EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0290

2014/290/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta' April 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni UE-Ċilì rigward il-modifika tal-Anness XII għall-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, li jistabbilixxi l-listi ta' entitajiet Ċileni li jipprovdu skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti IV dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern

OJ L 147, 17.5.2014, p. 116–118 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/290/oj

17.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/116


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni UE-Ċilì rigward il-modifika tal-Anness XII għall-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, li jistabbilixxi l-listi ta' entitajiet Ċileni li jipprovdu skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti IV dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern

(2014/290/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni”), kien iffirmat fit-18 ta' Novembru 2002.

(2)

L-Anness XII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jipprovdi listi ta' entitajiet fir-Repubblika taċ-Ċilì (“Ċilì”) li jakkwistaw skont id-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku tal-gvern tat-Titolu IV tal-Parti IV tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.

(3)

Fl-10 ta' Frar 2012, iċ-Ċilì nnotifika lill-Unjoni bl-intenzjoni tiegħu li jimmodifika l-Anness XII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, skont l-Artikolu 159(1) ta' dak il-Ftehim. Fit-18 ta' Ottubru 2012, iċ-Ċilì pprovda informazzjoni addizzjonali. Il-modifika tikkonsisti fis-simplifikazzjoni ta' ċerti listi ta' entrati fl-Anness XII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, jiġifieri: fl-Appendiċi 1 A, l-entitajiet elenkati taħt kull Ministeru u l-gvern reġjonali huma sostitwiti bi klawżola ġenerali li tkopri l-entitajiet kollha subordinati għall-Ministeri u l-gvernijiet reġjonali elenkati u fl-Appendiċi 2 A, id-dettalji tal-lista tal-entrati kollha fil-livell subċentrali huma sostitwiti bi frażi ġenerali: 'il-muniċipalitajiet kollha' (“il-modifika tal-Anness XII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni”). L-Appendiċi 1 B u l-Appendiċi 2 B, kif ukoll l-Appediċi 3 sal-Appendiċi 5 tal-Anness XII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, jibqgħu kif inhuma.

(4)

Wara dik in-notifika, u skont l-Artikolu 159(2) u (3) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, il-Partijiet għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jqisu li huwa opportun li l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni UE- Ċilì (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni”) jieħu deċiżjoni biex jirrifletti l-modifika tal-Anness XII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat ta' Assoċazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni anness,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni UE- Ċilì (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni”) rigward il-modifika tal-Anness XII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni li jistabbilixxi l-listi ta' entitajiet Ċileni li jakkwistaw skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti IV dwar Akkwist Pubbliku mill-Gvern, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3.


ABBOZZ TA'

DEĊIŻJONI NRU …/2014 TAL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI UE-ĊILÌ

ta' …

relatata mal-Anness XII għall-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna l-listi ta' entitajiet Ċileni li jakkwistaw skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti IV dwar l-akkwist pubbliku mill-gvern

IL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI UE- ĊILÌ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni”), iffirmat fit-18 ta' Novembru 2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 159 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jipprovdi listi ta' entitatjiet fir-Repubblika taċ-Ċilì (“Ċilì”) li jakkwistaw skont id-dispożizzjonijiet tal-akkwist pubbliku mill-gvern tat-Titolu IV tal-Parti IV tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.

(2)

Fl-10 ta' Frar 2012, Ċilì nnotifika lill-Unjoni bl-intenzjoni tiegħu li jimmodifika l-kopertura tieg]u dwar l-akkwist pubbliku mill-gvern stipulat fl-Anness XII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. Il-modifika tikkonsisti fis-simplifikazzjoni ta' ċerti listi ta' entrati fl-Anness XII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, jiġifieri: fl-Appendiċi 1 A, l-entitajiet elenkati taħt kull Ministeru u l-gvern reġjonali huma sostitwiti bi klawżola ġenerali li tkopri l-entitajiet kollha subordinati għall-Ministeri u l-gvernijiet reġjonali elenkati, u fl-Appendiċi 2 A, id-dettalji tal-lista tal-entrati kollha fil-livell subċentrali huma sostitwiti bi frażi ġenerali: “il-muniċipalitajiet kollha” (“il-modifika tal-Anness XII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni”). L-Appendiċi 1 B u l-Appendiċi 2 B, kif ukoll l-Appediċi 3 sal-Appendiċi 5 tal-Anness XII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, jibqgħu kif inhuma.

(3)

Għall-finijiet tal-Anness XII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, huwa xieraq li ssir il-modifika tal-Anness XII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni notifikata miċ-Ċilì,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni li jinkludi l-listi ta' entitajiet Ċileni li jipprovdu skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti IV dwar akkwisti pubbliċi mill-gvern huwa sostitwit mit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,.

Għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni UE- Ċilì

Il-President


(1)  ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3.

ANNESS

“ANNESS XII

(Imsemmi fl-Artikolu 137 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni)

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAĊ-ĊILÌ DWAR AKKWISTI PUBBLIĊI MILL-GVERN

Appendiċi 1

Entitajiet fuq livell ċentrali

Entitajiet li jakkwistaw skont id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu

PROVVISTI

Limiti SDR 130 000

SERVIZZI

Speċifikati fl-Appendiċi 4

Limiti SDR 130 000

XOGĦLIJIET

Speċifikati fl-Appendiċi 5

Limiti SDR 5 000 000

A.

LISTA TA' ENTITAJIET

 

Presidencia de la República

 

Ministerio de Interior y Seguridad Pública

 

Ministerio de Relaciones Exteriores

 

Ministerio de Defensa Nacional

 

Ministerio de Hacienda

 

Ministerio Secretaría General de la Presidencia de la República

 

Ministerio Secretaría General de Gobierno

 

Ministerio de Economía, Fomento y Turismo

 

Ministerio de Minería

 

Ministerio de Desarrollo Social

 

Ministerio de Educación

 

Ministerio de Justicia

 

Ministerio del Trabajo y Previsión Social

 

Ministerio de Obras Públicas

 

Ministerio de Transporte y Telecomunicaciones

 

Ministerio de Salud

 

Ministerio de Vivienda y Urbanismo

 

Ministerio de Bienes Nacionales

 

Ministerio de Agricultura

 

Ministerio de Energía

 

Ministerio del Medio Ambiente

 

Gobiernos Regionales

 

Todas las Intendencias

 

Todas las Gobernaciones

Nota mat-Taqsima A)

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan l-Appendiċi, l-entitajiet kollha subordinati għall-Ministeri u l-gvernijiet reġjonali elenkati hawn fuq, huma koperti b'dan il-Ftehim.

B.

L-ENTITAJIET PUBBLIĊI L-OĦRA KOLLHA JINKLUDU S-SUDDIVIŻJONIJIET REĠJONALI U SOTTOREĠJONALI TAGĦHOM SAKEMM MA GĦANDHOMX KARATTRU INDUSTRIJALI JEW KUMMERĊJALI.

Appendiċi 2

Entitajiet fuq livell subċentrali u korpi rregolati mil-liġi pubblika

Entitajiet li jakkwistaw skont id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu

PROVVISTI

Limiti SDR 200 000

SERVIZZI

Speċifikati fl-Appendiċi 4

Limiti SDR 200 000

XOGĦLIJIET

Speċifikati fl-Appendiċi 5

Limiti SDR 5 000 000

A.

LISTA TA' ENTITAJIET

 

Il-Muniċipalitajiet kollha

B.

L-ENTITAJIET PUBBLIĊI SUBĊENTRALI L-OĦRA KOLLHA INKLUŻI S-SUDDIVIŻJONIJIET TAGĦHOM U L-ENTITAJIET L-OĦRA KOLLHA LI JOPERAW FL-INTERESS ĠENERALI U SOĠĠETT GĦAL KONTROLL EFFETTIV U MANIĠERJALI JEW FINANZJARJU MINN ENTITAJIET PUBBLIĊI, SAKEMM MA GĦANDHOMX KARATTRU INDUSTRIJALI JEW KUMMERĊJALI.

Appendiċi 3

Entitajiet li joperaw fis-settur tal-utilitajiet

PROVVISTI

Limiti SDR 400 000

SERVIZZI

Speċifikati fl-Appendiċi 4

Limiti SDR 400 000

XOGĦLIJIET

Speċifikati fl-Appendiċi 5

Limiti SDR 5 000 000

A.

LISTA TA' ENTITAJIET

 

Empresa Portuaria Arica

 

Empresa Portuaria Iquique

 

Empresa Portuaria Antofagasta

 

Empresa Portuaria Coquimbo

 

Empresa Portuaria Valparaíso

 

Empresa Portuaria San Antonio

 

Empresa Portuaria San Vicente-Talcahuano

 

Empresa Portuaria Puerto Montt

 

Empresa Portuaria Chacabuco

 

Empresa Portuaria Austral

 

Aeropuertos de propiedad del Estado, dependientes de la Dirección de Aeronáutica Civil.

B.

L-IMPRIŻI PUBBLIĊI L-OĦRA KOLLHA, KIF DEFINITI FL-ARTIKOLU 138(C), LI GĦANDHOM BĦALA WAĦDA MILL-ATTIVITAJIET TAGĦHOM KWALUNKWE WAĦDA MINN DAWK IMSEMMIJA HAWN TAĦT JEW KULL KOMBINAMENT TAGĦHOM:

(a)

il-forniment ta' faċilitajiet fl-ajruporti jew faċilitajiet oħra fit-terminals lil trasportaturi li jġorru bl-ajru; u

(b)

il-forniment ta' faċilitajiet marittimi jew ta' port intern jew ta' terminals oħra lil trasportaturi bil-baħar jew bil-passaġġi interni tal-ilma.

Appendiċi 4

Servizzi

Għall-iskopijiet ta' dan it-Titolu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 137(2), l-ebda servizz tal-lista Universali ta' Servizzi mhu eskluż.

Appendiċi 5

Servizzi ta' kostruzzjoni

Għall-iskopijiet ta' dan it-Titolu u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 137(2), l-ebda servizz ta' kostruzzjoni taħt id-diviżjoni tas-CPC li jikkonċerna xogħol ta' kostruzzjoni mhu eskluż.”.


Top