EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0244

2014/244/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Atalanta/2/2014 tad- 29 ta' April 2014 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribut ta' Pajjiż Terz għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li temenda d-Deċiżjoni ATALANTA/3/2009

OJ L 132, 3.5.2014, p. 63–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/244/oj

3.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ ATALANTA/2/2014

tad-29 ta' April 2014

dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribut ta' Pajjiż Terz għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li temenda d-Deċiżjoni ATALANTA/3/2009

(2014/244/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ATALANTA/3/2009 tal-21 ta' April 2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bi ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (2009/369/PESK) (2),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti minn Stati terzi.

(2)

Wara rakkomandazzjoni dwar kontribut min-New Zealand mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fil-11 ta' Marzu 2014 u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea fil-25 ta' Marzu 2014, il-kontribut minn New Zealand għandu jiġi aċċettat.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ATALANTA/3/2009 għandha għalhekk tiġi emendata sabiex jitneħħa l-Anness li jelenka l-Istati Terzi li l-kontributi tagħhom ġew aċċettati.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kontribut minn New Zealand għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) huwa aċċettat u huwa meqjus bħala sinifikanti.

2.   New Zealand hi eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' Atalanta.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ATALANTA/3/2009 hija emendata kif ġej:

(1)

fit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(1) il-frażi “, kif imsemmi fl-Anness” titħassar;

(2)

l-Anness jitħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  ĠU L 112, 6.5.2009, p. 9.


Top