EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0383

2012/383/UE: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPOL COPPS/1/2012 tat- 3 ta’ Lulju 2012 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

OJ L 186, 14.7.2012, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/383/oj

14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/31


DEĊIŻJONITAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPOL COPPS/1/2012

tat-3 ta’ Lulju 2012

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

(2012/383/UE)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK tal-14 ta' Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 11(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bil-fini li jeżerċita l-kontroll politiku u ta' tmexxija strateġika tal-missjoni EUPOL COPPS, inkluża b'mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Kenneth DEANE bħala Kap tal-missjoni EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Kenneth DEANE huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2012.

Magħmul fi Brussel, it-3 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.


Top