EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0648

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 648/2009 tat- 23 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi l-ammont finali tal-għajnuna għall-għalf niexef għas-sena tas-suq 2008/2009

OJ L 192, 24.7.2009, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/648/oj

24.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 648/2009

tat-23 ta’ Lulju 2009

li jistabbilixxi l-ammont finali tal-għajnuna għall-għalf niexef għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 90, il-punt c) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 88(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi l-ammont tal-għajnuna li għandha titħallas lill-impriżi tal-ipproċessar tal-għalf niexef, fil-limitu tal-kwantità massima ggarantita stipulat fl-Artikolu 89 tal-istess Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 33(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2005 tas-7 ta’ Marzu 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef (2), l-Istati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta’ għalf niexef li għalihom ġiet irrikonoxxuta l-eliġibbiltà għall-għajnuna għas-sena tas-suq 2008/2009. Minn dawn il-komunikazzjonijiet jirriżulta li ma nqabżitx il-kwantità massima ggarantita għall-għalf niexef.

(3)

L-ammont tal-għajnuna għall-għalf niexef għaldaqstant jitla’ għal 33 EUR it-tunnellata, skont l-Artikolu 88(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-suq 2008/2009, l-ammont finali tal-għajnuna għall-għalf niexef huwa stabbilit għal 33 EUR it-tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 61, 8.3.2005, p. 4.


Top