EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014X0111(02)

Ittra ta’ notifika mill-Unjoni Ewropea lill-Prinċipat tal-Liechtenstein rigward emenda teknika, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl- 1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl- 1 ta’ Lulju 2013 għall-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat- 3 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet

OJ L 8, 11.1.2014, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/8


Ittra ta’ notifika mill-Unjoni Ewropea lill-Prinċipat tal-Liechtenstein rigward emenda teknika, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013 għall-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet

Sinjur,

Għandi l-unur nirriferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet.

Minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, l-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet jirrikjedi emenda teknika fil-forma prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(2) tal-Ftehim.

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-lista tal-awtoritajiet kompetenti fl-Anness I tista’ tiġi emendata sempliċiment permezz ta’ notifika tal-Parti Kontraenti l-oħra mill-Liechtenstein għall-awtorità msemmija f’(a) hemmhekk u mill-Komunità għall-awtoritajiet l-oħra.

B’hekk qed ngħarrfek f’isem l-Unjoni li l-awtoritajiet kompetenti għall-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja huma:

fil-Bulgarija: Изпълнителният директор на Националната агенция за приходите jew rappreżentant awtorizzat,

fir-Rumanija: Președintele Agenției Naționale de Administrare Fiscală jew rappreżentant awtorizzat,

fil-Kroazja: Ministar financija jew rappreżentant awtorizzat

u jridu jiġu miżjuda fl-Anness I taħt l-ittri (aa), (ab) u (ac) rispettivament wara l-awtoritajiet kompetittenti msemmija taħt l-ittra (z)

Għoddni dejjem tiegħek,

Għall-Unjoni Ewropea,

Heinz ZOUREK

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


Top