EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0700

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/303/UE f’dak li għandu x’jaqsam mad-data tal-applikazzjoni (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7373)

OJ L 276, 21.10.2011, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/700/oj

21.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/62


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Ottubru 2011

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/303/UE f’dak li għandu x’jaqsam mad-data tal-applikazzjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7373)

(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

(2011/700/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 43(m) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/303/UE (2), ġie awtorizzat l-użu ta’ metodi ġodda għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Pajjiżi l-Baxxi. Dik id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mit-3 ta’ Ottubru 2011 ‘il quddiem. Fid-9 ta’ Settembru 2011, l-awtoritajiet kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi għarrfu lill-Kummissjoni li diversi biċċeriji kienu qed iħabbtu wiċċhom ma’ problemi prattiċi b’rabta mal-implimentazzjoni f’waqtha tal-metodi l-ġodda u għalhekk huma talbu li l-applikazzjoni tiġi posposta għat-2 ta’ Jannar 2012.

(2)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/303/UE għandha tiġi emendata skont dan.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/303/UE, id-data “3 ta’ Ottubru 2011” għandha tinbidel bid-data “2 ta’ Jannar 2012”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 136, 24.5.2011, p. 95.


Top