EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0930

2014/930/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta' Diċembru 2014 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni

OJ L 365, 19.12.2014, p. 143–144 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/930/oj

19.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 365/143


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta' Diċembru 2014

li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/930/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 300 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi r-regoli għall-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni.

(2)

L-Artikolu 301 tat-TFUE jistipula li huwa l-Kunsill li għandu jiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni. L-għadd ta' membri ma għandux jaqbeż it-350.

(3)

Il-Kumitat tar-Reġjuni adotta, fis-6 ta' Ottubru 2010, rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni u għall-Kunsill dwar il-kompożizzjoni futura tal-Kumitat tar-Reġjuni (1).

(4)

Il-bilanċ attwali fil-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni għandu sa fejn hu possibbli jinżamm peress li huwa r-riżultat ta' Konferenzi Intergovernattivi suċċessivi.

(5)

Din id-Deċiżjoni hija ta' natura transizzjonali għaliex hija adottata biex tindirizza kwistjoni legali speċifika, jiġifieri d-diskrepanza li teżisti bejn l-għadd totali ta' membri tal-Kumitat tar-Reġjuni li jirriżulta minn Konferenzi Intergovernattivi suċċessivi u l-għadd massimu ta' membri stabbilit mill-Artikolu 305 tat-TFUE.

(6)

Din id-Deċiżjoni hija adottata fil-kuntest ta' ċirkostanzi speċifiċi relatati mal-Kumitat tar-Reġjuni u ma tikkostitwixxix preċedent għall-kompożizzjoni ta' kwalunkwe istituzzjoni.

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta mill-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, fi żmien adegwat għall-mandat tal-Kumitat li jibda fl-2020 jew, fi kwalunkwe każ, fid-dawl tat-tkabbir li jmiss.

(8)

Ir-reviżjoni għandha tkun ibbażata fuq l-eżitu tad-Deċiżjoni attwali, jiġifieri bl-osservanza tal-għadd tas-siġġijiet stabbilit permezz tagħha għall-Istati Membri li huma interessati mill-bidla preżenti. Bħala riżultat ta' din ir-reviżjoni, it-tnaqqis ulterjuri ma jkunx applikabbli għal Stati Membri milquta mid-Deċiżjoni attwali.

(9)

Sabiex jippermetti lill-Kumitat tar-Reġjuni li jkun magħmul konformement mal-Artikolu 24 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja sa tmiem il-mandat tal-membri attwali, id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni għandu jiġi ddifferit sa dik id-data,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għadd tal-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kif ġej:

Il-Belġju

12

Il-Bulgarija

12

Ir-Repubblika Ċeka

12

Id-Danimarka

9

Il-Ġermanja

24

L-Estonja

6

L-Irlanda

9

Il-Greċja

12

Spanja

21

Franza

24

Il-Kroazja

9

L-Italja

24

Ċipru

5

Il-Latvja

7

Il-Litwanja

9

Il-Lussemburgu

5

L-Ungerija

12

Malta

5

Il-Pajjiżi l-Baxxi

12

L-Awstrija

12

Il-Polonja

21

Il-Portugall

12

Ir-Rumanija

15

Is-Slovenja

7

Is-Slovakkja

9

Il-Finlandja

9

L-Isvezja

12

Ir-Renju Unit

24.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mis-26 ta' Jannar 2015.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  CdR 137/2010 fin (https://dm.cor.europa.eu/corDocumentSearch/Pages/redsearch.aspx).


Top