EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1157

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1157/2010 tad- 9 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2012 ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-kundizzjonijiet tad-djar Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 326, 10.12.2010, p. 3–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 05 Volume 002 P. 251 - 258

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1157/oj

10.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1157/2010

tad-9 ta’ Diċembru 2010

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2012 ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-kundizzjonijiet tad-djar

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għixien (EU-SILC) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għixien, li jinkorpora dejta rappreżentattiva u lonġitudinali, komparabbli u fil-ħin dwar l-introjtu u dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Skont l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, huma meħtieġa miżuri ta’ implimentazzjoni dwar il-lista tas-setturi u tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li għandha tkun inkluża kull sena fil-komponent rappreżentattiv tal-EU-SILC. Il-lista ta’ varjabbli sekondarji fil-mira li għandha tiġi inkorporata fil-modulu dwar il-kundizzjonijiet tad-djar għandha tkun stipulata għas-sena 2012. Din għandha tinkludi wkoll il-kodiċijiet u d-definizzjonijiet tal-varjabbli.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira, il-kodiċijiet varjabbli u d-definizzjonijiet għall-modulu tal-2012 dwar il-kundizzjonijiet tad-djar li għandhom jiġu inklużi fil-komponent traversali tal-istatistika Ewropea dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.


ANNESS

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-unità, il-metodu ta' ġbir tad-dejta, il-perjodu ta' referenza u d-definizzjonijiet li ġejjin:

1.   Unità

Il-varjabbli fil-mira jirrelataw ma' żewġ tipi ta' unitajiet:

Dar: il-varjabbli kollha ħlief dawk relatati mal-“bidla tal-abitazzjoni”.

Individwali: il-varjabbli relatati mal-“bidla tad-dar”.

2.   Metodu ta' ġbir ta' dejta

Għal fatturi varjabbli mitluba fil-livell tal-familja (it-Taqsima 1 fil-lista hawn taħt), il-metodu ta' ġbir tad-dejta hu intervista personali mal-membru fid-dar li jwieġeb.

Għal fatturi varjabbli mitluba f’livell individwali (it-Taqsima 2 fil-lista hawn taħt), il-metodu ta' ġbir ta' dejta hu intervista personali mal-membri attwali li jgħixu fid-dar li għandhom 16-il sena u aktar jew, jekk applikabbli, mal-familja magħżula biex twieġeb.

Minħabba l-karatteristiċi tal-informazzjoni li għandha tinġabar, huma permessi intervisti personali biss (intervisti bil-prokura jkunu eċċezzjoni għall-persuni temporanjament 'il bogħod jew b'inkapaċità) jew informazzjoni estratta minn reġistri.

3.   Il-perjodu ta' referenza

Il-fatturi varjabbli fil-mira għandhom x'jaqsmu ma' erba' tipi ta' perjodi ta' referenza:

 

Tas-soltu: xitwa/sajf ordinarja/ordinarju, fiż-żona fejn tkun ir-residenza (għall-varjabbli “abitazzjoni komda u sħuna tul iż-żmien tax-xitwa” u “abitazzjoni komda u friska tul is-sajf”).

 

L-aħħar ħames snin (għall-varjabbli relatati mal-“bidla ta' abitazzjoni”). Dan jirreferi għal ħames snin qabel id-data tal-intervista.

 

Is-sitt xhur li jmiss (għall-varjabbli relatati ma' “riskju fit-tibdil tal-abitazzjoni”). Dan jirreferi għal sitt xhur qabel id-data tal-intervista.

 

Attwali (għall-varjabbli l-oħra kollha).

4.   Definizzjonijiet

(1)   Installazzjonijiet u faċilitajiet tal-abitazzjoni

(a)   Installazzjonijiet tal-elettriku: wajers, kuntatti, sokits u installazzjonijiet oħra elettriċi permanenti fl-abitazzjoni.

(b)   Installazzjonijiet/xogħol tal-pajpijiet tal-ilma: pajpijiet, viti, drenaġġ u skariki.

(c)   Sistema tat-tisħin jew ħwejjeġ simili: unità ta' akkomodazzjoni hija kkunsidrata bħala “ċentralment imsaħħna” jekk it-tisħin ikun ipprovdut jew minn ċentru ta' tisħin komunitarju jew minn installazzjoni mqiegħda fil-bini jew fl-unità tal-akkomodazzjoni, stabbilita għal skopijiet ta' tisħin, mingħajr ma jitqies is-sors tal-enerġija. Radjaturi elettriċi fissi, ħiters fissi tal-gass u ħwejjeġ simili huma inklużi. It-tisħin għandu jkun disponibbli fil-biċċa l-kbira tal-kmamar.

(d)   Sistemi oħra tat-tisħin li jkunu fissi: unità ta' abitazzjoni titqies imsaħħna b'“sistemi oħra tat-tisħin li jkunu fissi” meta t-tisħin mhux meqjus bħala “tisħin ċentrali bħala/jew simili”. Dan jinkludi fran, ħiters, fuklari taċ-ċumnija u ħwejjeġ simili (inkluż apparat fiss tal-arja kkundizzjonata użata bħala faċilità ta' tisħin).

(e)   Sistemi oħra tat-tisħin li ma jkunux fissi: l-ebda sistema ta' tisħin jew apparat li jsaħħan li jkunu fissi. L-abitazzjoni tista' madankollu tkun mgħammra b'tisħin portabbli, inkluż tagħmir ta' arja kkundizzjonata li tista' tinġarr u użata bħala faċilità ta' tisħin.

(f)   Adegwata: biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti ġenerali/ħtiġijiet tad-dar. Installazzjoni li tkun dejjem ma taħdimx mhix meqjusa bħala installazzjoni. Installazzjonijiet mhux adegwati jistgħu jkunu: installazzjonijiet f'kundizzjoni ħażina, installazzjonijiet perikolużi, installazzjonijiet li regolarment ma jaħdmux, fejn ma hemmx biżżejjed enerġija elettrika/pressjoni tal-ilma biex jintużaw, fejn l-ilma mhux tajjeb għax-xorb, jew fejn ikun hemm disponibilità limitata. Problemi temporanji minuri bħal sadd fil-parti tal-ħruġ ma jfissrux li l-installazzjoni hija inadegwata.

(2)   Aċċessibbiltà tal-ħtiġijiet bażiċi

(a)

Aċċessibbiltà: din għandha x’taqsam mas-servizzi użati min-nies tad-dar li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet finanzjarji, fiżiċi, tekniċi u tas-saħħa.

(b)

L-aċċessibilità tas-servizzi għandha tkun ivvalutata f'termini ta' aċċess fiżiku u tekniku, u s-sigħat tal-ftuħ, iżda mhux f'termini ta' kwalità, prezz u aspetti simili. Konsegwentement, l-aċċess għandu jirriferi għal realtà oġġettiva u fiżika. Ma għandux ikun ibbażat fuq sentiment suġġettiv.

(c)

L-aċċess għandu jiġi determinat b'rabta mas-servizzi użati effettivament mill-familja. Jekk il-familja ma tużax is-servizz, għandha tintuża flag-2 “Mhux applikabbli”.

(d)

L-aċċess fiżiku għandu jiġi vvalutat f'termini ta' distanza iżda wkoll ta' infrastruttura u tagħmir pereżempju għal dawk li jwieġbu u jkollhom diżabbiltà fiżika.

(e)

L-aċċessibbiltà f'termini ta' servizzi bankarji bit-telefown u bil-kompjuter għandha tkun ukoll parti mill-valutazzjoni, jekk dawn il-metodi jintużaw effettivament fid-dar.

(f)

Is-servizzi pprovduti d-dar għandhom jiġu kkunsidrati wkoll, jekk dawn jintużaw effettivament fid-dar. L-aċċessibbiltà għalhekk għandha tiġi evalwata irrispettivament mill-mod(i) li bih(om) il-membri fid-dar jużaw is-servizz.

(g)

L-aċċessibilità għandha tiġi kkunsidrata fil-livell tal-familja, id-diffikultà għall-aċċess għandha tiġi evalwata għall-familja kollha kemm hi. Jekk min iwieġeb ma jużax servizz iżda membru/i ieħor/oħra fid-dar jużawh, huwa għandu jivvaluta l-aċċessibbiltà skont dan/dawn il-membru/membri l-oħrajn fid-dar.

(h)

Jekk membru wieħed tal-familja għandu diżabilità, iżda xi membru ieħor jista' jkollu aċċess faċilment għas-servizz f'ismu/f'isimha u l-aċċess għas-servizz ma jikkawża l-ebda problema għall-familja fis-sens li dan ma jirrappreżenta l-ebda piż għall-familja, allura s-servizz għandu jkun meqjus bħala aċċessibbli faċilment mill-familja

(i)

Min-naħa l-oħra, jekk xi membru tal-familja għandu diżabilità u ftit li xejn jista' jkollu aċċess għas-servizz (li hu jeħtieġ bħala individwu) u l-familja ma għandhiex riżorsi disponibbli biex tipprovdilu appoġġ (eż. jekk l-ebda membru ieħor ma jista' jkollu aċċess faċli għas-servizz f'ismu/f'isimha), jew verament jirrappreżenta piż għall-familja, f'dan il-każ l-aċċess għas-servizz ikun ikkunsidrat bħala diffiċli għall-familja.

(j)

Servizzi ta' prodotti tal-merċa “grocery services”: servizzi li jistgħu jipprovdu l-biċċa l-kbira tal-ħtiġijiet ta' kuljum.

(k)

Servizzi bankarji: ġbid ta' flus, trasferiment ta' flus u ħlas ta' kontijiet.

(l)

Servizzi postali servizzi li bihom wieħed jista’ jibgħat u jirċievi pakketti u posta normali.

(m)

Trasport pubbliku: xarabank, metro, tramm u trasport simili.

(n)

Servizzi ta' kura primarja tas-saħħa: tabib ġenerali, ċentru tas-saħħa primarja jew ħwejjeġ simili.

(o)

Skejjel obbligatorji: jekk aktar minn tifel wieħed fil-familja jattendi l-iskola obbligatorja min iwieġeb għandu jirreferi għall-iktar wieħed li għandu diffikultà.

5.   Trażmissjoni tad-dejta

Il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira għandhom jintbagħtu lill-Eurostat fil-fajl tad-Dejta tad-Dar (fajl-H) u fil-Fajl ta' Dejta Personali (fajl-P) wara l-fatturi varjabbli primarji fil-mira.

OQSMA U LISTA TA' FATTURI VARJABBLI FIL-MIRA

 

Modulu 2012

Il-kundizzjonijiet tad-djar

Isem il-varjabbli

Kodiċi

Fattur varjabbli fil-mira

1.   

ĦWEJJEĠ MITLUBA F'LIVELL TA' FAMILJA

Spazju ta' għixien

HC010

 

Nuqqas ta' spazju fl-abitazzjoni

1

Iva

2

Le

HC010_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

HC020

 

Id-daqs tal-abitazzjoni f'metri kwadri

0-999 metri kwadri

HC020_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

Installazzjonijiet u faċilitajiet tal-abitazzjoni

HC030

 

Installazzjonijiet elettriċi adegwati

1

Iva

2

Le

HC030_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

-2

Mhux applikabbli (ma hemmx installazzjonijiet elettriċi)

HC040

 

Installazzjonijiet/xogħol tal-pajpijiet tal-ilma adegwati

1

Iva

2

Le

HC040_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

-2

Mhux applikabbli (ma hemmx installazzjonijiet/xogħol tal-pajpijiet tal-ilma adegwati)

HC050

 

Abitazzjoni mgħammra b'faċilitajiet ta' tisħin

1

Iva - sistema li ssaħħan id-dar jew ħwejjeġ simili:

2

Iva - Sistema oħra tat-tisħin li tkun fissa

3

Iva - Sistema oħra tat-tisħin li ma tkunx fissa

4

Le – ma hemm l-ebda sistema ta' tisħin

HC050_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

HC060

 

Abitazzjoni komda u sħuna matul ix-xitwa

1

Iva

2

Le

HC060_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

HC070

 

Abitazzjoni komda u friska matul is-sajf

1

Iva

2

Le

HC070_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

Sodisfazzjon ġenerali bl-abitazzjoni

HC080

 

Sodisfazzjon ġenerali bl-abitazzjoni

1

Mhux sodisfatt assolutament

2

Mhux sodisfatt

3

Sodisfatt

4

Sodisfatt ħafna

HC080_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

Aċċessibbiltà għall-ħtiġijiet bażiċi

HC090

 

Aċċessibbiltà għas-servizzi tal-merċa

1

B’diffikultà kbira

2

B’xi diffikultà

3

Faċilment

4

Faċilment ħafna

HC090_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

-2

Mhux applikabbli (servizzi mhux użati mill-familja)

HC100

 

Aċċessibbiltà għas-servizzi bankarji

1

B’diffikultà kbira

2

B’xi diffikultà

3

Faċlilment

4

Faċilment ħafna

HC100_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

-2

Mhux applikabbli (servizzi mhux użati min-nies li jgħixu fid-dar)

HC110

 

Aċċessibiltà għas-servizzi tal-posta

1

B’diffikultà kbira

2

B’xi diffikultà

3

Faċilment

4

Faċilment ħafna

HC110_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

-2

Mhux applikabbli (servizzi mhux użati min-nies li jgħixu fid-dar)

HC120

 

Aċċessibilità għat-trasport pubbliku

1

B’diffikultà kbira

2

B’xi diffikultà

3

Faċilment

4

Faċilment ħafna

HC120_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

-2

Mhux applikabbli (servizzi mhux użati min-nies li jgħixu fid-dar)

HC130

 

Aċċessibiltà għas-servizzi ta' kura primarja tas-saħħa

1

B’diffikultà kbira

2

B’xi diffikultà

3

Faċilment

4

Faċilment ħafna

HC130_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

-2

Mhux applikabbli (servizzi mhux użati min-nies li jgħixu fid-dar)

HC140

 

Aċċessibiltà għall-iskola obbligatorja

1

B’diffikultà kbira

2

B’xi diffikultà

3

Faċilment

4

Faċilment ħafna

HC140_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

-2

Mhux applikabbli (servizzi mhux użati min-nies li jgħixu fid-dar)

Riskju ta' tibdil tal-abitazzjoni

HC150

 

Riskju immedjat ta' tibdil tal-abitazzjoni

1

Iva – il-familja se tiġi mġiegħla tħalli l-abitazzjoni

2

Iva – il-familja għandha l-ħsieb li tħalli l-abitazzjoni

3

Le – il-familja ma għandhiex ħsieb tħalli l-abitazzjoni

HC150_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

HC160

 

Raġuni ewlenija għaliex hemm l-istennija li jiġu mġiegħlin iħallu l-abitazzjoni

1

Il-familja se tiġi mġiegħla titlaq, peress li ngħata/se jingħata avviż mill-proprjetarju mat-terminazzjoni tal-kuntratt

2

Il-familja se tiġi mġiegħla titlaq, billi ngħata/se jingħata avviż mill-proprjetarju fin-nuqqas ta' kuntratt formali

3

Il-membri fid-dar se jiġu mġiegħla jitilqu minħabba żgumbrament

4

Il-familja se tiġi mġiegħla titlaq minħabba diffikultajiet finanzjarji

5

Il-familja se tiġi mġiegħla titlaq minħabba raġunijiet oħra

HC160_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

-2

Mhux applikabbli (HC150 = 2 jew 3)

2.   

ĦWEJJEĠ MITLUBA FUQ LIVELL INDIVIDWALI

Bidla tal-abitazzjoni

PC170

 

Bidla tal-abitazzjoni

1

Iva

2

Le

PC170_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

-3

Mhux magħżula persuna li twieġeb

PC180

 

Raġuni prinċipali għall-bidla tal-abitazzjoni

1

Raġunijiet relatati mal-familja

2

Raġunijiet relatati mal-impjieg

3

Raġunijiet relatati mal-edukazzjoni

4

Żgumbrament

5

Is-sid tad-dar ma ġeddidx il-kuntratt

6

Xewqa għal tibdil fil-livell ta' għixien

7

Raġunijiet relatati mal-abitazzjoni

8

Raġunijiet relatati mal-kwartier

9

Raġunijiet finanzjarji

10

Raġunijiet oħra

PC180_F

1

Mimlija

-1

Nieqsa

-2

Mhux applikabbli (PC170 = 2)

-3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb


Top