EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1334

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1334/2013 tat- 13 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2008 fir-rigward ta’ isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni u fir-rigward tad-doża rakkomandata ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 335, 14.12.2013, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1334/oj

14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1334/2013

tat-13 ta’ Diċembru 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2008 fir-rigward ta’ isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni u fir-rigward tad-doża rakkomandata ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Danisco France SAS ippreżentat applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni fir-rigward ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1290/2008 (2).

(2)

L-applikant jistqarr li ttrasferixxa l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għall-preparazzjoni Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) għal Danisco (UK) Ltd u li din tal-aħħar issa għandha d-drittjiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għal dan l-addittiv.

(3)

L-għan tal-applikazzjoni huwa wkoll li tippermetti t-tqegħid fis-suq tal-addittiv tal-għalf b’konċentrazzjoni ħames darbiet ogħla milli l-konċentrazzjoni minima. Sabiex ikun żgurat li l-kontenuti massimi u minimi stipulati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1290/2008 jiġu rispettati, id-doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ għandha tiġi mmodifikata.

(4)

Il-bidla proposta tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għandha natura purament amministrattiva u ma tinvolvix valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. Din tal-aħħar ġiet awtorizzata abbażi ta’ Opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (3). It-talba sussegwenti għal bidla tad-doża rakkommandata hija skont din l-istess Opinjoni u ma tinvolvix valutazzjoni ġdida. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa b’din l-applikazzjoni.

(5)

Sabiex tiġi adattata l-prattika kurrenti, l-isem kummerċjali għandu jitħassar mir-Regolament (KE) Nru 1290/2008.

(6)

Sabiex Danisco (UK) Ltd. tkun tista’ tisfrutta d-drittijiet tagħha tal-kummerċjalizzazzjoni, hemm bżonn li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni rispettiva.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1290/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi li dan ir-Regolament għamel lir-Regolament (KE) Nru 1290/2008, huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżizzjonali li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1290/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2008 huwa emendat kif ġej:

1.

Fit-titolu, titħassar il-kelma “(Sorbiflore)”.

2.

L-Anness huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tieni kolonna, il-kliem “Danisco France SAS” jinbidel bi “Danisco (UK) Ltd”;

(b)

fit-tielet kolonna, titħassar il-kelma “(Sorbiflore)”;

(c)

fid-disa’ kolonna, il-punt 2 jinbidel kif ġej:

“2.

Id-doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf komplet: 5 × 108 FU”.

Artikolu 2

Miżuri Tranżizzjonali

Il-ħażniet eżistenti li ġew manifatturati u ttikkettjati qabel it-3 ta’ Jannar 2014 skont ir-regoli applikabbli qabel it-3 ta’ Jannar 2014 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-3 ta’ Lulju 2014.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1290/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (Sorbiflore) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 20).

(3)  Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf tal-Annimali (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodott Sorbiflore, preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus u Lactobacillus farciminis, bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes. The EFSA Journal (2008) 771, 1–13.


Top