EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0153

2013/153/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Marzu 2013 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika f’Malta

OJ L 86, 26.3.2013, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 015 P. 75 - 75

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/06/2017; Mibdul minn 32017D0946

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/153(1)/oj

26.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Marzu 2013

dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika f’Malta

(2013/153/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,

Billi:

(1)

Taħt il-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona huma ppreservati sa meta dawk l-atti jiġu mħassra, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.

(2)

Konsegwentement, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill irid jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprovdi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbażi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta’ evalwazzjoni u prova pilota.

(4)

Taħt il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta’ data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta’ data.

(5)

Malta lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta’ data dattiloskopika.

(6)

Saret b’suċċess prova pilota minn Malta mal-Awstrija u Franza.

(7)

Saret żjara ta’ evalwazzjoni f’Malta u sar rapport dwar iż-żjara ta’ evalwazzjoni mill-iskwadra ta’ evalwazzjoni Awstrijaka/Franċiża li ntbagħat lill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(8)

Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta’ evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju ta’ data dattiloskopika,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ tiftix awtomatizzat ta’ data dattiloskopika, Malta implimentat b’mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tipprovdi data personali taħt l-Artikolu 9 ta’ dik id-Deċiżjoni mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

P. HOGAN


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.


Top