EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0365
2009/365/EC: Commission Decision of 28 April 2009 authorising the placing on the market of lycopene from Blakeslea trispora as a novel food ingredient under Regulation (EC) No 258/97 of the European Parliament and of the Council (notified under document number C(2009) 3039)
2009/365/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' April 2009 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-lycopene li tiġi mill- Blakeslea trispora bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3039)
2009/365/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' April 2009 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-lycopene li tiġi mill- Blakeslea trispora bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3039)
OJ L 111, 5.5.2009, p. 31–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta' April 2009
dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3039)
(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)
(2009/365/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel ġodda (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta’ Awwissu 2007, il-kumpanija Vitatene għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed il-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora fis-suq bħala ingredjent alimentari ġdid; fis-17 ta’ Ottubru 2007 l-entità kompetenti tar-Renju Unit dwar il-valutazzjoni tal-ikel ħarġet ir-rapport inizjali tal-valutazzjoni tagħha. F’dak ir-rapport hi waslet għall-konklużjoni li, fid-dawl ta’ applikazzjonijiet oħra pendenti li jikkonċernaw il-lycopene, hemm bżonn ta’ valutazzjoni oħra sabiex ikun żgurat li tingħata awtorizzazzjoni għall-użu ta’ tipi differenti ta’ lycopene bħala ingredjenti alimentari ġodda taħt l-istess kundizzjonijiet. |
(2) |
Il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport preliminari ta’ valutazzjoni lill-Istati Membri kollha fit-11 ta’ Frar 2008. |
(3) |
Fl-2008, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) ġiet ikkonsultata u din ippubblikat il-fehma tagħha fl-4 ta’ Diċembru 2008. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA waslet għall-konklużjoni li, minħabba li l-lycopene jista’ jkollha bidliet ossidattivi, jenħtieġ li tkun ifformulata bħala sospensjonijiet fiż-żjut tal-ikel, bħala trab li huwa direttament kompressibbli jew bħala wieħed li jdub fl-ilma. Jenħtieġ li tkun żgurata biżżejjed protezzjoni antiossidattiva. |
(5) |
L-EFSA kkonkludiet ukoll li filwaqt li l-konsum tal-lycopene mill-konsumatur medju jibqa’ inqas mill-Konsum Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI), xi konsumaturi tal-lycopene jistgħu jikkunsmaw iżjed mill-ADI. Għaldaqstant, ta’ min ukoll jiġbor dejta dwar il-konsum għal numru ta’ snin wara li tinħareġ l-awtorizzazzjoni sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tiġi riveduta fid-dawl ta’ informazzjoni ulterjuri dwar is-sikurezza tal-lycopene u l-konsum tagħha. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ġbir ta’ dejta li tirrigwarda l-livelli tal-lycopene fiċ-ċereali għall-kolazzjon. Madankollu, dan ir-rekwiżit skont id-Deċiżjoni preżenti, japplika għall-użu ta’ lycopene bħala ingredjent ġdid tal-ikel u mhux għall-użu ta’ lycopene bħala kulur għall-ikel, li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi mal-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti tal-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (2). |
(6) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora hija konformi mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
(7) |
Il-kumpanija Vitatene qablet li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/721/KE (3) għandha titħassar. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora, minn hawn ‘il quddiem imsejħa il-prodott, kif speċifikat fl-Anness I, tista’ titqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ingredjent alimentari ġdid għall-użu fl-ikel elenkat fl-Anness II.
Artikolu 2
L-ispeċifikazzjoni tal-ingredjent il-ġdid tal-ikel awtorizzat b’din id-Deċiżjoni li trid tidher fuq it-tikketta tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent għandha tkun “lycopene”.
Artikolu 3
Il-kumpanija Vitatene għandha tistabbilixxi programm ta’ sorveljanza li jakkumpanja t-tqegħid fis-suq tal-prodott. Dan il-programm għandu jinkludi t-tagħrif dwar il-livelli tal-użu ta’ lycopene f’ikel kif speċifikat fl-Anness III.
Id-dejta miġbura għandha ssir disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri. Fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida u ta’ rapport mill-EFSA, l-użu tal-lycopene bħala ingredjent alimentari għandu jiġi rivedut sa mhux aktar tard mis-sena 2014.
Artikolu 4
Id-Deċiżjoni 2006/721/KE hi b’dan revokata.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Vitatene S.A.U. Avda. Antibióticos 59-61, E-24009 León, Spanja.
Magħmula fi Brussell, 28 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27.
(3) ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 395.
ANNESS I
Speċifikazzjonijiet tal-lycopene mill-Blakeslea trispora
BLAKESLEA TRISPORA
Il-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora meta ppurifikata tikkonsisti f’≥ 95 % lycopene u ≤ 5 % karotenojdi oħra. Hija ppreżentata jew bħala trab f’matriċi adegwata jew dispersjoni fiż-żejt. Il-kulur huwa aħmar skur jew aħmar jagħti fil-vjola. Il-protezzjoni antiossidativa trid tkun żgurata.
SPEĊIFIKAZZJONI
Isem kimiku: |
Lycopene |
Numru C.A.S: |
502-65-8 (it-trans lycopene kollha) |
Formula Kimika |
C40H56 |
Formula strutturali: |
|
Piż tal-formula: |
536,85 |
ANNESS II
Lista ta’ ikel li tista’ tiżdied miegħu l-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora
Kategorija tal-ikel |
Livell massimu ta’ lycopene |
Xarbiet ibbażati fuq meraq tal-frott jew tal-ħaxix (inklużi l-konċentrati) |
2,5 mg/100 g |
Xarbiet maħsuba biex jilħqu l-massimu ta’ sforz muskolari intens speċjalment għall-isportivi |
2,5 mg/100 g |
Ikel maħsub għall-użu f’dieti mmirati għal użu ristrett ta’ enerġija u li huma intiżi għat-tnaqqis tal-piż |
8 mg/sostitut tal-ikel |
Ċereali għall-kolazzjon |
5 mg/100 g |
Xaħmijiet u taħwir tal-ikel |
10 mg/100 g |
Sopop ħlief sopop tat-tadam |
1 mg/100 g |
Ħobż (inkluż ħobż iqarmeċ) |
3 mg/100 g |
Ikel djetetiku għal dinijiet mediċi speċjali |
Skont rekwiżiti ta’ nutrizzjoni partikolari |
Supplimenti tal-ikel |
15-il mg f’kull doża ta’ kuljum kif rakkomandat mill-manifattur |
ANNESS III
Sorveljanza wara li l-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora titqiegħed fis-suq
TAGĦRIF LI GĦANDU JINĠABAR
Il-kwantitajiet ta’ lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora pprovduta mill-kumpanija Vitatene lill-konsumaturi tagħha għall-produzzjoni ta’ prodotti finali tal-ikel li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni Ewropea.
Ir-riżultati tat-tiftixiet fid-dejtabejż dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-ikel li fihom il-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora miżjuda, inklużi l-livelli ta’ fortifikazzjoni u d-daqsijiet tal-porzjon għal kull prodott imqiegħed fis-suq skont l-Istat Membru.
RAPPURTAR TAT-TAGĦRIF
It-tagħrif ta’ hawn fuq għandu jkun irrappurtat lill-Kummissjoni Ewropea kull sena għas-snin mill-2009 sal-2012. L-ewwel darba fil-31 ta’ Ottubru 2010 għall-perjodu ta’ rappurtar mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010; u mbagħad bl-istess perjodu ta’ rappurtar fis-sena għas-sentejn ta’ wara.
TAGĦRIF ADDIZZJONALI
Fejn hu l-każ, u fejn hu disponibbli lil Vitalene, għandha tiġi rrappurtata wkoll l-istess informazzjoni dwar il-konsum ta’ lycopene użata bħala kulur għall-ikel.
Fejn tkun disponibbli, Vitatene għandha tipprovdi l-informazzjoni ġdida xjentifika għal rikonsiderazzjoni tal-livelli massimi mhux perikolużi għall-konsum tal-lycopene.
VALUTAZZJONI TAL-LIVELLI TA’ TEĦID TA’ LYCOPENE
Il-kumpanija Vitatene trid tagħmel valutazzjoni aġġornata dwar il-konsum abbażi tal-informazzjoni miġbura u rrappurtata li tissemma hawn fuq.
REVIŻJONI
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-EFSA sal-2013 biex tirrevedi t-tagħrif provdut mill-industrija.