EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0017

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2009 tal- 5 ta’ Frar 2009 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

OJ L 73, 19.3.2009, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 089 P. 185 - 186

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/17(1)/oj

19.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 17/2009

tal-5 ta’ Frar 2009

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali fir-rigward tal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2004/35/KE għandha tinqara fl-ambitu tal-Ftehim billi jkun ikkunsidrat b’mod partikulari il-fatt li l-konservazzjoni tan-natura taqa’ barra mill-ambitu tal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 1h (ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX għall-Ftehim:

“1i.

32004 L 0035: Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(a)

Bla ħsara għall-iżviluppi futuri mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, għandu jiġi nnutat li l-atti li ġejjin tal-Komunità mhumiex inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE:

(i)

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (Id-Direttiva dwar l-Għasafar),

(ii)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ambjenti naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (Id-Direttiva dwar l-Habitat),

Għaldaqstant kull referenza għal dawn l-atti m’għandhiex tapplika għall-istati EFTA.

(b)

L-Artikolu 2(3) m’għandux japplika fl-istati EFTA.

(ċ)

Rigward l-istati EFTA, ‘speċi protetti u ambjenti naturali’ għandha tfisser:

Fejn stat EFTA hekk jiddeċiedi, kull ambjent jew speċi jew tipi ta’ ambjenti jew speċi li l-istat EFTA jinnominah għall-istess skop bħal dak stabbilit fiż-żewġ Direttivi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(3).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2004/35/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta’ Frar 2009, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 114.

(2)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Top