EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0224

2011/224/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2011 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ tal-1995

OJ L 94, 8.4.2011, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 022 P. 304 - 304

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/224/oj

8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-31 ta' Marzu 2011

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ tal-1995

(2011/224/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

Il-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ tal-1995, li ġiet konkluża f’isem il-Komunità mill-Kunsill permezz tad-Deċiżjoni 96/88/KE (1) ġiet estiża b’mod regolari għal perjodi suċċessivi ta' sentejn. L-aħħar darba li l-Konvenzjoni kienet estiża permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ tat-8 ta' Ġunju 2009 u hija se tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta' Ġunju 2011. Huwa fl-interess tal-Unjoni li din terġa’ tiġi estiża. Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ, għandha għalhekk tiġi awtorizzata tivvota favur tali estensjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ hija li tivvota favur l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ tal-1995 għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn sentejn.

Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

VÖLNER P.


(1)  ĠU L 21, 27.1.1996, p. 6.


Top