EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0577

Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 577/2012 tas- 26 ta’ Ġunju 2012 li jaġġusta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea

OJ L 171, 30.6.2012, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/577/oj

30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, EURATOM) Nru 577/2012

tas-26 ta’ Ġunju 2012

li jaġġusta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol tal-impjegati l-oħra tal-Unjoni, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 u l-Artikolu 65(2) u 65(3) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Annessi VII, XI u XIII tagħhom, kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, l-Artikoli 64 u 92 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati Oħra,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

Kien hemm żieda sostanzjali fl-għoli tal-ħajja fl-Estonja fil-perjodu bejn Ġunju u Diċembru 2011, u li l-koeffiċjenti korrettivi applikati għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom għalhekk ikunu aġġustati.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2012, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw, skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal, għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra fil-pajjiż imsemmi hawn taħt, huma stabbiliti kif ġej:

L-Estonja 77,8.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.


Top