EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0697

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 697/2013 tat- 22 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

OJ L 198, 23.7.2013, p. 28–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/697/oj

23.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/28


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 697/2013

tat-22 ta’ Lulju 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri ristrettivi kontra s-Sirja (1),

Wara li kkunsidra l-proposti konġunti tar-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 (2) sabiex jagħti effett lid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar miżuri ristrettivi kontra s-Sirja (3)

(2)

Fid-29 ta' Novembru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/739/PESK (4) li ħassret u ssostitwiet id-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

(3)

Fl-1 ta' Ġunju 2013 id-Deċiżjoni 2012/739/PESK skadiet.

(4)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(5)

L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jelenka oġġetti li huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel, qabel il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni f'konformità mal-Artikolu 2b tar-Regolament Nru 36/2012. Dik il-lista għandha tkun estiża sabiex tinkludi aktar oġġetti. Għandha tiġi pprovduta eċċezzjoni għal prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur.

(6)

Dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' tali miżuri mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 2

1.   Stat Membru jista' jipprojbixxi jew jimponi ħtieġa ta' awtorizzazzjoni fuq l-esportazzjoni, il-bejgħ, il-provvista jew it-trasferiment ta' tagħmir li jista' jintuża għal ripressjoni interna barra min dak elenkat fl-Anness IA jew l-Anness IX, sew jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja.

2.   Stat Membru jista' jipprojbixxi jew jimponi ħtieġa ta' awtorizzazzjoni fuq il-provvista ta' assitenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mat-tagħmir imsemmi filp-paragrafu 1, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja.";

(2)

L-Artikolu 2a huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 2a

1.   Huwa pprojbit:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretta jew indiretta, ta' tagħmir, merkanzija jew teknoloġija li jistgħu jintużaw għal repressjoni interna jew għall-manifattura u l-manutenzjoni ta' prodotti li jistgħu jintużaw għal repressjoni interna, kif elenkat fl-Anness IA, kemm jekk joriġinaw mill-Unjoni kif ukoll jekk le, fir-rigward ta' kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għall-użu fis-Sirja;

(b)

il-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a).

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif identifikati fil-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jagħtu, skont it-termini u l-kundizzjonijiet li jqisu bħala xierqa, awtorizzazzjoni għal tranżazzjoni fir-rigward ta' tagħmir, prodotti jew teknoloġija kif elenkati fl-Anness IA, kemm-il darba t-tagħmir, il-prodotti jew it-teknoloġija jkunu intiżi għal finijiet alimentari, agrikoli, mediċi jew finijiet umanitarji oħrajn, jew għall-benefiċċju tal-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha.";

(3)

fl-Artikolu 2c il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Il-qbid u t-trattament ta' tagħmir, merkanzija jew teknoloġija li l-forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti mill-Artikoli 2a ta' dan ir-Regolament, jistgħu, b'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali jew mad-deċiżjoni ta' awtorità kompetenti, isiru a spejjeż tal-persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 jew, jekk ma jkunx possibbli li dawn l-ispejjeż jiġu rkuprati minn dik il-persuna jew entità, l-ispejjeż jistgħu, b'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali, jiġu rkuprati minn kwalunkwe persuna jew entità li tassumi responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija jew tagħmir fit-tentattiv ta' forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni illeċiti.";

(4)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 2d

Stat Membru jista' jipprojbixxi jew jimponi ħtieġa ta' awtorizzazzjoni fuq l-esportazzjoni lejn is-Sirja tal-oġġetti b'użu doppju msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) No 428/2009.";

(5)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Huwa pprojbit:

(a)

l-għoti, dirett jew indirett, ta' għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati ma' tagħmir, merkanzija jew teknoloġija li jistgħu jintużaw għal repressjoni interna jew għall-manifattura u l-manutenzjoni ta' prodotti li jistgħu jintużaw għal repressjoni interna kif elenkati fl-Anness IA, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja;

(b)

l-għoti, dirett jew indirett, il-finanzjament jew l-għajnuna finanzjarja relatata ma' merkanzija u teknoloġija elenkati fl-Anness IA, inklużi b'mod partikolari l-għotjiet, is-self u l-assigurazzjoni fuq il-kreditu ta' esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tali oġġetti, jew għal kwalunkwe għoti ta' għajnuna teknika relatata ma' kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja;

(c)

il-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b). ".

(b)

il-paragrafu 2 jitħassar.

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif identifikati fil-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jagħtu, skont it-termini u l-kundizzjonijiet li jqisu bħala xierqa, awtorizzazzjoni għal għajnuna teknika "jew servizzi ta' senserija, jew finanzjament jew għajnuna finanzjara relatata ma' tagħmir, merkanzija jew teknoloġija, kif elenkati fl-Anness IA, kemm-il darba t-tagħmir, il-merkanzija jew it-teknoloġija jkunu intiżi għal finijiet alimentari, agrikoli, mediċi jew finijiet umanitarji oħrajn, jew għall-benefiċċju tal-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni, fi żmien erba' ġimgħat, bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt l-ewwel subparagrafu.";

(6)

jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:

"Artikolu 6a

1.   B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif definit fil-websajt elenkat fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, taħt tali termini u kundizzjonijiet li jqisu bħala xierqa, l-importazzjoni, l-akkwist jew it-trasport ta' żejt mhux maħdum jew ta' prodotti petrolifiċi, jew l-għoti ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, kemm-il darba l-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

(a)

abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż informazzjoni provduta mill-persuna, l-entità jew il-korp li qed titlob l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li huwa raġonevoli li li jkun konkluż li;

(i)

l-attivitajiet kkonċernati huma għall-fini li jipprovdu għajnuna lill-popolazzjoni ċivili Sirjana, b'mod partikolari biex jissodisfaw it-tħassib umanitarju, jgħinu fil-għoti ta' servizzi bażiċi, fil-bini mill-ġdid u fir-restawr tal-attività ekonomika, jew finijiet ċivili oħra;

(ii)

l-attivitajiet ikkonċernati ma jinvolvux fondi jew riżorsi ekonomiċi disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuna jew entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 14 jew għall-benefiċċju tagħhom;

(iii)

l-attivitajiet ikkonċernati ma jiksru l-ebda projbizzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament;

(b)

l-Istat Membru kkonċernat ikkonsulta minn qabel lill-persuna, l-entità jew il-korp nominati mil-Koalizzjoni Nazzjonali għall-Forzi Sirjani Rivoluzzjonarji u tal-Oppożizzjoni fir-rigward, inter alia, ta':

(i)

id-determinazzjoni tal-awtorità kompetenti skont il-punti (a) (i) u (ii);

(ii)

id-disponibbiltà tal-informazzjoni li tindika li l-attivitajiet ikkonċernati jistgħu jinvolvu fondi jew riżorsi ekonomiċi li qed isiru disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuna jew entità jew korp, jew għall-benefiċċju tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (*) jew fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban (**);

u l-persuna, l-entità jew il-korp nominati mil-Koalizzjoni Nazzjonali għall-Forzi Sirjani Rivoluzzjonarji u tal-Oppożizzjoni jkunu taw il-fehmiet tagħhom lill-Istat Membru rilevanti.

(c)

Fin-nuqqas tal-fehmiet mill-persuna, l-entità jew il-korp nominati mil-Koalizzjoni Nazzjonali għall-Forzi Sirjani Rivoluzzjonarji u tal-Oppożizzjoni fi żmien 30 jum wara li tkun saritilhom it-talba, l-awtorità kompetenti tista' tipproċedi bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk toħroġx l-awtorizzazzjoni jew le.

2.   Meta tapplika l-kondizzjonijiet skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha titlob għal salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjoni mogħtija, inkluż informazzjoni rigward il-kontropartijiet għat-tranżazzjoni.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma, fi żmien ġimagħtejn, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.;

(*)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70."

(**)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.""

(7)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 9a

1.   B'deroga mill-Artikoli 8 u 9, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawn it-termini u kundizzjonijiet kif iqisu bħala xieraq, il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-tagħmir jew tat-teknoloġija ewlenija elenkati fl-Anness VI, jew l-għoti ta' assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati, finanzjament jew għajnuna finanzjarja, kemm-il darba l-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

(a)

abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż informazzjoni provduta mill-persuna, l-entità jew il-korp li qed titlob l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li huwa raġonevoli li li jkun konkluż li;

(i)

l-attivitajiet kkonċernati huma għall-fini li jipprovdu għajnuna lill-popolazzjoni ċivili Sirjana, b'mod partikolari biex jissodisfaw it-tħassib umanitarju, jgħinu fl-għoti ta' servizzi bażiċi, fil-bini mill-ġdid u fir-restawr tal-attività ekonomika, jew finijiet ċivili oħra;

(ii)

l-attivitajiet ikkonċernati ma jinvolvux fondi jew riżorsi ekonomiċi disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuna jew entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 14 jew għall-benefiċċju tagħhom;

(iii)

l-attivitajiet ikkonċernati ma jiksru l-ebda projbizzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament;

(b)

l-Istat Membru kkonċernat ikkonsulta minn qabel lill-persuna, l-entità jew il-korp nominati mill-Koalizzjoni Nazzjonali għall-Forzi Sirjani Rivoluzzjonarji u tal-Oppożizzjoni fir-rigward, inter alia, ta':

(i)

id-determinazzjoni tal-awtorità kompetenti skont il-punti (a) (i) u (ii);

(ii)

id-disponibbiltà tal-informazzjoni li tindika li l-attivitajiet ikkonċernati jistgħu jinvolvu fondi jew riżorsi ekonomiċi li qed isiru disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuna jew entità jew korp, jew għall-benefiċċju tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2580/2001 jew fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 881/2002;

u l-persuna, l-entità jew il-korp nominati mil-Koalizzjoni Nazzjonali għall-Forzi Sirjani Rivoluzzjonarji u tal-Oppożizzjoni jkunu taw il-fehmiet tagħhom lill-Istat Membru rilevanti.

(c)

Fin-nuqqas tal-fehmiet mill-persuna, l-entità jew il-korp nominati mil-Koalizzjoni Nazzjonali għall-Forzi Sirjani Rivoluzzjonarji u tal-Oppożizzjoni fi żmien 30 jum wara li tkun saritilhom it-talba, l-awtorità kompetenti tista' tipproċedi bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk toħroġx l-awtorizzazzjoni jew le.

2.   Meta tapplika l-kondizzjonijiet skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha titlob għal salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjoni mogħtija, inkluż informazzjoni rigward il-kontropartijiet għat-tranżazzjoni.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma, fi żmien ġimagħtejn, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.";

(8)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 13a

1.   B'deroga mill-Artikolu 13(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif definit fil-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawn it-termini u kundizzjonijiet kif iqisu bħala xieraq, l-għoti ta' kwalunkwe self jew kreditu finanzjarju għal jew l-akkwist jew l-estensjoni tal-parteċipazzjoni fi, jew il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża konġunta ma' kwalunkwe persuna, entità jew korp Sirjan imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 13(2), kemm-il darba l-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

(a)

abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż informazzjoni provduta mill-persuna, l-entità jew il-korp li qed titlob l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li huwa raġonevoli li li jkun konkluż li;

(i)

l-attivitajiet kkonċernati huma għall-fini li jipprovdu għajnuna lill-popolazzjoni ċivili Sirjana, b'mod partikolari biex jissodisfaw it-tħassib umanitarju, jgħinu fl-għoti ta' servizzi bażiċi, fil-bini mill-ġdid u fir-restawr tal-attività ekonomika, jew finijiet ċivili oħra;

(ii)

l-attivitajiet ikkonċernati ma jinvolvux fondi jew riżorsi ekonomiċi disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuna jew entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 14 jew għall-benefiċċju tagħhom;

(iii)

l-attivitajiet ikkonċernati ma jiksru l-ebda projbizzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament;

(b)

l-Istat Membru kkonċernat ikkonsulta minn qabel lill-persuna, l-entità jew il-korp nominati mill-Koalizzjoni Nazzjonali għall-Forzi Sirjani Rivoluzzjonarji u tal-Oppożizzjoni fir-rigward, inter alia, ta':

(i)

id-determinazzjoni tal-awtorità kompetenti skont il-punti (a) (i) u (ii);

(ii)

id-disponibbiltà tal-informazzjoni li tindika li l-attivitajiet ikkonċernati jistgħu jinvolvu fondi jew riżorsi ekonomiċi li qed isiru disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuna jew entità jew korp, jew għall-benefiċċju tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2580/2001 jew fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 881/2002;

u l-persuna, l-entità jew il-korp nominati mil-Koalizzjoni Nazzjonali għall-Forzi Sirjani Rivoluzzjonarji u tal-Oppożizzjoni jkunu taw il-fehmiet tagħhom lill-Istat Membru rilevanti.

(c)

Fin-nuqqas tal-fehmiet mill-persuna, l-entità jew il-korp nominati mil-Koalizzjoni Nazzjonali għall-Forzi Sirjani Rivoluzzjonarji u tal-Oppożizzjoni fi żmien 30 jum wara li tkun saritilhom it-talba, l-awtorità kompetenti tista' tipproċedi bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk toħroġx l-awtorizzazzjoni jew le.

2.   Meta tapplika l-kondizzjonijiet skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha titlob għal salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjoni mogħtija, inkluż informazzjoni rigward il-kontropartijiet għat-tranżazzjoni.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma, fi żmien ġimagħtejn, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.";

(9)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 25 a

1.   B'deroga mill-punti (a) u (c) tal-Artikolu 25(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif definit fil-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawn it-termini u kundizzjonijiet kif iqisu bħala xieraq, il-ftuħ ta' kont bankarju ġdid jew uffiċċju rappreżentattiv ġdid, jew l-istabbiliment ta' fergħa jew sussidjarja ġdida, kemm-il darba l-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

(a)

abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż informazzjoni provduta mill-persuna, l-entità jew il-korp li qed titlob l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li huwa raġonevoli li li jkun konkluż li;

(i)

l-attivitajiet kkonċernati huma għall-fini li jipprovdu għajnuna lill-popolazzjoni ċivili Sirjana, b'mod partikolari biex jissodisfaw it-tħassib umanitarju, jgħinu fl-għoti ta' servizzi bażiċi, fil-bini mill-ġdid u fir-restawr tal-attività ekonomika, jew finijiet ċivili oħra;

(ii)

l-attivitajiet ikkonċernati ma jinvolvux fondi jew riżorsi ekonomiċi disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuna jew entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 14 jew għall-benefiċċju tagħhom;

(iii)

l-attivitajiet ikkonċernati ma jiksru l-ebda projbizzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament;

(b)

l-Istat Membru kkonċernat ikkonsulta minn qabel lill-persuna, l-entità jew il-korp nominati mill-Koalizzjoni Nazzjonali għall-Forzi Sirjani Rivoluzzjonarji u tal-Oppożizzjoni fir-rigward, inter alia, ta':

(i)

id-determinazzjoni tal-awtorità kompetenti skont il-punti (a) (i) u (ii);

(ii)

id-disponibbiltà tal-informazzjoni li tindika li l-attivitajiet ikkonċernati jistgħu jinvolvu fondi jew riżorsi ekonomiċi li qed isiru disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuna jew entità jew korp, jew għall-benefiċċju tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2580/2001 jew fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 881/2002;

u l-persuna, l-entità jew il-korp nominati mil-Koalizzjoni Nazzjonali għall-Forzi Sirjani Rivoluzzjonarji u tal-Oppożizzjoni jkunu taw il-fehmiet tagħhom lill-Istat Membru rilevanti.

(c)

Fin-nuqqas tal-fehmiet mill-persuna, l-entità jew il-korp nominati mil-Koalizzjoni Nazzjonali għall-Forzi Sirjani Rivoluzzjonarji u tal-Oppożizzjoni fi żmien 30 jum wara li tkun saritilhom it-talba, l-awtorità kompetenti tista' tipproċedi bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk toħroġx l-awtorizzazzjoni jew le.

2.   Meta tapplika l-kondizzjonijiet skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha titlob għal salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjoni mogħtija, inkluż informazzjoni rigward il-kontropartijiet għat-tranżazzjoni.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma, fi żmien ġimagħtejn, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.";

(10)

l-Anness I huwa mħassar.;

(11)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara t-titolu "Lista ta' Tagħmir, Prodotti u Teknoloġija Msemmija fl-Artikolu 2b":

"Il-lista stipulata fl-Anness ma tinkludix prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali, bl-eċċezzjoni tal-isopropanol.";

(b)

Fit-Taqsima IX.A1 "Materjali, kimiċi, 'mikroorganiżmi' u 'tossini' ", l-entrati stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament jiżdiedu bħala l-punt IX.A1.004.

(c)

Fit-Taqsima IX.A2 "Ipproċessar ta' Materjali", l-entrata stipulata fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jiżdiedu bħala l-punt IX.A2.010.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 319, 2.12.2011, p 56.

(4)  ĠU L 330, 30.11.2012, p. 21.


ANNESS I

Entrati msemmija fil-punt (11)(b)

Komposti definiti kimikament separati skont in-Nota 1 tal-Kapitoli 28 u 29 tan-Nomenklatura Magħquda (1), f'konċentrazzjoni ta' 90 % jew aktar, ħlief jekk indikat mod ieħor, kif ġej:

Aċetun,

(CAS RN 67-64-1)

(Kodiċi NM 2914 11 00 )

Aċitilena,

(CAS RN 74-86-2)

(Kodiċi NM 2901 29 00 )

Ammonja,

(CAS RN 7664-41-7)

(Kodiċi NM 2814 10 00 )

Antimonju,

(CAS RN 7440-36-0)

(intestatura 8110 )

Benżaldeide,

(CAS RN 100-52-7)

(Kodiċi NM 2912 21 00 )

Benżoin

(CAS RN 119-53-9)

(Kodiċi NM 2914 40 90 )

1-Butanol,

(CAS RN 71-36-3)

(Kodiċi NM 2905 13 00 )

2-Butanol,

(CAS RN 78-92-2)

(Kodiċi NM 2905 14 90 )

Iso-Butanol,

(CAS RN 78-83-1)

(Kodiċi NM 2905 14 90 )

Tert-Butanol,

(CAS RN 75-65-0)

(Kodiċi NM 2905 14 10 )

Karbur tal-kalċju,

(CAS RN 75-20-7)

(Kodiċi NM 2849 10 00 )

Monossidu tal-karbonju,

(CAS RN 630-08-0)

(Kodiċi NM 2811 29 90 )

Klorin,

(CAS RN 7782-50-5)

(Kodiċi NM 2801 10 00 )

Ċikloeżanol,

(CAS RN 108-93-0)

(Kodiċi NM 2906 12 00 )

Diċikloeżilammina (DCA),

(CAS RN 101-83-7)

(Kodiċi NM 2921 30 99 )

Etanol,

(CAS RN 64-17-5)

(Kodiċi NM 2207 10 00 )

Etilene,

(CAS RN 74-85-1)

(Kodiċi NM 2901 21 00 )

Ossidu tal-etilena,

(CAS RN 75-21-8)

(Kodiċi NM 2910 10 00 )

Fluworoapatite,

(CAS RN 04/05/1306)

(Kodiċi NM 2835 39 00 )

Klorur tal-idroġenu,

(CAS RN 7647-01-0)

(Kodiċi NM 2806 10 00 )

Sulfur tal-idroġenu,

(CAS RN 04/06/7783)

(Kodiċi NM 2811 19 80 )

Isoċjanatometan,

(CAS RN 624-83-9)

(Kodiċi NM 2929 10 00 )

Isopropanol, konċentrazzjoni ta' 95 % jew aktar,

(CAS RN 67-63-0)

(Kodiċi NM 2905 12 00 )

Aċidu mandeliku,

(CAS RN 90-64-2)

(Kodiċi NM 2918 19 98 )

Metanol,

(CAS RN 67-56-1)

(Kodiċi NM 2905 11 00 )

Klorur tal-metil,

(CAS RN 74-87-3)

(Kodiċi NM 2903 11 00 )

Jodur tal-metil,

(CAS RN 74-88-4)

(Kodiċi NM 2903 39 90 )

Merkaptan tal-metil,

(CAS RN 74-93-1)

(Kodiċi NM 2930 90 99 )

Monoetileneglikol

(CAS RN 107-21-1)

(Kodiċi NM 2905 31 00 )

Klorur tal-ossalil,

(CAS RN 79-37-8)

(Kodiċi NM 2917 19 90 )

Sulfid tal-potassju,

(CAS RN 1312-73-8)

(Kodiċi NM 2830 90 85 )

Tiosianat tal-potassju, (KSCN),

(CAS RN 333-20-0)

(Kodiċi NM 2842 90 80 )

Ipoklorit tas-sodju,

(CAS RN 7681-52-9)

(Kodiċi NM 2828 90 00 )

Kubrit,

(CAS RN 7704-34-9)

(Kodiċi NM 2802 00 00 )

Diossidu tal-kubrit,

(CAS RN 05/09/7446)

(Kodiċi NM 2811 29 05 )

Triossidu tal-kubrit,

(CAS RN 09/11/7446)

(Kodiċi NM 2811 29 10 )

Klorur tat-tiofosforil,

(CAS RN 3982-91-0)

(Kodiċi NM 2853 00 90 )

Fosfat tat-tri-iżobutil

(CAS RN 1606-96-8)

(Kodiċi NM 2920 90 85 )

Fosfru abjad/isfar

(CAS RN 12185-10-3, 7723-14-0)

(Kodiċi NM 2804 70 00 )


(1)  Kif stipulat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad- 9 ta' Ottubru 2012 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 304, 31.10.2012, p. 1).


ANNESS II

Entrati msemmija fil-punt (11)(c)

IX.A2.010

Tagħmir

Tagħmir tal-laboratorju, inklużi parts u aċċessorji għal dan it-tagħmir, għall-analiżi (distruttiva jew mhux distruttiva) jew is-sejbien ta' sustanzi kimiċi, bl-eċċezzjoni ta' tagħmir, inkluż partijiet jew aċċessorji, diżinjati speċifikament għall-użu mediku.


Top