EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0590

2010/590/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Settembru 2010 li taħtar membru Daniż u ħames membri supplenti Daniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

OJ L 260, 2.10.2010, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/590/oj

2.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Settembru 2010

li taħtar membru Daniż u ħames membri supplenti Daniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2010/590/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Tove LARSEN sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Erik Bent NIELSEN, tas-Sur Johnny SØTRUP, tas-Sur Bo ANDERSEN u tas-Sinjura Jane Findahl LINDSKOV saru vakanti erba’ siġġijiet ta’ membri supplenti. Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Jan BOYE bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sinjura Kirstine Helene BILLE, Borgmester

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Steen Ole DAHLSTRØM, Borgmester

Is-Sur Carsten KISSMEYER-NIELSEN, Borgmester

Is-Sur Martin MERRILD, 2. viceborgmester

Is-Sinjura Tatiana SØRENSEN, Byrådsmedlem

Is-Sur Hans Freddie Holmgaard MADSEN, Byrådsmedlem

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


Top