EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0494

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/2009 tat- 3 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 (Test b’relevanza għaż-ŻEE )

OJ L 149, 12.6.2009, p. 6–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 059 P. 36 - 51

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/494/oj

12.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 494/2009

tat-3 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fl-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fl-10 ta’ Jannar 2008, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika emendi għall-Standard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati, minn issa 'l quddiem imsejħa “emendi għall-IAS 27”. L-emendi għall-IAS 27 jispeċifikaw f'liema ċirkostanzi entità għandha tħejji rapporti finanzjarji konsolidati, kif entitajiet prinċipali għandhom jirrapportaw bidliet fis-sjieda tal-interessi tagħhom fis-sussidjarji u kif it-telf ta' sussidjarja ser jkun allokat bejn l-interess ta' kontroll u mhux ta' kontroll.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emenda għall-IAS 27 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva.

(4)

L-adozzjoni tal-emendi għall-IAS 27 timplika, bħala konsegwenza, emendi għall-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1, l-IFRS 4, l-IFRS 5, l-IAS 1, l-IAS 7, l-IAS 14, l-IAS 21, l-IAS 28, l-IAS 31, l-IAS 32, l-IAS 33, l-IAS 39 u l-Interpretazzjoni 7 tal-Kumitat Permanenti dwar l-Interpretazzjonijiet (SIC) sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità.

(5)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(2)

L-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1, l-IFRS 4, l-IFRS 5, l-IAS 1, l-IAS 7, l-IAS 14, l-IAS 21, l-IAS 28, l-IAS 31, l-IAS 32, l-IAS 33, l-IAS 39 u l-Interpretazzjoni 7 tal-Kumitat Permanenti dwar l-Interpretazzjonijiet (SIC) huma emendati skont l-emendi għall-IAS 27 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-IAS 27, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, mhux aktar tard, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara t-30 ta’ Ġunju 2009.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 3 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IAS 27

Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 27

Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati

AMBITU

1

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-preparazzjoni u fil-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji konsolidati għal grupp ta' entitajiet taħt il-kontroll ta' kumpanija prinċipali.

2

Dan l-Istandard ma jittrattax dwar metodi ta' kontabilità għal kombinamenti ta’ negozji u l-effetti tagħhom fuq il-konsolidament, inkluż l-avvjament li jirriżulta mill-kombinament ta’ negozji (ara l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji).

3

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat ukoll fil-kontabilità għal investimenti f'sussidjarji, f’entitajiet b’kontroll konġunt u f’kumpaniji assoċjati meta entità tagħżel, jew hija meħtieġa minn regolamenti lokali, li tippreżenta rapporti finanzjarji separati.

DEFINIZZJONIJIET

4

It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Rapporti finanzjarji konsolidati huma r-rapporti finanzjarji ta' grupp ippreżentati bħala dawk ta' entità ekonomika waħda.

Kontroll hu s-setgħa li tiggverna l-politika finanzjarja u operattiva tal-entità biex takkwista benefiċċji mill-attivitajiet tagħha.

Grupp hu l-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji kollha tagħha.

Interess li ma jagħtix kontroll huwa l-ekwità f’sussidjarja li mhix attribwibbli, direttament jew indirettament, lil kumpanija prinċipali.

Kumpanija prinċipali hija entità li għandha kumpanija sussidjarja waħda jew aktar.

Rapporti finanzjarji separati huma dawk ippreżentati minn kumpanija prinċipali, investitur f'kumpanija assoċjata jew intraprenditur f'entità b’kontroll konġunt, li fihom l-investmenti huma kkontabilizzati fuq il-bażi tal-interess azzjonarju dirett aktar milli fuq il-bażi tar-riżultati rrappurtati u l-assi netti tal-entitajiet li fihom ikun sar l-investiment.

Sussidjarja hija entità, inkluża entità mhux inkorporata bħal soċjetà, li hija kkontrollata minn entità oħra (magħrufa bħala l-kumpanija prinċipali).

5

Kumpanija prinċipali jew kumpanija sussidjarja tagħha jistgħu jkunu investitur f'kumpanija assoċjata jew imprenditur f'entità b'kontroll konġunt. F'każijiet bħal dawn, rapporti finanzjarji konsolidati mħejjija u ppreżentati skont dan l-Istandard huma mħejjija wkoll sabiex jikkonformaw mal-IAS 28 Investmenti f'Kumpaniji Assoċjati u l-IAS 31 Interessi f'Impriżi Konġunti.

6

Għal entità deskritta fil-paragrafu 5, ir-rapporti finanzjarji separati huma dawk imħejjija u ppreżentati flimkien mar-rapporti finanzjarji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5. Rapporti finanzjarji separati m’għandhomx għalfejn jiġu mehmużin, jew li jiġu ppreżentati flimkien, ma’ dawk ir-rapporti.

7

Ir-rapporti finanzjarji ta’ entità li m'għandhiex kumpanija sussidjarja, kumpanija assoċjata jew interess ta’ imprenditur f’entità b'kontroll konġunt mhumiex rapporti finanzjarji separati.

8

Kumpanija prinċipali li hija eżentata skont il-paragrafu 10 milli tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati tista’ tippreżenta rapporti finanzjarji separati biss bħala l-uniċi rapporti finanzjarji tagħha.

PREŻENTAZZJONI TA’ RAPPORTI FINANZJARJI KONSOLIDATI

9

Kumpanija prinċipali, għajr kumpanija prinċipali deskritta fil-paragrafu 10, għandha tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati li fihom tikkonsolida l-investimenti tagħha f’sussidjarji skont dan l-Istandard.

10

Kumpanija prinċipali m’għandhiex għalfejn tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati jekk, u biss jekk:

(a)

il-kumpanija prinċipali hija hi stess sussidjarja kollha kemm hi ta’ sid wieħed, jew hija sussidjarja posseduta parzjalment minn entità oħra u s-sidien l-oħra tagħha, inklużi dawk mhux intitolati jivvutaw b'mod ieħor, ikunu ġew informati, u li ma jopponux, li l-kumpanija prinċipali ma tippreżentax rapporti finanzjarji konsolidati;

(b)

l-istrumenti ta’ dejn jew strumenti azzjonarji mhumiex innegozjati f’suq pubbliku (borża domestika jew barranija jew f'suq over-the-counter, inklużi swieq lokali u reġjonali);

(c)

il-kumpanija prinċipali ma ppreżentatx, u lanqas ma hi fil-proċess li tippreżenta, ir-rapporti finanzjarji tagħha lil xi kummissjoni tat-titoli jew xi organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li toħroġ kwalunkwe klassi ta’ strumenti f’suq pubbliku; u

(d)

il-kumpanija prinċipali aħħarija jew kwalunkwe kumpanija prinċipali intermedja tal-kumpanija prinċipali tipproduċi rapporti finanzjarji konsolidati disponibbli għall-użu pubbliku li jikkonformaw mal-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju.

11

Kumpanija prinċipali li tagħżel skont il-paragrafu 10 li ma tippreżentax rapporti finanzjarji konsolidati, u li tippreżenta biss rapporti finanzjarji separati, tikkonforma mal-paragrafi 38-43.

AMBITU TA’ RAPPORTI FINANZJARJI KONSOLIDATI

12

Rapporti finanzjarji konsolidati għandhom jinkludu s-sussidjarji kollha tal-kumpanija prinċipali.  (1)

13

Huwa meqjus li jeżisti kontroll meta l-kumpanija prinċipali tkun is-sid, direttament jew indirettament permezz ta’ sussidjarji, ta' aktar minn nofs is-setgħa tal-vot ta’ entità sakemm, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, ma jkunx jista’ jintwera b’mod ċar li pussess bħal dan ma jikkostitwixxix kontroll. Jeżisti kontroll ukoll meta l-kumpanija prinċipali tkun is-sid ta' nofs jew inqas mis-setgħa tal-vot ta’ entità fejn ikun hemm: (2)

(a)

setgħa fuq aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot bħala riżultat ta’ ftehim ma’ investituri oħra;

(b)

setgħa li tirregola l-politika finanzjarja u operattiva tal-entità taħt statut jew ftehim;

(ċ)

setgħa li taħtar jew li tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi jew ta’ korp regolatorju ekwivalenti u l-kontroll tal-entità huwa minn dak il-bord jew korp; jew

(d)

setgħa li titfal-maġġoranza tal-voti fil-laqgħat tal-bord tad-diretturi jew ta' korp regolatorju ekwivalenti u l-kontroll tal-entità huwa minn dak il-bord jew korp.

14

Entità jista’ jkollha pussess ta' ċertifikati tal-ishma, opzjonijiet ta’ xiri ta’ ishma, strumenti ta’ dejn jew strumenti azzjonarji li huma konvertibbli f’ishma ordinarji, jew strumenti simili oħra li għandhom il-potenzjal, jekk eżerċitati jew konvertiti, li jagħtu lill-entità s-setgħa tal-vot jew li jnaqqsu s-setgħa tal-vot ta’ parti oħra fuq il-politika finanzjarja u operattiva ta’ entità oħra (drittijiet potenzjali tal-vot). L-eżistenza u l-effett ta’ drittijiet potenzjali tal-vot li fil-preżent jistgħu jiġu eżerċitati jew konvertiti, inklużi d-drittijiet potenzjali tal-vot miżmuma minn entità oħra, huma meqjusa meta jiġi stmat jekk entità għandhiex is-setgħa li tirregola l-politika finanzjarja u operattiva ta’ entità oħra. Id-drittijiet potenzjali tal-vot ma jistgħux jiġu eżerċitati jew konvertiti attwalment meta, pereżempju, ma jkunux jistgħu jiġu eżerċitati jew konvertiti sa data futura jew sakemm iseħħ avveniment futur.

15

Meta jiġi stmat jekk drittijiet potenzjali tal-vot jikkontribwixxux għall-kontroll, l-entità teżamina l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha (inklużi t-termini tal-eżerċizzju tad-drittijiet potenzjali tal-vot u kwalunkwe arranġamenti kuntrattwali oħra kemm jekk ikkunsidrati individwalment kif ukoll flimkien) li jaffettwaw id-drittijiet potenzjali tal-vot, għajr l-intenzjoni tal-maniġment u l-abbiltà finanzjarja biex jiġu eżerċitati jew konvertiti dawk id-drittijiet.

16

Sussidjarja mhijiex eskluża mill-konsolidament sempliċiment minħabba li l-investitur huwa organizzazzjoni ta’ kapital ta’ riskju, fond ta’ benefiċċju komuni, unit trust jew entità simili.

17

Sussidjarja mhijiex eskluża mill-konsolidament minħabba li l-attivitajiet tan-negozju tagħha huma differenti minn dawk ta’ entitajiet oħra fi ħdan il-grupp. Informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta billi sussidjarji bħal dawn jiġu kkonsolidati u billi tingħata informazzjoni addizzjonali fir-rapporti finanzjarji konsolidati dwar l-attivitajiet kummerċjali differenti tas-sussidjarji. Pereżempju, l-iżvelar meħtieġ mill-IFRS 8 Segmenti tal-Operat jgħin biex jispjega s-sinifikat tal-attivitajiet kummerċjali differenti fi ħdan il-grupp.

PROĊEDURI TA’ KONSOLIDAMENT

18

Fit-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji konsolidati, entità tgħaqqad ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali u tas-sussidjarji tagħha linja b’linja billi tgħodd flimkien entrati simili ta’ assi, obbligazzjonijiet, ekwità, dħul u spejjeż. Sabiex ir-rapporti finanzjarji konsolidati jippreżentaw informazzjoni finanzjarja dwar il-grupp bħala dik ta’ entità ekonomika waħda, jittieħdu mbagħad il-passi li ġejjin:

(a)

l-ammont miżmum fil-kotba tal-investiment tal-kumpanija prinċipali f’kull kumpanija sussidjarja u l-porzjon tal-kumpanija prinċipali tal-ekwità ta’ kull kumpanija sussidjarja huma eliminati (ara l-IFRS 3, li jiddeskrivi t-trattament ta’ kwalunkwe avvjament li jirriżulta);

(b)

l-interessi li ma jagħtux kontroll fil-profitt jew telf ta’ sussidjarji kkonsolidati għall-perjodu tar-rappurtaġġ huma identifikati; u

(ċ)

l-interessi li ma jagħtux kontroll fl-assi netti ta’ sussidjarji kkonsolidati huma identifikati separatament mill-interssi propjetarji fihom tal-kumpanija prinċipali. L-interessi li ma jagħtux kontroll fl-assi netti jikkonsistu fi:

(i)

l-ammont ta’ dawk l-interessi li ma jagħtux kontroll fid-data tal-kombinament oriġinali kkalkulat skont l-IFRS 3; u

(ii)

is-sehem li l-interessi li ma jagħtux kontroll għandhom fil-bidliet fl-ekwità mid-data tal-kombinament.

19

Meta jkunu jeżistu drittijiet potenzjali tal-vot, il-proporzjonijiet ta’ qligħ jew telf u l-bidliet fl-ekwità allokati lill-kumpanija prinċipali u lill-interessi li ma jagħtux kontroll huma stabbiliti fuq il-bażi tal-interessi attwali tal-pussess u ma jirriflettux il-possibbiltà li d- drittijiet potenzjali għall-vot jiġu eżerċitati jew konvertiti.

20

Bilanċi, tranżazzjonijiet, dħul u spejjeż intragrupp għandhom jiġu eliminati għal kollox.

21

Il-bilanċi u t-tranżazzjonijiet intragrupp, inklużi d-dħul, l-ispejjeż u d-dividendi, huma eliminati għal kollox. Il-qligħ u t-telf li jirriżultaw minn tranżazzjonjiet intragrupp li huma rikonoxxuti fl-assi, bħal inventarji u assi fissi, huma eliminati għal kollox. Telf intragrupp jista’ jindika indeboliment li jeħtieġ rikonoxximent fir-rapporti finanzjarji konsolidati. l-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul japplika għal differenzi temporanji li jirriżultaw mill-eliminazzjoni ta’ qligħ u telf li ssir bħala riżultat ta’ tranżazzjonijiet l-intragrupp.

22

Ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali u tas-sussidjarji tagħha użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati għandhom ikunu ppreparati sal-istess data. Meta t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtaġġ tal-kumpanija prinċipali hu differenti minn dak ta’ kumpanija sussidjarja, il-kumpanija sussidjarja tħejji, għal għanijiet ta’ konsolidament, rapporti finanzjarji addizzjonali ppreparati sal-istess data tar-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali sakemm ma jkunx imprattikabbli li jsir dan.

23

Meta, skont il-paragrafu 22, ir-rapporti finanzjarji ta’ xi sussidjarja użati fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji kkonsolidati huma ppreparati sa data differenti minn dik tar-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali, għandhom isiru aġġustamenti għall-effetti ta’ tranżazzjonijiet jew avvenimenti sinifikanti li jseħħu bejn dik id-data u d-data tar-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtaġġ tal-kumpanija sussidjarja u dak tal-kumpanija prinċipali m'għandhiex tkun ta' iktar minn tliet xhur. It-tul tal-perijodi tar-rappurtaġġ u kwalunkwe differenza bejn it-tmiem tal-perijodi tar-rappurtaġġ għandhom ikunu l-istess minn perjodu għall-ieħor.

24

Ir-rapporti finanzjarji konsolidati għandhom jitħejjew billi tintuża politika uniformi ta’ kontabilità għal tranżazzjonijiet simili u għal avvenimenti oħra simili f’ċirkustanzi simili.

25

Jekk membru ta’ grupp juża politika ta kontabilità għajr dawk adottati fir-rapporti finanzjarji konsolidati għal tranżazzjonijiet u avvenimenti simili f’ċirkustanzi simili, isiru aġġustamenti xierqa għar-rapporti finanzjarji tiegħu fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati.

26

Id-dħul u l-ispejjez ta' kumpanija sussidjarja huma inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati mid-data tal-akkwiżizzjoni kif definit fl-IFRS 3. Id-dħul u l-ispejjeż tas-sussidjarja għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri tal-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati tal-kumpanija prinċipali fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, l-ispiża tad-deprezzament rikonoxxuta fir-rapport ikkonsolidat tad-dħul komplessiv wara d-data tal-akkwiżizzjoni għandha tkun ibbażata skont il-valuri ġusti tal-assi deprezzabbli relatati rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati fid-data tal-akkwiżizzjoni. Id-dħul u l-ispejjeż ta’ sussidjarja huma inklużi fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati sad-data meta l-kumpanija prinċipali tieqaf tikkontrolla s-sussidjarja.

27

Interessi li ma jagħtux kontroll għandhom ikunu ppreżentati fir-rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja fi ħdan l-ekwità, separatament mill-ekwità tas-sidien tal-kumpanija prinċipali.

28

Il-profitt jew it-telf ta’ kull komponent ta’ dħul ieħor komplessiv huwa attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi li ma jagħtux kontroll. Dħul komplessiv totali huwa attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi li ma jagħtux kontroll anke jekk dan iwassal biex l-interessi li ma jagħtux kontroll ikollhom bilanċ negattiv.

29

Jekk sussidjarja għandha ishma privileġġjati kumulattivi pendenti li huma kklassifikati bħala ekwità u li jinżammu minn interessi li ma jagħtux kontroll, il-kumpanija prinċipali tikkalkula s-sehem tagħha tal-profitt jew telf wara li taġġusta għad-dividendi fuq dawk l-ishma, irrispettivament jekk id-dividendi jkunux ġew iddikjarati jew le.

30

Bidliet fl-interess proprjetarju ta’ kumpanija prinċipali f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf ta’ kontroll huma kkontabilizzati bħala tranżazzjonijiet ta’ ekwità (jiġifieri tranżazzjonijiet ma’ sidien fil-kapaċità tagħhom ta’ sidien).

31

F’dawn iċ-ċirkostanzi l-ammonti miżmuma tal-interessi li jagħtu kontroll u dawk li ma jagħtux kontroll għandhom ikunu aġġustati biex jirriflettu t-tibdiliet fl-interessi relattivi tagħhom fis-sussidjarja. Kull differenza, bejn l-ammont li bih jiġu aġġustati l-interessi li ma jagħtux kontroll u l-valur ġust tal-kumpens imħallas jew riċevut, għandha tiġi rikonoxxuta direttament fl-ekwità u attribwita lis-sidien tal-kumpanija prinċipali.

Telf ta’ kontroll

32

Kumpanija prinċipali tista’ titlef il-kontroll ta’ sussidjarja sew b’bidla fil-livelli assoluti jew relattivi tal-jedd ta’ proprjetà kemm mingħajrha. Dan jista’ jiġri, pereżempju, meta kumpanija sussidjarja tiġi suġġetta għall-kontroll ta' gvern, qorti, amministratur jew regolatur. Dan jista’ jiġri wkoll bħala konsegwenza ta’ ftehim kuntrattwali.

33

Kumpanija prinċipali tista’ titlef il-kontroll ta’ sussidjarja f’żewġ arranġamenti (tranżazzjonijiet) jew aktar. Madankollu, xi kultant iċ-ċirkostanzi jindikaw li l-arranġamenti multipli għandhom ikunu kkontabilizzati bħala tranżazzjoni waħda. Meta kumpanija prinċipali tiġi biex jiddetermina jekk għandhiex tikkontabilizza l-arranġamenti bħala tranżazzjoni waħda, għandha tikkunsidra t-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-arranġamenti u l-effetti ekonomiċi tagħhom. Xi waħda jew iżjed milli ġejjin jistgħu jindikaw li l-kumpanija prinċipali għandha tikkontabilizza l-arranġamenti multipli bħala tranżazzjoni waħda:

(a)

Il-kumpanija tkun daħlet għall-arranġamenti fl-istess ħin jew daħlet għal wieħed waqt li qed tikkontempla l-ieħor.

(b)

L-arranġamenti jiffurmaw tranżazzjoni waħda intenzjonata biex tilħaq effett kummerċjali ġenerali.

(ċ)

L-okkorrenza ta’ arranġament wieħed jiddependi fuq l-okkorrenza ta’ mill-inqas arranġament ieħor.

(d)

Arranġament wieħed meqjus waħdu m’huwiex iġġustifikat ekonomikament, imma huwa ġġustifikat ekonomikament meta jitqies flimkien ma’ arranġamenti oħra. Eżempju huwa meta disponiment wieħed ta’ ishma huwa pprezzat inqas mis-suq u jiġi kkumpensat b’disponiment sussegwenti pprezzat ogħla mis-suq.

34

Jekk kumpanija prinċipali titlef il-kontroll ta’ xi sussidjarja, hija:

(a)

tirtira r-rikonoxximent tal-assi (inkluż kull avvjament) u tal-obbligazzjonijiet tas-sussidjarja skont l-ammonti tagħhom miżmuma fil-kotba fid-data meta jintilef il-kontroll;

(b)

tirtira r-rikonoxximent tal-ammont miżmum fil-kotba ta’ kwalunkwe interessi li ma jagħtux kontroll f’dik li kienet is-sussidjarja fid-data meta jintilef il-kontroll (inklużi kwalunkwe komponenti ta’ dħul ieħor komplessiv ieħor attribwibbli lilhom);

(c)

tirrikonoxxi:

(i)

il-valur ġust tal-kumpens irċevut, jekk ikun hemm, mit-tranżazzjoni, l-avveniment jew iċ-ċirkostanzi li rriżultaw fit-telf ta’ kontroll; u

(ii)

jekk it-tranżazzjoni li rriżultat fit-telf ta’ kontroll tinvolvi distribuzzjoni ta’ ishma tas-sussidjarja lis-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien, dik id-distribuzzjoni;

(d)

tirrikonoxxi kull investiment f’dik li kienet is-sussidjarja skont il-valur ġust fid-data meta jintilef il-kontroll;

(e)

tikklassifika mill-ġdid bħala profitt jew telf, jew tittrasferixxi direttament għall-qligħ imfaddal jekk meħtieġ skont l-IFRSs l-oħra, l-ammonti identifikati fil-paragrafu 35; u

(f)

tirrikonoxxi kull differenza riżultanti bħala qligħ jew telf fil-profitt jew telf attribwibbli lill-kumpanija prinċipali.

35

Jekk kumpanija prinċipali titlef il-kontroll tas-sussidjarja, il-kumpanija prinċipali għandha tikkontabilizza l-ammonti kollha rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv fir-rigward ta’ dik is-sussidjarja fuq l-istess bażi li kien jinħtieġ li kieku l-kumpanija prinċipali ddisponiet direttament mill-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati. Għalhekk, jekk xi qligħ jew telf li kien rikonoxxut qabel fi dħul ieħor komplessiv jiġi kklassifikat mill-ġdid fi profitt jew telf mad-disponiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati, il-kumpanija prinċipali tikklassifika mill-ġdid il-qligħ jew telf, minn ekwità għal profitt jew telf (bħala aġġustament ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid), meta titlef il-kontroll tas-sussidjarja. Pereżempju, jekk sussidjarja għandha assi finanzjarji lesti għall-bejgħ u l-kumpanija prinċipali titlef il-kontroll tas-sussidjarja, il-kumpanija prinċipali għandha tikklassifika mill-ġdid fi profitt jew telf il-qligħ jew it-telf li qabel kien rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv fir-rigward ta’ dawk l-assi. Bl-istess mod, jekk bilanċ fuq rivalutazzjoni, li qabel kien rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv, jiġi ttrasferit direttament għall-qligħ imfaddal mad-disponiment tal-assi, il-kumpanija prinċipali tittrasferixxi l-bilanċ fuq rivalutazzjoni direttament għall-qligħ imfaddal meta titlef il-kontroll tas-sussidjarja.

36

Mat-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarja, kull investiment miżmum f’dik li kienet is-sussidjarja u kull ammont dovut minn jew lil dik li kienet is-sussidjarja, għandu jkun ikkontabilizzat skont l-IFRSs l-oħrajn mid-data meta jintilef il-kontroll.

37

Il-valur ġust ta’ kull investiment miżmum fid-data meta jintilef il-kontroll f’dik li kienet is-sussidjarja, għandu jitqies bħala l-valur ġust mar-rikonoxximent inizjali ta’ assi finanzjarju skont l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl jew, fejn xieraq, bħala l-kost mar-rikonoxximent inizjali ta’ investiment f’kumpanija assoċjata jew entità b’kontroll konġunt.

KONTABILITÀ GĦAL INVESTMENTI F’SUSSIDJARJI, F’ENTITAJIET B’KONTROLL KONĠUNT U F’KUMPANIJI ASSOĊJATI F’RAPPORTI FINANZJARJI SEPARATI

38

Meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati, għandha tikkontabilizza l-investimenti f'sussidjarji, f’entitajiet b’kontroll konġunt u f’kumpaniji assoċjati:

(a)

b'kemm ikun il-kost, jew

(b)

skont l-IAS 39.

L-entità għandha tapplika l-istess kontabilità għal kull kategorija ta’ investimenti. Investimenti kkontabilizzati b'kemm ikun il-kost għandhom jiddaħħlu skont l-IFRS 5 Assi mhux kurrenti Miżmuma għall-bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx meta dawn jiġu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ (jew inklużi fi grupp ta’ disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) b'konformità mal-IFRS 5. Il-kejl tal-investimenti kkontabilizzati b'konformità mal-IAS 39 ma jitbiddilx f'tali ċirkustanza.

38A

Entità għandha tirrikonoxxi dividend minn sussidjarja, entità b'kontroll konġunt jew kumpanija assoċjata fi profit jew lelt fir-rapporti finanzjarji separati tagħha meta jkun stabbilit id-dritt tagħha li tirċievi d-dividend.

38B

Meta entita prinċipali tirriorganizza l-istruttura tal-grupp tagħha bl-istabiliment ta' entità ġdida bħala l-kumpanija prinċipali tagħha b'mod li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

il-kumpanija prinċipali ġdida tikseb kontroll tal-kumpanija prinċipali oriġinali bil-ħruġ tal-istrumenti azzjonarji għall-iskambju tal-istrumenti azzjonarji eżistenti tal-kumpanija prinċipali oriġinali;

(b)

l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-grupp il-ġdid u l-grupp oriġinali jkunu l-istess immedjatament qabel u wara r-riorganizzazzjoni; u

(ċ)

is-sidien tal-kumpanija prinċipali oriġinali qabel ir-riorganizzazzjoni jkollhom l-istess interess assolut u relattiv fl-assi netti tal-grupp oriġinali u l-grupp il-ġdid immedjatament qabel u wara r-riorganizzazzjoni

u l-kumpanija prinċipali ġdida tikkontabilizza għall-investiment tagħha fil-kumpanija prinċipali oriġinali skont il-paragrafu 38(a) fir-rapporti finanzjarji separati tagħha, il-kumpanija prinċipali ġdida għandha tkejjel il-kost tal-ammont miżmum fil-kotba tas-sehem tagħha mill-entrati ta' ekwità murija fir-rapporti finanzjarji separati tal-kumpanija prinċipali oriġinali fid-data tar-riorganizzazzjoni.

38C

Bl-istess mod, entità li ma tkunx prinċipali jista' jkun li tistabbilixxi entità ġdida bħala l-kumpanija prinċipali tagħha b'mod li jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 38B. Ir-rekwiżiti fil-paragrafu 38B japplikaw bl-istess mod għal tali riorganizzazzjonijiet. F'tali każijiet ir-referenzi għall-“kumpanija prinċipali oriġinali” u “l-grupp oriġinali” jkunu għall-“entità oriġinali”.

39

Dan l-Istandard ma jesiġix liema entitajiet għandhom jipproduċu rapporti finanzjarji separati disponibbli għall-użu tal-pubbliku. Il-paragrafi 38 u 40–43 japplikaw meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati li huma konformi mal-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju. L-entità tipproduċi wkoll rapporti finanzjarji konsolidati disponibbli għall-użu tal-pubbliku kif meħtieġ mill-paragrafu 9, sakemm ma tkunx applikabbli l-eżenzjoni mogħtija fil-paragrafu 10.

40

Investmenti f’entitajiet b’kontroll konġunt u f’kumpaniji assoċjati li huma kkontabilizzati b'konformità mal-IAS 39 fir-rapporti finanzjarji konsolidati għandhom jiġu kkontabilizzati bl-istess mod fir-rapporti finanzjarji separati tal-investitur.

ŻVELAR TA’ INFORMAZZJONI

41

Fir-rapporti finanzjarji konsolidati għandha tiġi żvelata l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-natura tar-relazzjoni bejn il-kumpanija prinċipali u kumpanija sussidjarja meta l-kumpanija prinċipali ma jkollhiex, direttament jew indirettament permezz ta’ sussidjarji, aktar minn nofs is-setgħa tal-vot;

(b)

ir-raġunijiet għaliex il-pussess, direttament jew indirettament permezz ta’ sussidjarji, ta' aktar minn nofs is-setgħa tal-vot jew tas-setgħa potenzjali tal-vot f’entità li fiha jsir investiment ma jikkostitwixxix kontroll;

(c)

it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtaġġ tar-rapporti finanzjarji ta' kumpanija sussidjarja meta rapporti finanzjarji bħal dawn jintużaw biex jitħejjew rapporti finanzjarji konsolidati u huma sa data jew għal perjodu li huma differenti minn dawk tal-kumpanija prinċipali, u r-raġuni għaliex intużaw data jew perjodu differenti;

(d)

in-natura u l-livell ta’ kwalunkwe restrizzjonijiet sinifikanti (eż. li jirriżultaw minn arranġamenti ta’ self jew minn rekwiżiti regolatorji) fuq l-abbiltà tas-sussidjarji li jittrasferixxu fondi lill-kumpanija prinċipali fl-għamla ta’ dividendi fi flus jew li jħallsu lura ammonti mislufin jew avvanzati lilhom;

(e)

skeda li turi l-effetti ta’ kull tibdil fl-interess proprjetarju tal-kumpanija prinċipali f’sussidjarja li ma jirriżultax f’telf ta’ kontroll, fuq l-ekwità attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali; u

(f)

jekk jintilef il-kontroll ta’ xi sussidjarja, il-kumpanija prinċipali għandha tiżvela l-qligħ jew telf, jekk ikun hemm, rikonoxxut skont il-paragrafu 34, u:

(i)

il-porzjon ta’ dak il-qligħ jew telf attribwibbli għar-rikonoxximent ta’ kwalunkwe investiment miżmum f’dik li kienet is-sussidjarja skont il-valur ġust tiegħu fid-data meta jintilef il-kontroll; u

(ii)

l-entrata/i linja b’linja fir-rapport tad-dħul komplessiv li fih il-qligħ jew it-telf huwa rikonoxxut (jekk mhux ippreżentat separatament fir-rapport tad-dħul komplessiv).

42

Meta jitħejjew rapporti finanzjarji separati għal kumpanija prinċipali li, skont il-paragrafu 10, tagħżel li ma tħejjix rapporti finanzjarji konsolidati, dawk ir-rapporti finanzjarji separati għandhom jiżvelaw:

(a)

il-fatt li r-rapporti finanzjarji huma rapporti finanzjarji separati; li ġiet użata l-eżenzjoni mill-konsolidament; l-isem u l-pajjiż ta’ inkorporazzjoni jew ta’ residenza tal-entità li r-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, li jikkonformaw mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju, saru għall-użu tal-pubbliku; u l-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu dawk ir-rapporti finanzjarji konsolidati;

(b)

lista ta’ investimenti sinifikanti f’sussidjarji, f’entitajiet b’kontroll konġunt u f’kumpaniji assoċjati, inklużi l-isem, il-pajjiż ta' inkorporazzjoni jew ta’ residenza, il-proporzjon tal-interess proprjetarju u, jekk differenti, il-proporzjon miżmum tas-setgħa tal-vot; u

(c)

deskrizzjoni tal-metodu użat sabiex jiġu kkontabilizzati l-investimenti elenkati taħt (b);

43

u għandhom jidentifikaw ir-rapporti finanzjarji, imħejjija skont il-paragrafu 9 ta' dan l-Istandard jew skont l-IAS 28 u l-IAS 31, li magħhom huma relatati.

(a)

il-fatt li r-rapporti huma rapporti finanzjarji separati u r-raġunijiet għaliex dawk ir-rapporti huma mħejjija jekk mhux meħtieġa bil-liġi;

(b)

lista ta’ investimenti sinifikanti f’sussidjarji, f’entitajiet b’kontroll konġunt u f’kumpaniji assoċjati, inklużi l-isem, il-pajjiż ta' inkorporazzjoni jew ta’ residenza, il-proporzjon tal-interess proprjetarju u, jekk differenti, il-proporzjon miżmum tas-setgħa tal-vot; u

(c)

deskrizzjoni tal-metodu użat sabiex jiġu kkontabilizzati l-investimenti elenkati taħt (b);

u għandhom jidentifikaw ir-rapporti finanzjarji, imħejjija skont il-paragrafu 9 ta' dan l-Istandard jew skont l-IAS 28 u l-IAS 31, li magħhom huma relatati.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

44

Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, għandha tiżvela dan il-fatt.

45

Entità għandha tapplika l-emendi għall-IAS 27 li saru mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008 fil-paragrafi 4, 18, 19, 26–37 u 41(e) u (f) għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Madankollu, entità m’għandhiex tapplika dawn l-emendi għal perijodi annwali li jibdew qabel l-1 ta’ Lulju 2009 ħlief jekk hija tapplika wkoll l-IFRS 3 (kif irrevedut mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008). Jekk entità tapplika l-emendi qabel l-1 ta’ Lulju 2009, hija għandha tiżvela dan il-fatt. Entità għandha tapplika l-emendi b’mod retroattiv, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-emenda tal-paragrafu 28 biex jiġi attribwit id-dħul komplessiv totali lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi li ma jagħtux kontroll, anke jekk dan iwassal biex l-interessi li ma jagħtux kontroll ikollhom bilanċ negattiv. Għalhekk, entità m’għandhiex tiddikjara mill-ġdid xi attribuzzjoni ta’ profitt jew telf għal perijodi ta’ rappurtaġġ ta’ qabel ma tiġi applikata l-emenda.

(b)

ir-rekwiżiti fil-paragrafi 30 u 31 għal kontabilità għal tibdil fl-interessi proprjetarji f’sussidjarja wara li jkun inkiseb il-kontroll. Għalhekk, ir-rekwiżiti fil-paragrafi 30 u 31 ma japplikawx għal bidliet li jkunu seħħu qabel ma entità tapplika l-emendi.

(c)

ir-rekwiżiti fil-paragrafi 34–37 għal telf ta’ kontroll ta’ sussidjarja. Entità m’għandhiex tiddikjara mill-ġdid l-ammont miżmum fil-kotba ta’ investiment f’dik li kienet sussidjarja jekk il-kontroll ikun intilef qabel hija tapplika dawk l-emendi. Barra minn dan, entità m’għandhiex tikkalkula mill-ġdid qligħ jew telf li jsir mat-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarja jekk dan ikun seħħ qabel ma jiġu applikati l-emendi.

45A

Il-paragrafu 38 ġie emendat mit-Titjib għall-IFRSs maħruġ f'Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 u wara, prespettivament mid-data li fiha tkun applikat għall-ewwel darba l-IFRS 5. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, għandha tiżvela dak il-fatt.

45B

Kost ta' Investiment f'Sussidjarja, Entità b'Kontroll Konġunt jew Kumpanija Assoċjata (Emendi għall-IFRS 1 u l-IAS 27), maħruġ f'Mejju 2008, ħassar id-definizzjoni tal-metodu tal-kost mill-paragrafu 4 u żied il-paragrafu 38A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi prospettivi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-bidliet għal perjodu aktar bikri, għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika l-emendi relatati mal-IAS 18, l-IAS 21 u l-IAS 36 fl-istess waqt.

45C

Kost ta' Investiment f'Sussidjarja, Entità b'Kontroll Konġunt jew Kumpanija Assoċjata (Emendi għall-IFRS 1 u l-IAS 27), maħruġ f'Mejju 2008, żied il-paragrafi 38B u 38C. Entità għandha tapplika għal dawk il-paragrafi prospettivi għar-riorganizzazzjonijiet li jokkorru tul il-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Barra minn hekk, entità tista' tagħżel li tapplika l-paragrafi 38B u 38C retrospettivament għal riorganizzazzjonijiet imgħoddija fl-ambitu ta' dawn il-paragrafi. Madankollu, jekk entità tiddikkjara mill-ġdid kwalunkwe riorganizzazzjoni biex tikkonforma mal-paragrafu 38B jew 38C, għandha tiddikkjara mill-ġdid ir-riorganizzazzjonijiet sussegwenti kollha fi ħdan l-ambitu ta' dawk il-paragrafi. Jekk entità tapplika il-paragrafu 38B jew 38C għal perjodu aktar bikri, għandha tiżvela dak il-fatt.

IRTIRAR TAL-IAS 27 (2003)

46

Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif irrevedut fl-2003).


(1)  Jekk mal-akkwiżizzjoni kumpanija sussidjarja tissodisfa l-kriterji li tiġi kklassifikata bħala miżmuma għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx, għandha tiġi rrappurtata b'konformità ma' dak l-IFRS.

(2)  Ara wkoll is-SIC-12 Konsolidament - Entitajiet b'Għanijiet Speċjali.

Appendiċi

Emendi għall-IFRSs oħrajn

L-emendi f'din l-appendiċi għandhom jiġu applikati għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-emendi għall-IAS 27 għal perjodu aktar bikri, dawn l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri. Fil-paragrafi emendati, it-test imħassar huwa ngassat u t-test il-ġdid huwa sottolinjat.

A1

Fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju li ġejjin li japplikaw fl-1 ta’ Lulju 2009, ir-referenzi għal ‘interess minoritarju’ huma emendati għal ‘interess li ma jagħtix kontroll’ fil-paragrafi identifikati:

IFRS

paragrafu(i)

IFRS 1

B2(c)(i), B2(g)(i), B2(k)

IFRS 4

34(c)

IAS 1

54(q), 83(a)(i), 83(b)(i)

IAS 7

20(b)

IAS 14

16

IAS 21

41

IAS 32

AG29

IAS 33

A1

IFRS 1    Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju

A2

L-IFRS 1 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Il-paragrafu 26 hu emendat kif ġej:

“26

Dan l-IFRS jipprojbixxi l-applikazzjoni retroattiva ta' xi aspetti tal-IFRSs oħra li għandhom x'jaqsmu ma':

(ċ)

stimi (paragrafi 31-34);

(d)

assi kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ u operazzjonijiet li ma tkomplewx (paragrafi 34A u 34B); u

(e)

xi aspetti tal-kontabilità għal interessi li ma jagħtux kontroll (il-paragrafu 34C).”

Wara l-paragrafu 34B jiżdiedu intestatura ġdida u l-paragrafu 34C skont kif ġej:

Interessi li ma jagħtux kontroll

34C

Min jadotta l-IFRSs għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti li ġejjin tal-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) prospettivament mid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs:

(a)

ir-rekwiżit fil-paragrafu 28 li d-dħul komplessiv totali jiġi attribwit lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi li ma jagħtux kontroll anke jekk dan iwassal biex l-interessi li ma jagħtux kontroll ikollhom bilanċ negattiv.

(b)

ir-rekwiżiti fil-paragrafi 30 u 31 għall-kontabilità għal bidliet fl-interess proprjetarju tal-kumpanija prinċipali f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf ta’ kontroll; u

(ċ)

ir-rekwiżiti fil-paragrafi 34-37 għall-kontabilità għal telf ta’ kontroll fuq sussidjarja u r-rekwiżiti relatati tal-paragrafu 8A tal-IFRS 5. [Bidla introdotta mit-Titjib Annwali].”

Madankollu, jekk min jadotta l-IFRSs għall-ewwel darba jagħżel li japplika l-IFRS 3 (kif irrevedut mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) retrospettivament għal kombinamenti ta’ negozji passati, huwa għandu japplika wkoll l-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) skont il-paragrafu B1 ta’ dan l-IFRS.

Il-paragrafu 47J hu miżjud kif ġej:

“47J

L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafi 26 u 34C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

IFRS 5    Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx

A3

L-IFRS 5 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Il-paragrafu 33 hu emendat kif ġej:

Paragraph 33 is amended as follows:

“33

Entità għandha tiżvela:

(a)

(d)

l-ammont ta’ dħul minn operazzjonijiet li jkomplu u minn operazzjonijiet li ma tkomplewx attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali. Dan l-iżvelar jista’ jiġi ppreżentat jew fin-noti jew fir-rapport tad-dħul komplessiv.”

Il-paragrafu 44B hu miżjud kif ġej:

“44B

L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) żied il-paragrafu 33(d). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri. L-emenda tkun applikata retrospettivament.”

IAS 1    Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji

A4

Il-paragrafu 106 tal-IAS 1 (kif irrevedut fl-2007) huwa emendat kif ġej:

“106

Entità għandha tippreżenta rapport tat-tibdil fl-ekwità li juri dan li ġej:

(a)

id-dħul totali komplessiv għall-perjodu, li juri separatament l-ammonti totali attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi li ma jagħtux kontroll;

(b)

għal kull komponent tal-ekwità, l-effetti ta' applikazzjoni retrospettiva jew ta’ dikjarazzjoni mill-ġdid retrospettiva rikonoxxuti b'konformità mal-IAS 8; u

(ċ)

[imħassra] u

(d)

għal kull komponent tal-ekwità, rikonċiljazzjoni bejn l-ammont miżmum fil-kotba fil-bidu u dak fit-tmiem tal-perjodu, li tiżvela separatament il-bidliet li jirriżultaw minn:

(i)

il-profitt jew telf;

(ii)

kull entrata ta’ dħul ieħor komplessiv; u

(iii)

tranżazzjonijiet mas-sidien fil-kapaċità tagħhom ta’ sidien, b’mod li jintwerew separatament il-kontribuzzjonijiet mis-sidien u d-distribuzzjonijiet lilhom u l-bidliet fl-interessi proprjetarji f’sussidjarji li ma jirriżultawx f’telf ta’ kontroll.”

Il-paragrafu 139A hu miżjud kif ġej:

“139A

L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafu 106. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri. L-emenda tkun applikata retrospettivament.”

IAS 7    Rapport tal-Flussi ta' Flus

A5

L-IAS 7 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

L-intestatura tal-paragrafu 39 u l-paragrafi 39-42 huma emendati kif ġej:

Tibdil f’interessi proprjetarji f’sussidjarji u f’negozji oħra

39

Il-flussi tal-flus aggregati li jirriżultaw mill-kisba jew mit-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarji jew ta’ negozji oħra għandhom ikunu ppreżentati separatament u kklassifikati bħala attivitajiet ta’ investiment.

40

Entità għandha tiżvela, b’mod aggregat, fir-rigward sew tal-kisba kemm tat-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarji jew ta’ negozji oħra matul il-perjodu, kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

il-kumpens totali mħallas jew irċevut;

(b)

il-porzjon tal-kumpens li jikkonsisti fi flus u f’ekwivalenti ta’ flus;

(ċ)

l-ammont ta’ flus u ta’ ekwivalenti ta’ flus fis-sussidjarji jew fin-negozji l-oħra li fuqhom jinkiseb jew jintilef il-kontroll; u

(d)

l-ammonti tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, minbarra flus jew ekwivalenti ta’ flus, fis-sussidjarji jew fin-negozji l-oħra, li fuqhom jinkiseb jew jintilef il-kontroll, miġbura fil-qosor għal kull kategorija prinċipali.

41

Il-preżentazzjoni separata bħala entrati individwali linja b’linja tal-effetti li l-kisba jew it-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarji jew ta’ negozji oħra jkollhom fuq il-flussi tal-flus, flimkien mal-iżvelar separat tal-ammonti tal-assi u tal-obbligazzjonijiet li jiġu akkwistati jew li jsir disponiment minnhom, tgħin biex tiddistingwi dawk il-flussi ta’ flus mill-flussi ta’ flus li jirriżultaw minn attivitajiet oħra ta’ operat, ta’ investiment u ta’ finanzjament. L-effetti fuq il-flussi ta’ flus ikkawżati mit-telf ta’ kontroll ma jitnaqqsux minn dawk ikkawżati mill-kisba tal-kontroll.

42

L-ammont aggregat tal-flus imħallsa jew irċevuti bħala kumpens biex jinkiseb jew jintilef il-kontroll ta’ sussidjarji jew ta’ negozji oħra huwa rrappurtat fir-rapport tal-flussi tal-flus wara li jitnaqqsu l-flus u l-ekwivalenti ta’ flus li jkunu akkwistati jew li jsir disponiment minnhom bħala parti minn tali tanżazzjonijiet, avvenimenti jew bidliet fiċ-ċirkostanzi.”

Il-paragrafi 42A u 42B huma miżjudin kif ġej:

“42A

Il-flussi ta’ flus li jirriżultaw minn bidliet f’interessi proprjetarji f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf ta’ kontroll għandhom ikunu kklassifikati bħala flussi ta’ flus minn attivitajiet ta’ finanzjament.

42B

Bidliet f’interessi proprjetarji f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf ta’ kontroll, bħax-xiri jew il-bejgħ sussegwenti minn kumpanija prinċipali ta’ strumenti azzjonarji ta’ sussidjarja, huma kkontabilizzati bħala tranżazzjonijiet ta’ ekwità (ara l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008)). Għaldaqstant, il-flussi ta’ flus riżultanti huma kklassifikati bl-istess mod bħal tranżazzjonijiet oħra mas-sidien deskritti fil-paragrafu 17.”

Il-paragrafu 54 hu miżjud kif ġej:

“54

L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafi 39-42 u żied il-paragrafi 42A u 42B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri. L-emendi għandhom jiġu applikati retrospettivament.”

IAS 21    L-Effetti ta' Tibdil Fir-Rati tal-Kambju

A6

L-IAS 21 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

L-intestatura qabel il-paragrafu 48 hija emendata u jiżdiedu l-paragrafi 48A-48D kif ġej

Disponiment jew disponiment parzjali ta’ operazzjoni barranija

48

48A

Minbarra d-disponiment tal-interess sħiħ ta’ entità f’operazzjoni barranija, dawn li ġejjin huma kkontabilizzati bħala disponimenti anke jekk l-entità żżomm interess f’dik li qabel kienet sussidjarja, kumpanija assoċjata jew entità b’kontroll konġunt:

(a)

it-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarja li tinkludi operazzjoni barranija;

(b)

it-telf ta’ influwenza sinifikanti fuq kumpanija assoċjata li tinkludi operazzjoni barranija; u

(ċ)

it-telf ta’ kontroll konġunt fuq entità b’kontroll konġunt li tinkludi operazzjoni barranija.

48B

Mad-disponiment ta’ sussidjarja li tinkludi operazzjoni barranija, l-ammont kumulattiv tad-differenzi tal-kambju relatati ma’ dik l-operazzjoni barranija li jkunu ġew attribwiti lill-interessi li ma jagħtux kontroll, għandu jsir irtirar tar- rikonoxximent tiegħu imma m’għandux ikun ikklassifikat mill-ġdid bħala profitt jew telf.

48C

Mad-disponiment parzjali ta’ sussidjarja li tinkludi operazzjoni barranija, l-entità għandha tattribwixxi mil-ġdid is-sehem proporzjonat tal-ammont kumulattiv tad-differenzi tal-kambju rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv lill-interessi li ma jagħtux kontroll f’dik l-operazzjoni barranija. F’kull disponiment parzjali ieħor ta’ operazzjoni barranija l-entità għandha tikklassifika biss mill-ġdid bħala profitt jew telf is-sehem proporzjonat tal-ammont kumulattiv tad-differenzi tal-kambju rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv.

48D

Disponiment parzjali ta’ interess ta’ entità f’operazzjoni barranija huwa kull tnaqqis fl-interess proprjetarju ta’ entità f’operazzjoni barranija, ħlief dak it-tnaqqis fil-paragrafu 48A li huwa kkontabilizzat bħala disponimenti.”

Il-paragrafu 60B hu miżjud kif ġej:

“60B

L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) żied il-paragrafi 48A-48D. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

IAS 28    Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati

A7

L-IAS 28 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Il-paragrafi 18 u 19 huma emendati kif ġej:

“18

Investitur għandu jwaqqaf l-użu tal-metodu tal-ekwità mid-data li fiha jieqaf milli jkollu influwenza sinifikanti fuq kumpanija assoċjata u għandu jikkontabilizza l-investiment skont l-IAS 39 minn dik id-data, sakemm il-kumpanija assoċjata ma ssirx sussidjarja jew impriża konġunta kif definit fl-IAS 31. Malli jitlef l-influwenza sinifikanti, l-investitur għandu jkejjel skont il-valur ġust kull investiment li l-investitur iżomm f’dik li qabel kienet kumpanija assoċjata. L-investitur għandu jirrikonoxxi fil-profitt jew fit-telf kull differenza bejn:

(a)

il-valur ġust ta’ kull investiment miżmum u kull rikavat mid-disponiment tal-interess parzjali fil-kumpanija assoċjata; u

(b)

l-ammont tal-investiment miżmum fil-kotba fid-data meta tintilef influwenza sinifikanti.

19

Meta investiment jieqaf milli jkun kumpanija assoċjata u jiġi kkontabilizzat skont l-IAS 39, il-valur ġust tal-investiment fid-data meta huwa jieqaf milli jkun kumpanija assoċjata għandu jitqies bħala l-valur ġust mar-rikonoxximent inizjali tiegħu bħala assi finanzjarju skont l-IAS 39. ”

Il-paragrafu 19A hu miżjud kif ġej:

“19A

Jekk investitur jitlef l-influwenza sinifikanti fuq kumpanija assoċjata, l-investitur għandu jikkontabilizza l-ammonti kollha rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv fir-rigward ta’ dik il-kumpanija assoċjata fuq l-istess bażi li kien jinħtieġ li kieku l-kumpanija assoċjata ddisponiet direttament mill-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati. Għalhekk, jekk xi qligħ jew telf rikonoxxut qabel fi dħul ieħor komplessiv minn kumpanija assoċjata jkun ikklassifikat mill-ġdid fi profitt jew telf mad-disponiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati, l-investitur jikklassifika mill-ġdid il-qligħ jew it-telf fi profitt jew telf minflok fl-ekwità (bħala aġġustament ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid) meta huwa jitlef l-influwenza sinifikanti fuq il-kumpanija assoċjata. Pereżempju, jekk kumpanija assoċjata għandha assi finanzjarji lesti għall-bejgħ u l-investitur jitlef l-influwenza sinifikanti fuq il-kumpanija assoċjata, l-investitur għandu jikklassifika mill-ġdid fi profitt jew telf il-qligħ jew it-telf rikonoxxut qabel fi dħul ieħor komplessiv fir-rigward ta’ dawk l-assi. Jekk l-interess proprjetarju ta’ investitur f’kumpanija assoċjata jitnaqqas, imma l-investiment jibqa’ jkun kumpanija assoċjata, l-investitur għandu jikklassifika biss mill-ġdid fi profitt jew telf ammont proporzjonat tal-qligħ jew telf rikonoxxut qabel fi dħul ieħor komplessiv.”

Il-paragrafu 41B hu miżjud kif ġej:

“41B

L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafi 18 u 19 u żied il-paragrafu 19A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

IAS 31    Interessi f'Impriżi Konġunti

A8

L-IAS 31 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Il-paragrafu 45 hu emendat kif ġej:

“45

Meta investitur ma jibqax ikollu l-kontroll konġunt ta’ entità, huwa għandu jikkontabilizza kull investiment rimanenti skont l-IAS 39 minn dik id-data, bil-kundizzjoni li dik li kienet l-entità b’kontroll konġunt ma ssirx kumpanija sussidjarja jew assoċjata. Mid-data meta entità b’kontroll konġunt issir sussidjarja ta’ investitur, l-investitur għandu jikkontabilizza l-interess tiegħu skont l-IAS 27 u l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif irrivedut mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008). Mid-data meta entità b’kontroll konġunt issir kumpanija assoċjata ta’ investitur, l-investitur għandu jikkontabilizza l-interess tiegħu skont l-IAS 28. Mat-telf tal-kontroll konġunt, l-investitur għandu jkejjel skont il-valur ġust kull investiment li l-investitur iżomm f’dik li kienet l-entità b’kontroll konġunt. L-investitur għandu jirrikonoxxi fil-profitt jew fit-telf kull differenza bejn:

(a)

il-valur ġust ta’ kull investiment miżmum u kull rikavat mid-disponiment tal-interess parzjali fl-entità b’kontroll konġunt; u

(b)

l-ammont miżmum tal-investiment fil-kotba fid-data meta jintilef il-kontroll konġunt.”

Il-paragrafi 45A u 45B huma miżjudin kif ġej.

“45A

Meta investiment jieqaf milli jkun entità b’kontroll konġunt u jiġi kkontabilizzat skont l-IAS 39, il-valur ġust tal-investiment meta jieqaf milli jkun entità b’kontroll konġunt għandu jitqies bħala l-valur ġust mar-rikonoxximent inizjali tiegħu bħala assi finanzjarju skont l-IAS 39.

45B

Jekk investitur jitlef il-kontroll konġunt ta’ entità, l-investitur għandu jikkontabilizza l-ammonti kollha rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv fir-rigward ta’ dik l-entità fuq l-istess bażi li jkun jinħtieġ li kieku l-entità b’kontroll konġunt tkun iddisponiet direttament mill-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati. Għalhekk, jekk il-qligħ jew it-telf rikonoxxut qabel fi dħul ieħor komplessiv ikun kklassifikat mill-ġdid fi profitt jew telf mad-disponiment tal-assi jew obbligazzjonijiet relatati, l-investitur jikklassifika mill-ġdid il-qligħ jew it-telf fi profitt jew telf minflok fl-ekwità (jew aġġustament ta’ klassifikazzjkoni mill-ġdid) meta l-investitur jitlef il-kontroll konġunt tal-entità. Pereżempju, jekk entità b’kontroll konġunt ikollha assi finanzjarju għall-bejgħ u l-investitur jitlef il-kontroll konġunt tal-entità, l-investitur għandu jikklassifika mill-ġdid fi profitt jew telf il-qligħ jew it-telf li jkun ġie rikonoxxut qabel fi dħul komplessiv ieħor fir-rigward ta’ dawk l-assi. Jekk l-interess proprjetarju ta’ investitur f’entità b’kontroll konġunt jitnaqqas, imma l-investiment jibqa’ jkun entità b’kontroll konġunt, l-investitur għandu jikklassifika biss mill-ġdid fi profitt jew telf ammont ipproporzjonat tal-qligħ jew telf rikonoxxut qabel fi dħul ieħor komplessiv.”

Il-paragrafu 58A hu miżjud kif ġej:

“58A

L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafu 45 u żied il-paragrafi 45A u 45B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

IAS 39    Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

A9

L-IAS 39 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

L-aħħar sentenza tal-paragrafu 102 hija emendata kif ġej:

“102

… Il-qligħ jew it-telf mill-istrument tal-hedging relatat mal-porzjon effettiv tal-hedge li jkun ġie rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv għandu jkun ikklassifikat mill-ġdid fi profitt jew telf minflok fl-ekwità bħala aġġustament ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid (ara l-IAS 1 (kif irrevedut fl-2007)) skont il-paragrafi 48–49 tal-IAS 21 dwar id-disponiment jew id-disponiment parzjali ta’ operazzjoni barranija.”

Il-paragrafu 103E hu miżjud kif ġej:

“103E

L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafu 102. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri.”

SIC-7    Introduzzjoni tal-Euro

A10

IS-SIC-7 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fis-sezzjoni ‘Referenzi’, jiżdied ‘IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat fl-2008)’.

Il-paragrafu 4 hu emendat kif ġej:

“4

Dan ifisser li, b'mod partikolari:

(a)

(b)

id-differenzi kumulattivi fil-kambju relatati mal-qlib ta' rapporti finanzjarji ta' operazzjonijiet barranin, rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv, għandhom ikunu akkumulati fl-ekwità u għandhom ikunu kklassifikati mill-ġdid fi qligħ jew telf minflok fl-ekwità biss malli jsir id-disponiment jew id-disponiment parzjali tal-investiment nett fl-operazzjoni barranija; u ...”

Taħt l-intestatura ‘Data effettiva’ jiżdied paragrafu ġdid wara l-paragrafu li jiddeskrivi d-data effettiva tal-emendi tal-IAS 1 kif ġej:

“L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafu 4(b). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri. ”


Top