EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0116

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2013 tal- 14 ta’ Ġunju 2013 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

OJ L 318, 28.11.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ L 318, 28.11.2013, p. 15–15 (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/116/oj

28.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 116/2013

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/13/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti tipi ta’ informazzjoni dwar bijofjuwils u bijolikwidi li l-operaturi ekonomiċi jridu jagħtu lill-Istati Membri (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6b (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/159/KE) tal-Kapitolu XVII tal-Anness II mal-Ftehim ŻEE:

“6c.

32011 D 0013: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/13/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti tipi ta’ informazzjoni dwar bijofjuwils u bijolikwidi li l-operaturi ekonomiċi jridu jagħtu lill-Istati Membri (ĠU L 9, 13.1.2011, p. 11) (2).

Artikolu 2

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 44 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/335/UE) tal-Anness IV ta’ mal-Ftehim ŻEE:

“45.

32011 D 0013: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/13/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti tipi ta’ informazzjoni dwar bijofjuwils u bijolikwidi li l-operaturi ekonomiċi jridu jagħtu lill-Istati Membri (ĠU L 9, 13.1.2011, p. 11).”

Artikolu 3

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/13/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2013, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fil-Ftehim ŻEE, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 9, 13.1.2011, p. 11.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(3)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88.


Top