EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42009D0913

Deċiżjoni meħuda bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tas- 7 ta’ Diċembru 2009 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

OJ L 322, 9.12.2009, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 016 P. 240 - 240

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/913/oj

9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/39


DEĊIŻJONI MEĦUDA BI FTEHIM KOMUNI BEJN IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-7 ta’ Diċembru 2009

dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

(2009/913/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 341 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-istabbiliment ta' Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ġie deċiż bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (1)

(2)

Il-post tas-sede ta' din l-Aġenzija għandu jiġi ddeterminat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għandu jkollha s-sede tagħha f'Ljubljana.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni, li ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandha tieħu effett fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

M. OLOFSSON


(1)  ĠU L 211, 14.08.2009, p.1.


Top