EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1258

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1258/2009 tat- 18 ta’ Diċembru 2009 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2010 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94

OJ L 338, 19.12.2009, p. 24–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1258/oj

19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1258/2009

tat-18 ta’ Diċembru 2009

li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2010 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ prodotti tessili minn għadd ta’ terzi pajjiżi mhux koperti minn ftehim bilaterali, Protokoll jew arranġamenti oħra, jew minn regoli tal-importazzjoni speċifiċi oħra tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (6) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 stabbilixxa restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tessili li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi biex jiġu allokati fuq bażi ta’ min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel.

(2)

Skont dak ir-Regolament huwa possibbli li f’ċerti ċirkustanzi jintużaw metodi oħra ta’ allokazzjoni, jinqasmu l-kwoti f’qatgħat, jew li jiġi riżervat proporzjon ta’ limitu kwantitattiv speċifiku esklużivament għall-applikazzjonijiet li huma sostnuti mill-evidenza tar-riżultati tar-rendiment tal-importazzjoni fl-imgħoddi.

(3)

Ir-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti stabbiliti fl-2010 għandhom jiġu adottati qabel ma tibda s-sena tal-kwota biex b’hekk il-kontinwità fil-flussi tal-kummerċ ma tiġix affettwata mingħajr bżonn.

(4)

Il-miżuri adottati fis-snin ta’ qabel, bħal dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1164/2008 tal-24 ta’ Novembru 2008 li jistipula r-regoli għall-amministrazzjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2009 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 (2), urew li huma sodisfaċenti u għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati regoli simili għall-2010.

(5)

Sabiex jiġi ssodisfatt l-akbar numru ta’ operaturi possibbli huwa f’loku li l-metodu ta’ allokazzjoni ta’ “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel” isir iktar flessibbli billi jitpoġġa limitu massimu fuq il-kwantitajiet li jistgħu jkunu allokati lil kull operatur b’dak il-metodu.

(6)

Sabiex jiġi ggarantit livell ta’ kontinwità fil-kummerċ u ġestjoni effiċjenti tal-kwoti, l-operaturi għandhom jitħallew jagħmlu l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni inizjali tagħhom għall-2010 ekwivalenti għall-kwantità li importaw fl-2009.

(7)

Biex jinkiseb l-aħjar użu tal-kwantitajiet, operatur li uża tal-inqas nofs l-ammont diġà awtorizzat għandu jitħalla japplika għal ammont ieħor, u dan kemm-il darba l-kwantitajiet ikunu disponibbli fil-kwoti.

(8)

Għal finijiet ta’ ġestjoni tajba, l-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa’ xhur minn dakinhar meta jkunu nħarġu iżda sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-liċenzji biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni li l-kwantitajiet huma disponibbli u joħorġuhom biss jekk l-operatur jista’ jipprova l-eżistenza ta’ kuntratt u jista’ jiċċertifika, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni speċifika li tgħid il-kuntrarju, li hu għadu ma ġiex allokat awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni lejn il-Komunità b’konformità ma’ dan ir-Regolament għall-kategoriji u l-pajjiżi kkonċernati. Madankollu, b’reazzjoni għall-applikazzjonijiet tal-importaturi, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu awtorizzati jestendu bi tliet xhur u sal-31 ta’ Marzu 2011 liċenzji li minnhom tal-anqas nofshom ikunu ntużaw sad-data tal-applikazzjoni.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 517/94,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi regoli dwar il-ġestjoni ta’ kwoti kwantitattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tessili stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 517/94 għas-sena 2010.

Artikolu 2

Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu allokati kronoloġikament skont meta l-Kummissjoni tkun irċeviet in-notifikazzjonijiet mill-Istati Membri tal-applikazzjonijiet minn operaturi individwali, u dan għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi għal kull operatur stipulati fl-Anness I.

Il-kwantitatjiet massimi, madankollu, ma għandhomx japplikaw għal dawk l-operaturi li jkunu f’pożizzjoni li juru lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jagħmlu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għall-2010, li fir-rigward tal-kategoriji u l-pajjiżi terzi msemmija kienu impurtaw aktar mill-kwantitajiet massimi speċifikati għal kull kategorija skont il-liċenzji ta’ importazzjoni mogħtija lilhom għall-2009.

Fil-każ ta’ operaturi bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ mhux aktar mill-kwantitajiet importati fl-2009 minn pajjiżi terzi partikolari u f’kategoriji partikolari, u dan kemm-il darba jkun hemm biżżejjed kapaċità ta’ kwota disponibbli.

Artikolu 3

Importatur li jkun diġà uża sa 50 % jew aktar mill-ammont allokat lilu skont dan ir-Regolament jista’ jagħmel applikazzjoni oħra, fir-rigward tal-istess kategorija u pajjiż ta’ oriġini, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi stipulati fl-Anness I.

Artikolu 4

1.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti elenkati fl-Anness II jistgħu, mill-10.00 ta’ filgħodu tas-7 ta’ Jannar 2010, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ammonti koperti mit-talbiet ta’ awtorizzazzjonjiet tal-importazzjoni.

Il-ħin stabbilit fl-ewwel sottoparagrafu għandu jinftiehem bħala l-ħin ta’ Brussell.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet biss wara li jkunu ġew innotifikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 517/94 li l-kwantitajiet huma disponibbli għall-importazzjoni.

Huma għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss jekk operatur:

(a)

jagħti prova tal-eżistenza ta’ kuntratt li għandu x’jaqsam mal-provvista tal-merkanzija; u

(b)

jiċċertifika bil-miktub li, fir-rigward tal-kategoriji u tal-pajjiżi kkonċernati:

(i)

ma ġiex allokat diġà awtorizzazzjoni taħt dan ir-Regolament, jew

(ii)

ġie allokat awtorizzazzjoni taħt dan ir-Regolament iżda uża tal-anqas 50 % minnha.

3.   L-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni ser ikunu validi għal disa’ xhur minn dakinhar meta jkunu nħarġu, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.

Madankollu, fuq talba tal-importatur, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jagħtu estensjoni ta’ tliet xhur għall-awtorizzazzjonijiet li jkun intuża tal-anqas 50 % minnhom meta ssir it-talba. Estensjoni bħal din ma għandha qatt taqbeż il-31 ta’ Marzu 2011.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 1.

(2)  ĠU L 314, 25.11.2008, p. 7.


ANNESS I

Ammonti massimi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 2 u 3

Pajjiż ikkonċernat

Kategorija

Unità

Ammont massimu

Il-Belarus

1

Kilogrammi

20 000

2

Kilogrammi

80 000

3

Kilogrammi

5 000

4

Biċċiet

20 000

5

Biċċiet

15 000

6

Biċċiet

20 000

7

Biċċiet

20 000

8

Biċċiet

20 000

15

Biċċiet

17 000

20

Kilogrammi

5 000

21

Biċċiet

5 000

22

Kilogrammi

6 000

24

Biċċiet

5 000

26/27

Biċċiet

10 000

29

Biċċiet

5 000

67

Kilogrammi

3 000

73

Biċċiet

6 000

115

Kilogrammi

20 000

117

Kilogrammi

30 000

118

Kilogrammi

5 000

Il-Korea ta’ Fuq

1

Kilogrammi

10 000

2

Kilogrammi

10 000

3

Kilogrammi

10 000

4

Biċċiet

10 000

5

Biċċiet

10 000

6

Biċċiet

10 000

7

Biċċiet

10 000

8

Biċċiet

10 000

9

Kilogrammi

10 000

12

Pari

10 000

13

Biċċiet

10 000

14

Biċċiet

10 000

15

Biċċiet

10 000

16

Biċċiet

10 000

17

Biċċiet

10 000

18

Kilogrammi

10 000

19

Biċċiet

10 000

20

Kilogrammi

10 000

21

Biċċiet

10 000

24

Biċċiet

10 000

26

Biċċiet

10 000

27

Biċċiet

10 000

28

Biċċiet

10 000

29

Biċċiet

10 000

31

Biċċiet

10 000

36

Kilogrammi

10 000

37

Kilogrammi

10 000

39

Kilogrammi

10 000

59

Kilogrammi

10 000

61

Kilogrammi

10 000

68

Kilogrammi

10 000

69

Biċċiet

10 000

70

Biċċiet

10 000

73

Biċċiet

10 000

74

Biċċiet

10 000

75

Biċċiet

10 000

76

Kilogrammi

10 000

77

Kilogrammi

5 000

78

Kilogrammi

5 000

83

Kilogrammi

10 000

87

Kilogrammi

8 000

109

Kilogrammi

10 000

117

Kilogrammi

10 000

118

Kilogrammi

10 000

142

Kilogrammi

10 000

151 A

Kilogrammi

10 000

151B

Kilogrammi

10 000

161

Kilogrammi

10 000


ANNESS II

Lista tal-uffiċċji ta’ awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 4

1.

Austria

Bundesministerium für Wirtschaft, Familie und Jugend

Außenwirtschaftsadministration

Abteilung C2/2

Stubenring 1A-1011 Wien

Tel. +43 1711000

Fax +43 1711008386

2.

Belgium

FOD Economie, Kmo, Middenstand en Energie

Economisch Potentieel

KBO-Beheerscel – Vergunningen

Leuvenseweg 44

1000 Brussel

BELGIË

Tel. +32 22776713

Fax +32 22775063

SPF Économie, PME, Classes moyennes et Énergie

Potentiel économique

Cellule de gestion BCE – Licences

Rue de Louvain 44

1000 Bruxelles, BELGIQUE

Tél. +32 2277613

Fax +32 22775063

3.

Bulgaria

Министерство на икономиката, енергетиката и туризма

Дирекция „Регистриране, лицензиране и контрол“

ул. „Славянска“ № 8

1052 София

Тел.:

+359 29407008 / +359 29407673 /

+359 29407800

Факс:

+359 29815041 / +359 29804710 /

+359 29883654

4.

Cyprus

Ministry of Commerce, Industry and Tourism

Trade Department

6 Andrea Araouzou Str.

1421 Nicosia

Τηλ. +357 2867100

Φαξ +357 2375120

5.

Czech Republic

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

110 15 Praha 1

Česká republika

Tel.: +420 224907111

Fax: +420 224212133

6.

Denmark

Erhvervs- og Byggestyrelsen

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Langelinje Allé 17

2100 København

DANMARK

Tlf.: +45 35466030

Fax +45 35466029

7.

Estonia

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

EST-15072 Tallinn

Estonia

Tel. +372 6256400

Fax +372 6313660

8.

Finland

Tullihallitus

PL 512

FI-00101 Helsinki

Puh. +358 96141

Faksi +358 204922852

Tullstyrelsen

PB 512

FI-00101 Helsingfors

Tel. +358 96141

Fax +358 204922852

9.

France

Ministère de l’économie, de l’industrie et de l’emploi

Direction générale de la compétitivité, de l’industrie et des services

Sous-direction «industries de santé, de la chimie et des nouveaux matériaux»

Bureau «matériaux du futur et nouveaux procédés»

Le Bervil

12 rue Villiot

75572 Paris Cedex 12, FRANCE

Tél. +33 153449026

Fax +33 153449172

10.

Germany

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

Frankfurter Str. 29-35

D-65760 Eschborn

Tel. +49 61969080

Fax +49 6196908800

11.

Greece

Υπουργείο Οικονομίας, Ανταγωνιστικότητας & Ναυτιλίας

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής

Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών, Εμπορικής Άμυνας

Κορνάρου 1

105 63 Αθήνα

Τηλ. +30 2103286021/22

Φαξ +210 3286094

12.

Hungary

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Margit krt. 85.

H-1024 Budapest.

Postafiók: 1537 Budapest Pf. 345.

Tel. +36 13367303

Fax +36 1336 7302

e-mail: mkeh@mkeh.gov.hu

13.

Ireland

Department of Enterprise, Trade and Employment

Internal Market

Kildare Street

IRL-Dublin 2

Tel. +353 16312121

Fax +353 16312826

14.

Italy

Ministero dello Sviluppo Economico

Direzione Generale per la Politica Commerciale

DIV. III

Viale America 341

I-00144 Roma

Tel.

+39 0659647517, 59932471, 59932245, 59932260

Fax

+39 0659932636

E-mail:

polcom3@mincomes.it

15.

Latvia

Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

Rīga, LV-1519

LATVIJA

Tālr.: +371 67013299, +371 67013248

Fakss: +371 67280882

16.

Lithuania

Lietuvos Respublikos Ūkio Ministerija

Gedimino pr. 38/2

LT-01104 Vilnius

Tel. +370 5262850/+370 52619488

Fax +370 52623974

17.

Luxembourg

Ministère de l’économie et du commerce

Office des licences

Boîte postale 113

2011 Luxembourg, LUXEMBOURG

Tél. +352 4782371

Fax +352 466138

18.

Malta

Ministry for Competitiveness and Communication

Commerce Division, Trade Services Directorate

Lascaris

Valletta CMR02

Malta

Tel. +356 21237112

Fax +356 21237900

19.

Netherlands

Belastingdienst/Douane

Centrale Dienst voor in- en uitvoer

Engelse Kamp 2

Postbus 30003

9700 RD Groningen

NEDERLAND

Tel. +31 505232600

Fax +31 505232210

20.

Poland

Ministerstwo Gospodarki

Pl. Trzech Krzyży 3/5

00-950 Warszawa

Tel. +48 226935553

Faks +48 226934021

21.

Portugal

Ministério das Finanças

Direcção Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo

Edifício da Alfândega

P-1149-060 LISBOA

Tel. +351 218814263

Fax +351 218814261

E-mail: dsl@dgaiec.min-financas.pt

22.

Romania

Ministerul Întreprinderilor Mici si Mijlocii, Comertului și Mediului de Afaceri

Directia Generala Politici Comerciale

Str. Ion Câmpineanu, nr. 16

Bucuresti, sector 1

Cod postal 010036

Tel. +40 21315.00.81

Fax +40 2131504.54

e-mail: clc@dce.gov.ro

23.

Slovakia

Ministerstvo hospodárstva SR

Oddelenie licencií

Mierová 19

827 15 Bratislava

SLOVENSKO

Tel. +421 248542021/+421 248547119

Fax +421 243423919

24.

Slovenia

Ministrstvo za finance

Carinska uprava Republike Slovenije

Carinski urad Jesenice

Center za TARIC in kvote

Spodnji Plavž 6c

SI-4270 Jesenice

SLOVENIJA

Tel. +386 42974470

Faks +386 42974472

E-naslov: taric.cuje@gov.si

25.

Spain

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Paseo de la Castellana, 162

28046 Madrid

ESPAÑA

Tel. +34 913493817-3748

Fax +34 915631823-349 3831

26.

Sweden

National Board of Trade (Kommerskollegium)

Box 6803

SE-113 86 Stockholm

SVERIGE

Tfn +46 86904800

Fax +46 8306759

27.

United Kingdom

Department for Business, Innovation and Skills

Import Licensing Branch

Queensway House – West Precinct

Billingham

UK-TS23 2NF

Tel. +44 1642364333, 364334

Fax +44 1642364269

E-mail: enquiries.ilb@bis.gsi.gov.uk


Top