EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0334

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2010 tat- 22 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 721/2008 fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv fl-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 102, 23.4.2010, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 037 P. 157 - 157

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/334/oj

23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 334/2010

tat-22 ta’ April 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 721/2008 fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 721/2008 (2) jawtorizza preparazzjoni tal-batterju li fih ħafna karotenojdi ħomor Paracoccus carotinifaciens bħala addittiv fl-għalf tas-salamun u tat-troti sal-15 ta' Awwissu 2018. Dan l-addittiv fl-għalf huwa kklassifikat fil-kategorija ta' “addittivi sensorji”, grupp funzjonali “a (ii). Koloranti; sustanzi li meta jingħataw lill-annimali jżidu l-kuluri lill-ikel li jkun ġej mill-annimali”.

(2)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni li talbet modifika tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv fl-għalf. Din l-applikazzjoni ntbagħtet flimkien mad-dejta relevanti ta' appoġġ. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità).

(3)

Fl-opinjoni tagħha ta' Jannar 2010, l-Awtorità kkonkludiet li l-modifika mitluba ma kinetx se taffettwa s-sikurezza u l-effikaċja tal-prodott (3).

(4)

L-evalwazzjoni tal-preparazzjoni mmodifikata turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 721/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 721/2008, fit-tielet kolonna, “Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku”,

 

il-kliem

“—

10-15 g/kg adonirubin

3-5 g/kg canthaxanthin”

 

jinbidel bil-kliem

“—

7-15 g/kg adonirubin

1-5 g/kg canthaxanthin”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 198, 26.7.2008, p. 23.

(3)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2010); 8(1):1428.


Top