EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1371

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1371/2014 tad- 19 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix

OJ L 366, 20.12.2014, p. 20–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/1371/oj

20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 366/20


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1371/2014

tad-19 ta' Diċembru 2014

li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta' Awwissu 2014 il-gvern Russu introduċa projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu prodotti mill-Unjoni lejn ir-Russja, inklużi l-frott u l-ħaxix.

(2)

Sabiex jiġi evitat li t-tfixkil relatat tas-suq għall-frott u l-ħxejjex, fejn huma involuti kwantitajiet kbar ta' prodotti li jmorru malajr, jinbidel fi tfixkil aktar serju jew imtawwal, ġie adottat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 (2). Dan stipula l-ammonti massimi ta' appoġġ għal operazzjonijiet ta' irtirar, nuqqas ta' ħsad u ħsad bikri. Il-mekkaniżmu introdott b'dak ir-Regolament ġie ssupplimentat aktar tard b'miżuri skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 (3) fl-għamla ta' appoġġ addizzjonali mmirat għal ċertu kwantitajiet ta' prodotti, ikkalkulat abbażi tal-esportazzjonijiet tradizzjonali lejn ir-Russja.

(3)

Il-projbizzjoni tal-importazzjonijiet Russa għadha qed toħloq theddida serja ta' tfixkil fis-suq ikkawżat minn tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet minħabba l-fatt li f'daqqa waħda suq importanti tal-esportazzjoni ma baqax disponibbli. F'qagħda tas-suq bħal din, il-miżuri normali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jidhru li m'għadhomx biżżejjed. Għaldaqstant, il-mekkaniżmu bbażat fuq l-appoġġ għal ċerti kwantitajiet ta' prodotti skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1031/2014 jeħtieġ li jittawwal.

(4)

Filwaqt li jitqiesu l-kwantitajiet stmati affettwati mill-projbizzjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tittawwal skont il-kwantitajiet ta' prodotti kkonċernati. Il-kalkolu ta' dawk il-kwantitajiet għandu jsir għal kull Stat Membru skont il-livell tal-esportazzjonijiet medji tiegħu lejn ir-Russja tal-prodotti kkonċernati għat-tliet snin preċedenti f'dawn ix-xhur: April u Mejju għall-frott u minn Jannar sa Mejju għall-ħaxix. Barra minn hekk, minħabba l-esportazzjonijiet staġonali tiegħu, il-lumi tal-kodiċi NM 0805 50 10 għandu jiżdied mal-lista ta' prodotti eliġibbli għall-appoġġ skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1031/2014.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1031/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Sabiex ikun hemm impatt immedjat fuq is-suq u biex jingħata kontribut għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1031/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt (r) li ġej:

“(r)

lumi tal-kodiċi NM 0805 50 10.”

;

(b)

Il-paragrafu 3 jinbidel b'li ġej:

“3.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri l-attivitajiet imwettqa f'perjodu li għandu jinqasam kif ġej:

(a)

perjodu mit-30 ta' Settembru 2014 sad-data li fiha l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) ikunu ġew eżawriti f'kull Stat Membru kkonċernat jew il-31 ta' Diċembru 2014, skont liema data tiġi l-ewwel;

(b)

perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sad-data li fiha l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) ikunu ġew eżawriti f'kull Stat Membru kkonċernat jew it-30 ta' Ġunju 2015, skont liema data tiġi l-ewwel.”

;

(2)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 jinbidel b'li ġej:

“1.   L-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jkun magħmul disponibbli għall-Istati Membri għall-kwantitajiet ta' prodotti li ġejjin:

(a)

għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(a), il-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness I;

(b)

għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(b), il-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness Ia;

Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(a), dak l-appoġġ għandu jkun disponibbli wkoll fl-Istati Membri kollha għal operazzjonijiet ta' irtirar, ħsad bikri jew nuqqas ta' ħsad, fir-rigward ta' prodott wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2) kif determinat mill-Istat Membru, sakemm il-kwantità addizzjonali involuta ma taqbiżx it-3 000 tunnellata għal kull Stat Membru.”

;

(3)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'li ġej:

“1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6 sal-31 ta' Jannar 2015 fir-rigward ta' operazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(a) u sal-31 ta' Lulju 2015 fir-rigward ta' operazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(b).

2.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-ħlas tat-total tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 4 u 6 ta' dan ir-Regolament skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 72 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 sal-31 ta' Jannar 2015 fir-rigward ta' operazzjonijiet imwettqa tul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(a) ta' dan ir-Regolament u sal-31 ta' Lulju 2015 fir-rigward ta' operazzjonijiet imwettqa tul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(b) ta' dan ir-Regolament.”

;

(b)

Fil-paragrafu 3, il-kliem “sad-data msemmija fil-paragrafu 1” jinbidlu b'“sad-dati msemmija fil-paragrafu 1”;

(4)

Fl-Artikolu 10(1), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu tinbidel b'dan li ġej:

“Sat-30 ta' Settembru 2014, il-15 ta' Ottubru 2014, il-31 ta' Ottubru 2014, il-15 ta' Novembru 2014, it-30 ta' Novembru 2014, il-15 ta' Diċembru 2014, il-31 ta' Diċembru 2014, il-15 ta' Jannar 2015, il-31 ta' Jannar 2015 u l-15 ta' Frar 2015 fir-rigward tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(a) u, sat-30 ta' Settembru 2015, sal-15 u l-aħħar jum ta' kull xahar fir-rigward tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(b), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni segwenti għal kull prodott:”

;

(5)

L-Artikolu 11 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Il-ħlas tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni

In-nefqa tal-Istati Membri fir-rigward tal-ħlasijiet skont dan ir-Regolament għandha tkun eliġibbli biss għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni jekk tkun tħallset sa dawn id-dati:

(a)

it-30 ta' Ġunju 2015 fir-rigward ta' operazzjonijiet imwettqa tul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(a);

(b)

it-30 ta' Settembru 2015 fir-rigward ta' operazzjonijiet imwettqa tul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(b).”

;

(6)

It-titolu tal-Anness I huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Kwantitajiet massimi ta' prodotti allokati għal kull Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(a)”

(7)

Jiddaħħal l-Anness Ia, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(8)

L-Annessi III u IV jinbidlu bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 tad-29 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għal produtturi ta' ċertu frott u ħaxix u li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 913/2014 (ĠU L 259, 30.8.2014, p. 2).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 tad-29 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' ċertu frott u ħaxix (ĠU L 284, 30.9.2014, p. 22).


ANNESS I

“ANNESS Ia

Kwantitajiet massimi ta' prodotti allokati għal kull Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(b)

(tunnellati)

Tuffieħ u lanġas

Għanbaqar, għeneb tal-mejda u frott tal-kiwi

Tadam, zunnarija, bżar ħelu, ħjar u gherkins

Larinġ, klementin, mandolin u lumi

Il-Belġju

21 200

0

13 200

0

Il-Ġermanja

3 450

0

0

0

Il-Greċja

200

3 100

2 000

0

Spanja

300

0

26 650

15 775

Franza

3 800

0

1 450

0

L-Italja

8 400

3 800

0

0

Ċipru

0

0

0

1 750

Il-Litwanja

0

0

6 000

0

Il-Pajjiżi l-Baxxi

9 700

0

24 650

0

L-Awstrija

500

0

0

0

Il-Polonja

155 700

0

18 650

0

Il-Portugall

350

0

0

0”


ANNESS II

ANNESS III

Mudelli għan-notifiki kif imsemmi fl-Artikolu 10

NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR — TQASSIM B'XEJN

Stat Membru:

Perjodu kopert:

Data:


Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali (t)

Total tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

Kwantitajiet (t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

Kwantitajiet (t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

irtirar

trasport

għażla u ppakkjar

TOTAL

irtirar

trasport

għażla u ppakkjar

TOTAL

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (b) + (c) + (d)

(f)

(g)

(h)

(i)

(j) = (g) + (h) + (i)

(k) = (a) + (f)

(l) = (e) + (j)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Tuffieħ u Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħxejjex

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Frott Ieħor

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ċitru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Prodotti Oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

Għandha timtela paġna differenti tal-Excel għal kull notifika.

NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR — DESTINAZZJONIJIET OĦRA

Stat Membru:

Perjodu kopert:

Data:


Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali (t)

Total tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR)

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (a) + (c)

(f) = (b) + (d)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

Total ta' Tuffieħ u Lanġas

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħxejjex

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

 

 

Total ta' Frott Ieħor

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ċitru

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

 

 

Total ta' Prodotti Oħra

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

*

Għandha timtela paġna differenti tal-Excel għal kull notifika.

NOTIFIKA DWAR IN-NUQQAS TA' ĦSAD U L-ĦSAD BIKRI

Stat Membru:

Perjodu kopert:

Data:


Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali

(t)

Total tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

Żona

(ha)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR)

Żona

(ha)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR)

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)

(g) = (b) + (e)

(h) = (c) + (f)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Tuffieħ u Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħxejjex

 

 

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Frott Ieħor

 

 

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ċitru

 

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Prodotti Oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

 

 

*

Għandha timtela paġna differenti tal-Excel għal kull notifika.

ANNESS IV

TABELLI LI GĦANDHOM JINTBAGĦTU MAL-EWWEL NOTIFIKA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 10(1)

IRTIRAR — DESTINAZZJONIJIET OĦRA

Ammonti massimi ta' appoġġ iffissati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikoli 4 u 5 ta' dan ir-Regolament

Stat Membru:

Data:


Prodott

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/100 kg)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR/100 kg)

Tuffieħ

 

 

Lanġas

 

 

Tadam

 

 

Zunnarija

 

 

Kaboċċi

 

 

Bżar ħelu

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

Faqqiegħ

 

 

Għanbaqar

 

 

Frott artab

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

Larinġ

 

 

Klementin

 

 

Mandolin

 

 

Lumi

 

 

NUQQAS TA' ĦSAD U ĦSAD BIKRI

Ammonti massimi ta' appoġġ iffissati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament

Stat Membru:

Data:


Prodott

Fil-miftuħ

Serra

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/ha)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR/ha)

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/ha)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR/ha)

Tuffieħ

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

Ħjar u Gherkins

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 


Top