EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0226

2014/226/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tal- 14 ta' April 2014 dwar it-titwil tal-perijodu ta' intitolament għall-koproduzzjonijiet awdjoviżivi kif previst fl-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali anness mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

OJ L 124, 25.4.2014, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/226/oj

25.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/25


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

dwar it-titwil tal-perijodu ta' intitolament għall-koproduzzjonijiet awdjoviżivi kif previst fl-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali anness mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

(2014/226/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE tas-16 ta' Settembru 2010 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fis-6 ta' Ottubru 2010. Il-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali (“il-Protokoll”), li huwa anness għall-Ftehim, jistabbilixxi fl-Artikolu 1, il-qafas li fi ħdanu l-Partijiet jikkooperaw biex jiġu ffaċilitati l-iskambji li jirrigwardaw attivitajiet kulturali, oġġetti u servizzi, inkluż fis-settur awdjoviżiv.

(2)

Skont l-Artikolu 15.10.5 tiegħu, il-Ftehim ġie applikat proviżorjament fir-rigward ta' parti minnu bid-Deċiżjoni 2011/265/UE mill-1 ta' Lulju 2011, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(3)

Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/265/UE, l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jikkonċerna l-koproduzzjonijiet awdjoviżivi ġie applikat b'mod proviżorju, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 2 tiegħu.

(4)

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2011/265/UE, il-Kummissjoni trid tagħti avviż bil-miktub lill-Korea bl-intenzjoni tal-Unjoni li ma ittawwalx il-perijodu ta' intitolament għall-koproduzzjonijiet awdjoviżivi skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 5(8) tiegħu sakemm, fuq proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill ma jaqbilx erba' xhur qabel it-tmiem ta' dan il-perijodu ta' intitolament li ttawwal dak il-perijodu. Barra minn hekk skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2011/265/UE, jekk il-Kunsill jaqbel li jtawwal il-perijodu ta' intitolament, l-obbligu li jiġi pprovdut avviż għandu jerġa' ssir applikabbli fi tmiem il-perijodu mtawwal tal-intitolament. Għall-għan speċifiku tad-deċiżjoni dwar it-titwil tal-perijodu ta' intitolament, il-Kunsill għandu jaġixxi b'unanimità.

(5)

Fil-25 ta' Settembru 2013, il-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 3(5) tal-Protokoll ta opinjoni favorevoli għat-titwil tal-perijodu tal-intitolament, kif previst fl-Artikolu 5(8)(a) tal-Protokoll.

(6)

Il-Kunsill jaqbel mat-titwil tal-perijodu ta' intitolament għall-koproduzzjonijiet awdjoviżivi biex jibbenefikaw mill-iskemi rispettivi tal-Partijiet għall-promozzjoni ta' kontenut kulturali lokali u reġjonali kif previst fil-paragrafi 4, 5, 6 u 7 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll.

(7)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa l-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-perijodu tal-intitolament għall-koproduzzjonijiet awdjoviżivi biex jibbenefikaw mill-iskemi rispettivi tal-Partijiet għall-promozzjoni ta' kontenut kulturali lokali u reġjonali kif previst fil-paragrafi 4, 5, 6 u 7 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll għandu jittawwal bi tliet snin, mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 127, 14.5.2011, p. 6.


Top