tuża fattur ta' kopertura ta' 2 u dan jagħti livell ta' fiduċja ta' madwar 95 % (U = 2u).

“Uf”

=

L-inċertezza massima tal-kejl standard.

C.3.2.   Rekwiżiti ġenerali

Il-metodi ta' analiżi li jintużaw għall-kontroll fl-ikel għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

C.3.3.   Rekwiżiti speċifiċi

C.3.3.1.   Il-kriterji ta' rendiment

Meta fil-livell tal-Unjoni Ewropea ma jkunx hemm preskritti metodi speċifiċi għad-determinazzjoni ta' kontaminanti fil-prodotti tal-ikel, il-laboratorji jistgħu jagħżlu kull metodu ta' analiżi vvalidat għall-matriċi rispettiva, sakemm il-metodu magħżul ikun jilħaq il-kriterji speċifiċi ta' rendiment stipulati f'Tabella 5.

Huwa rakkomandat li meta xieraq u disponibbli jintużaw il-metodi vvalidati għalkollox (jiġifieri l-metodi vvalidati bil-provi kollaborattivi għall-matriċi rispettiva). Jistgħu jintużaw ukoll metodi vvalidati u xierqa oħrajn (bħal metodi vvalidati internament għall-matriċi rispettiva) sakemm dawn ikunu jissodisfaw il-kriterji ta' rendiment stipulati f'Tabella 5.

Aktar dettalji jinsabu fin-Noti dwar il-kriterji ta' rendiment kif stabbiliti f'dan il-punt.

Meta possibbli, il-validazzjoni tal-metodi vvalidati internament għandha tinkludi materjal ta' referenza ċċertifikat.

Tabella 5

Kriterji ta' rendiment għall-metodi ta' analiżi għall-aċidu eruċiku

Parametru

Kriterju

Applikabbiltà

Ikel speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

Speċifiċità

Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali

Ripetibbiltà (RSDr)

0,66 darba tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (modifikata)

Riproduċibbiltà (RSDR)

2 × il-valur derivat mill-ekwazzjoni Horwitz (modifikata)

Irkupru

95–105 %

LOD

≤ 1 g/kg

LOQ

≤ 5 g/kg

Noti dwar il-kriterji ta' rendiment

L-ekwazzjoni Horwitz (4) (għall-konċentrazzjonijiet 1,2 × 10– 7 ≤ C ≤ 0,138) u l-ekwazzjoni Horwitz modifikata (5) (għall-konċentrazzjonijiet C < 1,2 × 10– 7) huma ekwazzjonijiet ta' preċiżjoni ġeneralizzati li ma jiddependux mill-analita u l-matriċi iżda jiddependu biss fuq il-konċentrazzjoni għal ħafna mill-metodi ta' analiżi ta' rutina.

L-ekwazzjoni Horwitz modifikata għall-konċentrazzjonijiet C < 1,2 × 10– 7:

RSDR = 22 %

fejn:

L-RSDR hija d-devjazzjoni standard relattiva kkalkulata mir-riżultati miksuba f'kundizzjonijiet ta' reproduċibbilitàFormula

C huwa l-proporzjon ta' konċentrazzjoni (jiġifieri 1 = 100 g/100 g, 0,001 = 1 000 mg/kg) L-ekwazzjoni Horwitz modifikata tapplika għall-konċentrazzjonijiet C < 1,2 × 10– 7.

L-ekwazzjoni Horwitz għall-konċentrazzjonijiet 1,2 × 10– 7 ≤ C ≤ 0,138:

RSDR = 2C(– 0,15)

fejn:

L-RSDR hija d-devjazzjoni standard relattiva kkalkulata mir-riżultati miksuba f'kundizzjonijiet ta' reproduċibbilitàFormula

C huwa l-proporzjon ta' konċentrazzjoni (i.e. 1 = 100 g/100 g, 0,001 = 1 000 mg/kg) L-ekwazzjoni Horwitz tapplika għall-konċentrazzjonijiet 1,2 × 10– 7 ≤ C ≤ 0,138.

C.3.3.2.   Metodu “adegwat għall-fini”

Bħala alternattiva għall-metodi vvalidati internament, jista' jintuża metodu “adegwat għall-fini” (6) biex tiġi vvalutata l-konvenjenza tal-metodi vvalidati internament għall-kontroll uffiċjali. Il-metodi xierqa għall-kontroll uffiċjali għandhom jagħtu riżultati b'inċertezza magħquda tal-kejl standard (u) inqas mill-inċertezza massima tal- kejl standard ikkalkulata bil-formula ta' hawn taħt:

Formula

fejn:

Uf hija l-inċertezza massima tal-kejl standard (μg/kg);

LOD huwa l-limitu ta' detezzjoni tal-metodu (μg/kg). L-LOD jilħaq il-kriterji ta' rendiment stabbiliti fil-punt C.3.3.1 għall-konċentrazzjoni tal-interess.

C hija l-konċentrazzjoni tal-interess (μg/kg);

α hija fattur numeriku li jintuża skont il-valur ta' C. Il-valuri li jintużaw ġew stabbiliti f'Tabella 6.

Tabella 6

Il-valuri numeriċi li għandhom jintużaw għal α bħala kwantità kostanti fil-formula stipulata f'dan il-punt, skont il-konċentrazzjoni tal-interess

C (μg/kg)

α

≤ 50

0,2

51-500

0,18

501-1 000

0,15

1 001 -10 000

0,12

> 10 000

0,1

PARTI D:   IR-RAPPURTAR U L-INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI

D.1.   IR-RAPPURTAR

D.1.1.   Il-preżentazzjoni tar-riżultati

Ir-riżultati jiġu espressi bl-istess unitajiet ta' kejl u bl-istess għadd ta' ċifri sinifikanti bħalma huma tal-livelli massimi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

D.1.2.   Kalkoli tal-irkupru

Jekk fil-metodu analitiku jiġi applikat proċess ta' estrazzjoni, ir-riżultat analitiku għandu jiġi aġġustat għall-irkupru. F'dan il-każ il-livell tal-irkupru għandu jiġi rrappurtat.

F'każ li fil-metodu analitiku ma jiġi applikat l-ebda proċess ta' estrazzjoni, ir-riżultat jista' jiġi rrappurtat mhux aġġustat għall-irkupru jekk tingħata evidenza, idealment bl-użu ta' materjal xieraq ta' referenza ċċertifikat, li tinkiseb il-konċentrazzjoni ċċertifikata li tippermetti l-inċertezza tal-kejl (jiġifieri eżattezza kbira fil-kejl), u għaldaqstant li l-metodu mhuwiex imparzjali. F'każ li r-riżultat jiġi rrappurtat bħala mhux aġġustat għall-irkupru, dan għandu jissemma.

D.1.3.   L-inċertezza tal-kejl

Ir-riżultat analitiku għandu jiġi rrappurtat bħala x +/– U fejn x huwa r-riżultat analitiku u U huwa l-inċertezza estiża tal-kejl, b'fattur ta' kopertura ta' 2 li jagħti livell ta' kunfidenza ta' bejn wieħed u ieħor 95 % (U = 2u).

L-analista jieħu nota tar-“Rapport dwar r-relazzjoni bejn ir-riżultati analitiċi, l-inċertezza tal-kejl, il-fatturi tal-irkupru u d-dispożizzjonjiet fil-leġiżlazzjoni tal-ikel u l-għalf (7)”.

D.2.   L-INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI

D.2.1.   Aċċettazzjoni ta' lott jew sublott

Il-lott jew is-sublott jiġi aċċettat jekk ir-riżultat analitiku tal-kampjun tal-laboratorju ma jkunx jaqbeż il-livell massimu rispettiv stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 meta jitqiesu l-inċertezza estiża tal-kejla u l-aġġustament tar-riżultat għall-irkupru jekk ikun ġie applikat proċess ta' estrazzjoni fil-metodu analitiku użat.

D.2.2.   Rifjut ta' lott jew sublott

Il-lott jew sublott jiġi rrifjutat jekk ir-riżultat analitiku tal-kampjun tal-laboratorju jaqbeż mingħajr dubju raġjonevoli l-livell massimu rispettiv kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 meta tqis l-inċertezza tal-kejl estiż u l-aġġustament tar-riżultat għall-irkupru jekk ikun ġie applikat proċess ta' estrazzjoni fil-metodu analitiku użat.

D.2.3.   Applikabbiltà

Dawn ir-regoli ta' interpretazzjoni stabbiliti fil-punti D.2.1. u D.2.2. japplikaw għar-riżultati analitiċi miksuba mill-kampjun għall-infurzar. Fil-każ ta' analiżi għal skopijiet ta' difiża jew arbitraġġ, għandhom japplikaw ir-regoli nazzjonali.


(1)  “The international harmonized protocol for the proficiency testing of analytical chemistry laboratories” ta' M. Thompson, S.L.R. Ellison u R. Wood, Pure Appl. Chem., 2006, 78, 145-196.

(2)  Editjat minn M. Thompson u R. Wood, Pure Appl. Chem., 1995, 67, 649-666.

(3)  Il-vokabularju internazzjonali tal-metroloġija — Kunċetti bażiċi u ġenerali u termini assoċjati (VIM), JCGM 200:2008.

(4)  W. Horwitz, L.R. Kamps. K.W. Boyer, J.Assoc.Off.Analy.Chem., 1980, 63, 1344.

(5)  M. Thompson, Analist, 2000, 125, 385-386.

(6)  M. Thompson u R. Wood, Accred. Qual. Assur., 2006, p. 10, 471-478.

(7)  http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf


Top