EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0125

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2013 tal- 14 ta’ Ġunju 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

OJ L 318, 28.11.2013, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ L 318, 28.11.2013, p. 24–24 (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/124(2)/oj

28.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 125/2013

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 dwar metodu komuni ta’ sikurezza għas-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sikurezza wara l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ sikurezza jew awtorizzazzjoni ta’ sikurezza (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 dwar metodu komuni ta’ sikurezza għall-monitoraġġ li għandu jiġi applikat mill-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura wara li jirċievu ċertifikat tas-sikurezza jew awtorizzazzjoni tas-sikurezza u minn entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni (2) għandu jigi nkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk l-Anness XIII ta’ mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 42eg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“42eh.

32012 R 1077: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 dwar metodu komuni ta’ sikurezza għas-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sikurezza wara l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ sikurezza jew awtorizzazzjoni ta’ sikurezza (ĠU L 320, 17.11.2012 p. 3).

42ei.

32012 R 1078: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 dwar metodu komuni ta’ sikurezza għall-monitoraġġ li għandu jiġi applikat mill-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura wara li jirċievu ċertifikat tas-sikurezza jew awtorizzazzjoni tas-sikurezza u minn entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni (ĠU L 320, 17.11.2012. p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1077/2012 u (UE) Nru 1078/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ mal-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u s-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 320, 17.11.2012, p. 3.

(2)  ĠU L 320, 17.11.2012, p. 8.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top