EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0009

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2009 tal- 5 ta’ Frar 2009 li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

OJ L 73, 19.3.2009, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 089 P. 174 - 174

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2011; Impliċitament imħassar minn 22011D0076

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/9(1)/oj

19.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 9/2009

tal-5 ta’ Frar 2009

li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71) tal-Anness VI tal-Ftehim:

“—

32008 R 0592: Ir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 177, 4.7.2008. p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 592/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta’ Frar 2009, kemm-il darba ikunu saru n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 102.

(2)  ĠU L 177, 4.7.2008, p. 1.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top