EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42009D0303

2009/303/KE,Euratom: Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal- 25 ta' Marzu 2009 li taħtar żewġ Imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

OJ L 84, 31.3.2009, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/303(1)/oj

31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/43


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-25 ta' Marzu 2009

li taħtar żewġ Imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

(2009/303/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati, kull tliet snin għandu jkun hemm sostituzzjoni parzjali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

(2)

Għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2009 sas-6 ta’ Ottubru 2015, kellhom jinħatru tlettax-il Imħallef u erba’ Avukati Ġenerali.

(3)

Fil-25 ta’ Frar 2009, il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri ħatret ħdax-il Imħallef u erba’ Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu msemmi hawn fuq.

(4)

Sabiex jikkompletaw is-sostituzzjoni parzjali tal-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-Gvernijiet tal-Istati Membri għandhom jaħtru żewġ Imħallfin oħra li l-mandat attwali tagħhom jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2009,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Marko ILEŠIČ u s-Sinjura Camelia TOADER huma b’dan maħturin Imħallfin għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2009 sas-6 ta’ Ottubru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Marzu 2009.

Il-President

M. VICENOVÁ


Top